Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ ta’ ċittadinanzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22795 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġusitzzja u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu ċittadinanzi b'investiment taħt l-iskema tal-IIP sa Ġunju 2021, maqsuma sena b'sena? Jista' wkoll jgħid kemm inbiegħu minn Lulju 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Pajjiżna ma jbieħx ċittadinanza, kif referut mill-Onor. Interpellant fil-mistoqsija parlamentari. Pajji¿na joffri programm ta’ ċittadinanza b’investiment. Mill-programm li kien magħruf bħala l-IIP pajjżna ibbenefija 1.7 biljun li ġew iġġenerati fl-ekonomija tagħna, u li minnu qed igawdu ċittadini Maltin u Għawdxin. Dan il-programm ġie fi tmiemu fl-2020 meta ma baqgħux jintlaqgħu applikazzjonijiet ġodda ta’ residenza għal finijiet tal-iip. L-ammont sena b’sena ta’ dawk l-individwi li flimkien mal-familji tagħhom għazlu li jinvestu f’Malta u li temmew il-proċess b’suċċess huma kif indikati fit tabella t’hawn taħt. Sena Ammont ta’ Applikazzjonjiet 2015 108 2016 254 2017 369 2018 223 2019 204 2020 135 2021 (sa meta ġiet imwieġba l-mistoqsija) 139

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 15866, għall-kumplament tal-informazzjoni tlabt li din tinġabar skont dak rikjest.

Il-Qrendi – half way house

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tinfetaħ xi half-way house għall-priġunieri li jkunu waslu biex jiskontaw is-sentenza ta' priġunerija li jkunu ngħataw, fil-lokalità tal-Qrendi jew f' xi lokalità oħra fil-madwar tal-Qrendi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li m’hemm l-ebda ħsieb li tinfetaħ xi half way house għall-priġunieri fil-lokalità tal-Qrendi jew f' xi lokalità oħra fil-madwar tal-Qrendi, mill-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Immigranti llegali — ripatriazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22662, 22022, 21772, 21321, 19750 u18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta’ rimpatriju li seta’ kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Immigranti Illegali rilokati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22661, 21773 u 22021 u jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22815, 22635 u 22520 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess ta' kull persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih kienet qed tinżamm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 22815.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw senrtenza ta' priġunerija jew detenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22816 u 22636 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Inteprellant għat-tweġiba parlamentari 22816.

Konsum tal-alkohol f'postijiet pubblici — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021 liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 22041.

Għawdex – droga maqbuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga ġewwa Għawdex mill-Pulizija, maqsuma skont it-tip ta’ droga, sena b’sena mit-2013 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi mis-sena 2013 sa l-ahhar ta’ Ottubru 2021, l-skwadra ta’ kontra d-droga, qabdet id-droga kif jidher fit-tabella t’hawn taht, minn ġewwa Għawdex. Droga li tinqabad mill-uffiċjali tad-distrett mhiex inkluża f’din it-tabella u dan għaliex, l-ammonti ma jiġux rrekordjati min-naħa tal-uffiċjali tad-distrett. Għaldaqstant din it-tabella mhux wahda li tinkludi l-qabdiet kollha. PQ 22645 - Drogi maqbuda Ghawdex - Taqsima tad-Drogi Year Crack Cocaine Cocaine Heroin Cannabis grass Cannabis resin Cannabis seeds Cannabis plants Ecstasy MDMA powder LSD Cannabis joints Ketamine synthetic not Scheduled 2013 Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil 2014 3g 23 1 2015 3.2g 36.527g 64g 125.5g 20047g * 100,000 2 40 2016 30.27g 51.619 6.866g 7.003g 2 20.5 1.397g 2 3 2017 33.679g 225.071g 30.596g 290 7 34 0.964g 9 2018 82.547g 9.27g 16.23 0.138g 2.47g 1 2.95g 2019 0.242g 148.667g 3.99g 84.514g 52.414g 20 1 10 2020 269.9g 0.358g 395.74g 0.5 7.77g 2021 Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil Nil * 20000g of resin found in 2015 was actually found at sea and listed as ripert No seizures were made from Gozo in 2013 and 2021 till end of October.

Ħal Tarxien — Għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Matul din is-sena ir-residenti ta’ Hal Tarxien bdew jircievu servizz mill-Pulizija ahjar minn dak li kienu jesperjenzaw qabel, u dan wara li gie estiz is-servizz ta’ community policing gewwa Hal Tarxien. Infurmat illi fiż-żona ta’ Hal-Tarxien ukoll issir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett ta’ Raħal Gdid, u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalita li jkopri il-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq :- Sena Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq) Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat 2020 189 65 2021 (sa Ottubru) 160 26

