Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xogħol ta’ bouncer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki wieħed irid ikollu biex jagħmel xogħol ta’ bouncer u jgħid ukoll jekk il-kondotta ta’ dawn il-persuni hijiex mitluba? Jista’ jagħti lista sħiħa ta’ persuni minn nazzjonalitajiet diversi, li għandhom din il-liċenzja u kemm huma minn kull pajjiż rispettiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi sabiex persuna tikkwalifika għall-liċenzja ta’ gwardjan privat f’postijiet ta’ divertiment ikollha bżonn li turi li kienet fil-pussess ta’ liċenzja ta’ Gwardjan Privat għall-ħames snin, sakemm din ma tkunx persuna li tkun għamlet perjodu ta’ servizz mal-pulizija, jew mal-forzi armati, jew mas-servizz tal-ħabs, f’Malta jew barra minn Malta.  L-istess persuna tkun meħtieġa li tippreżenta ċertifikat li attendiet kors għal dan il-għan. Barra minn dan jsiru verifiki fuq kull persuna li tapplika għal tali mpjieġ.  In-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalitajiet diversi, li għandhom din il-liċenzja huma kif indikat fit-tabella hawn taħt: Pajjiz Ammont Kroatia 1 Germanja 1 Indja 1 Italja 3 Macedonja 5 Malta 75 Nepal 4 Pakistan 1 Filippini 1 Romanija 1 Serbja 8 Tunesija 1 Renju Unit 3 Total 105

Bouncers – Spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kienx hemm spot checks fuq bouncers biex ikun assigurat li ma jkunux taħt effett ta’ xi sustanzi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li jsiru diversi spot checks hekk kif spjegat f'Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti. Dwar il-poteri tal-Pulizija f'dan ir-rigward nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għal dak li tiprovdi l-liġi b'mod speċjali Kap 65 u leġislazzjoni sussidjarja 65.16.

San Ġiljan, Paceville, Gżira u tas-Sliema — Persuni/entitajiet kummerċjali mħarrka mill-Pulizija għal amplified music fuq barra

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14644, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni/entitatjiet kummerċjali ġew imħarrka mill-Pulizija għal amplified music fuq barra ġewwa San Ġiljan, Paceville, Gżira u tas-Sliema, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità, b’lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fis-sena 2023 kien hemm ħames każijiet f' San Ġiljan fix-xhur ta’ Lulju, Awwissu, Settembru, Ottubru u Diċembru, sitt każijiet f' Paceville fix-xhur ta’ Mejju u Lulju, u ħames każijiet f'Tas-Sliema fix-xhur ta’ Lulju u Ottubru.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija mar jaħdem mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-aħħar 4 xhur?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm trasferimenti bejn il-Korp tal-Pulizija u d-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Kull persuna kella ċ-ċans li tapplika għal sejħa pubblika tal-Protezzjoni Ċivili fis-sena 2022.

Vjolenza domestika — Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ vjolenza domestika mill-2018 sal-aħħar tas-sena 2023, maqsuma sena b’sena u skont il-ġeneru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija skond it-tabella annessa. Year Numru ta’ Rapporti Total ta’ Vittmi femminili Total ta’ vittmi maskili Total kollu ta’ Vittmi 2018 1341 1182 364 1546 2019 1325 1128 404 1532 2020 1645 1373 467 1840 2021 1741 1414 518 1932 2022 1828 1452 578 2030 2023 2071 1640 604 2244

GREVIO — Rakkomandazzjonijiet

Question

Fid-dawl tar-Rapport Annwali 2022 tal-Kummissarju kontra l-Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika, fejn f’paġna 26 jagħmel referenza għat-13-il rakkomandazzjoni tal-GREVIO, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-11-il rakkomandazzjonijiet li ġew imwettqa u liema huma t-tnejn ‘in-process’ u l-waħda ‘pending‘? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-differenza bejn ‘in process’ u ‘pending’?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qiegħed inressaq l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummissarji kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Kummissarju kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika kien hawn minn Jannar 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu u x’kienet id-data ta’ meta bdew u temmew it-terminu tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk irriżenjawx qabel jew temmew b’suċċess it-terminu tal-appointment tagħhom u x’kienu r-raġunijiet ta’ dawk li rriżenjaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi tul l-aħħar snin il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika kompliet tissaħħaħ biex tilħaq aħjar l-għanijiet u l-funzjonijiet li għalihom hi stabbilita. Fis-sena 2018, it-tisħiħ tal-Kummissjoni sar ukoll fil-parametri tal-Konvenzzjoni t’Istanbul, li segwiet biex fl-2020 l-istess Kummissjoni kellha wkoll l-ewwel Kummissarju jservi fuq bażi full-time. Għaldaqstant, il-Kummissarji li servew fil-perjodu msemmi huma kif jidher hawn taħt: Snin ta’ Ħidma Isem il-Kumissarju 2013 -2016 Maġistrat Dr. Yana Micallef Stafrace - Chairwoman 2016- 2018 Mr. Joe Gerada 2018-2020 Ms. Simone Azzopardi 2020-2023 Ms. Audrey Friggieri 2023 - Ms. Samantha Pace Gasan

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza – persuni ingaġġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm ingaġġata mal-Ministeru tiegħu, u jaqsam din it-tabella tal-informazzjoni skont id-dipartiment u l-irwol li huma assenjati li joperaw fih?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni hi kif ġej: OPS – 20 HR – 9 Registry – 1 IMU – 10 Finance – 8 SSD – 4 Procurement – 5 International Protection Appeals Tribunal – 4 Operations – 5 Migration – 6 Policy Development and Programme Implimentation – 20 Critical Infrastructure Protection Directorate – 4

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm li bħalissa tinsab qed tiskonta sentenza ta' priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta' persuni għand l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi huwa ta' 690. Infurmat li 387 persuna huma sentenzjati u 303 persuna taħt arrest.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni miżmuma sakemm jinstemgħu l-proċeduri quddiem il-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm li bħalissa qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sakemm qed jinstemgħu l-proċeduri quddiem il-Qrati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Iterpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15024.

Probation u parole

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il persuna hemm fuq probation u fuq parole?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u Parole kellu dawn: 399 persuna fuq Ordni tal-Probation; 37 persuna fuq Liċenzja tal-Parole; u 9 persuni li qed jigi kkumpilat Rapport tal-Parole

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – nazzjonalità tal-persuni miżmuma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u jipprovdi n-nazzjonalitajiet tal-persuni li qegħdin residenti hemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari hemm 692 persuna li qed tinżamm fil-Faċilita Korrettiva, 331 Maltin u 361 mhux Maltin li ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Afganistan, Albanija, Alġerija, Arġentina, Bangladesh, Belġju, Bosnia, Brażil, Renju Unit, Bulgarija, Burkina Faso, Kamerun, Chad, Ċina, Kolumbja, Kroazja, Repubblika Ċeka, Danimarka, Repubblika Domenikana, Ġermanja, Eġittu. Eritrea, Etjopja, Filippini, Franza, Gambja, Georgia, Ghana, Greċja, Guyana, Guinea-Bissau, Ungerija, Indja, Iran, Italja, Kosta tal-Ivorju, Liberja, Libja, Litwanja, Maċedonja, Moldova, Montenegro, Marokk, Nepal, Niġerja, Pakistan, Palestina, Panama, Peru, Polonja, Portugal, Rumanija, Serbja, Seychelles, Sierra Leone, Slovakkja, Somalja, Spanja, Sudan, Surinamese, Sirja, Togo, Tuneżija, Turkija, Uganda, Ukrajna, Użbekistan, Venezuela, Vietnam u Zimbabwe.

Forzi Armati ta’ Malta – suldati

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont tat-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta, u jipprovdi informazzjoni dwar kemm irtiraw, kemm waqqfu volontarjament milli jkomplu fis-servizz, u kemm żdiedu sal-31 ta' Diċembru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-total ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta huwa 1896. Fis-sena 2023 irtiraw jew telqu 65 Other ranks u 7 officers. Fis-sena 2023 issieħbu fil-FAM 138 persuna.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Entity Full-Time Part-Time Flexi Time Flexi Week Reduced Hours Extended Remote Working Remote working Academy 6 0 6 0 0 2 0 AFM 1687 209 0 0 0 0 0 ARUC 8 0 8 0 0 0 1 Aviation Security 7 0 6 0 1 0 0 AWAS 221 0 0 0 2 0 5 CPD 343 0 15 0 0 3 7 CSA 471 2 6 0 4 0 0 DS 215 0 1 0 0 0 3 Defence 6 0 0 0 0 3 1 CGBVDV 5 0 0 0 0 0 0 HRD 25 0 25 0 0 3 18 Identita' 365 59 55 9 14 1 0 IPA 25 0 9 0 1 0 0 Komunita Malta 29 0 28 0 2 4 0 LESA 168 19 0 0 2 0 4 NCPE 16 0 16 0 2 0 0 P&P 32 0 0 0 3 12 12 Police 2424 36 65 5 89 5 29 Residency Malta 48 0 49 0 1 0 21 VSA 17 0 0 0 0 0 0 MHSR - 124 12 10 9 2 19 29

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Bord tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport annwali mill-Bord tal-Parole ġiex preżentat skont is-subartikolu (4) tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-sena 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li dan ser ikun konkluż fi żmien qasir.