Il-Gudja — Għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa tal-Gudja tul dawn l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-għassa tal-Gudja li hija għassa sekondarja li tiftah skont il-bzonn, filwaqt li hemm ghassa ohra gewwa l-Ajruport li tkun miftuha kulljum. Infurmat illi fiz-zona tal-Gudja ssir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett taz-Zejtun u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. Fiż-żmien li ġej ġewwa din il-lokalità ser ikun introdott wkoll is-servizz ta’ community policing. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalita li jkopri il-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq. In-numru ta’ delitti rrapurtati jinkludu dawk li seħħew fl-ajruport internazzjonali li jaqa taħt l-istess lokalita u għalhekk l-ammonti fit-tabella jidhru separatament: Sena Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq) Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat 2020 Airport 56 Gudja 57 Airport 35 Gudja 25 2021 (sa Ottubru) Airport 152 Gudja 53 Airport 21 Gudja 16

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — nefqa rikorrenti vutati għal pagi ta' Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Vittmi tal-Priġunieri

Question

Billi saru aktar minn 4,000 intervent psikologu fl-2020 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-interventi saru mal-vittmi tal-priġunieri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-interventi psikoloġiki li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant saru kollha mal-priġunieri mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Ta’ min jinnota li fost dawn il-priġunieri hemm numru minnhom li matul il-kors ta’ ħajjithom, jew fl-infanzja jew inkella fi stadju ieħor, kienu ivvitimiżati huma stess u b’hekk numru ta’ interventi saru sabiex tiġi ndirizzata t-trawma li kienu sostnew. Infurmat ukoll li permezz ta’ ftehim ma’ għaqdiet volontarji li jaħdmu mal-priġunieri, qed ikunu mgħejuna numru ieħor ta’ familjari u vittmi li huma relatati direttament mal-istess priġunieri. Barra minhekk tul l-aħħar sena kienet ukoll stabbilità l-Victim Support Agency, fejn għall-ewwel darba l-vittmi tal-kriminalità bdew jiġu mgħejuna b’mod ħolistiku u taħt saqaf wieħed. Hawnekk il-vittma jingħata assistenza psikoloġika għat-trawma li jkun sofra, anke għajnuna legali, kif ukoll loġistika.

Inċidenti fatali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22454 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jista’ jindika kemm kien hemm inċidenti fatali kkawżati minħabba li ma kienx milbus is-seat belt?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba parlamentari 22948.

inċidenti fatali

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijaijiet ta’ inċidenti fatali matul 2018 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija fejn il-Pulizija innotaw li l-vittmi mietu minħabba li ma kienux lebsin is-seat belt’

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ mwiet li seħħew konsegwenza ta’ nċidenti tat-traffiku fatali mis-sena 2018 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2021, kien ta’wieħed u ħamsin (51), kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Infurmat illi mir-records tal-pulizija ma jirrizultax kemm min dawn il-vittmi mietu minħabba li ma kienux lebsin is-seat belt. Informazzjoni dwar il-konsegwenza ta’ mwiet f’incidenti fatali, tkun fil-konkluzzjonijiet ta’ nkjesti Maġisterjali, relatati ma dawn il-każijiet. Sena Ammont ta’ persuni li mietu f’incidenti fatali 2018 18 2019 16 2020 12 2021 (sa Ottubru) 5 Total 51

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22635 u 22520 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess ta' kull persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih kienet qed tinżamm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 22635.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw senrtenza ta' priġunerija jew detenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22636 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 22636.

Għeluq ta’ toroq – organizzaturi/kmamar tan-nar – ħlas għal pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22671, jista' l-Ministru jgħid jekk dan jgħoddx ukoll għal LESA u Transport Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Kif ġa għidt fil-mistoqsija parlametnari 22671, l-għeluq tat-toroq huwa nkarigu tal-Korp tal-Pulizija, ġialadarba tintalab l-assistenza tal-uffiċjali tal-komunità dan is-servizz ikun bil-ħlas. Rigward, Transport Malta, nitlob l-Onor Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Inkjesta Maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija, wara l-għeluq f’Marzu li għadda tal-Inkjesta Magisterjali fuq il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u r-rakkomondazzjonijiet hemm kontenuti fir-Rapport tal-forensic accountants li allura ġie adottat fl-intier tiegħu mill-allura Maġistrat Inkwirenti tal-Inkjesta dwar il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (kif sar magħruf pubblikament ilbieraħ fis-Sunday Times of Malta) biex ikun hemm iktar investigazzjoni u verifiki dwar l-allegazzjoni ta’ ħlas ‘l-kumpanija EGRANT, bagħtitx lura ‘l-Maġistrat Inkwirenti ġdid (peress li l-allura l-Maġistrat Inkwirenti fl-Inkjesta EGRANT m’għadux Maġistrat) biex terġa’ tinfetaħ mill-ġdid l-Inkjesta Maġisterjali EGRANT skont kif jobbliga l-Kodiċi Kriminali ‘l-Avukat Ġenerali “meta jkun meħtieġ li l-investigazzjoni tissokta”? Jekk dan sar mill-Kummissarju tal-Pulizija, jistax il-Ministru jgħid meta dan sar, u jekk le, għala ma sarx dan meta Maġistrat Inkwirenti fil-bidu tal-2021 talab dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-inkjesti Maġisterjali huma min-natura tagħhom kunfidenzjali u per konsegwenza m’għandha tinħareġ l-eba informazzjoni dwarhom, ħlief f’dawk il-każijiet ikkontemplati bil-liġi.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22155, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Affarijiet Interni, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.