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Rapport annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għaddiex għandu r-rapport annwali għas-sena 2023 skont is-subartikolu (3) tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15291.

Att dwar il-Ġustizzja Riparatrici — Parole Dossiers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreparati Parole Dossiers ai termini tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatrici matul is-sena 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li kien hemm tnejn u erbgħin (42) dossiers li ġew ippreparati u preżentati fis-sena 2023.

Att dwar il-Ġustizzja Riparatrici — Offender Assessment Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diskussi u ppreparati ai termini tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, rapporti mill-Offender Assessment Board matul is-sena 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li saru tnejn u erbgħin (42) rapporti mill-Offender Assessment Board fis-sena 2023.

Emendi għal-liġi dwar il-bouncers u l-uffiċjali privati tas-sigurtà

Question

B’referenza għal dak li qal il-Ministru għall-Ġustizzja fil-Parlament, fejn meta ġie mistoqsi jekk għandux il-ħsieb li jemenda l-liġi dwar il-bouncers u uffiċjali privati tas-sigurtà huwa wieġeb li jekk ikollu talba għal dan, huwa lest li jikkollabora, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jagħmel l-emendi neċessarji u jekk hux ser jagħmel talba lill-Ministru tal-Ġustizzja biex jagħmel dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Korp tal-Pulizija fl-aħħar snin alloka iżjed riżorsi u kif ukoll qed jopera b’modus operandi differenti msejjaħ ‘intelligence-led policing’ fiż-żoni l-aktar iffrekwentati bħalma hu Paceville. Filfatt skond l-aħħar rapport ippublikat, kien hemm tnaqqis sinifikanti ta’ kriminalità marbuta ma’ ġrieħi f’San Ġiljan. Filfatt ir-rata kienet l-anqas f’25 sena (teskludi s-snin tal-pandemija – 2020 u 2021). Minkejja dan il-Gvern jibqa’ miftuħ għal kull tip ta’ riforma jew investiment. Sadanittant, investiment importanti li ser ikun qed isaħħaħ is-sigurtà f’dawn iż-żoni u kif ukoll jgħin lil-Korp tal-Pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom hu dak imħabbar fil-budget għal din is-sena, hekk kif il-LESA se tkun qed tinvesti fi proġetti teknoloġiċi, inkluż kameras tas-sigurtà mqabbdin mal-kamra tal-kontroll tal-LESA u l-Pulizija, sabiex iservu bħala detterent u kif ukoll permezz tagħhom tkun tista’ tittieħed azzjoni kontra kull tip ta’ kriminalità u/jew abbuż. Dan huwa meqjus mod effettiv kif jinżammu għajnejn kontinwi fuq dawn il-persuni u persuni oħrajn li jkunu f'din iż-żona. B’rabta ma’ dan diġa’ għaddej xogħol preparatorju u qed isiru d-diskussjonijiet ma’ stakeholders importanti.

Liċenzji ta’ bouncers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom liċenzja ta’ bouncer? Jista’ jgħid kemm hawn aġenziji li jipprovdu dan is-servizz u jipprovdi elenku tagħhom? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li l-Pulizija għamlet verifika biex tara li kull minn qiegħed jaħdem f’dan il-qasam, huwa liċenzjat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hawn mija u hames (105) persuna li għandhom liċenzja ta’ bouncer, filwaqt li n-numru ta’ aġenziji li għandhom liċenzja li jħaddmu/jagħtu s-servizz ta’ bouncers f’Malta huma tnejn u tletin (32), kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat illi biex jiġi zgurat li gwardjani privati li joffru servizz f'postijiet tad-divertiment ikunu liċenzjati, jsiru verifici kontinwament mill-pulizija bħala parti mir-rutina u responsabilitajiet tagħhom, biex jinfurzaw il-liġijiet u jippreservaw l-ordni pubbliku 1. Safetrust Security 2. J.F Security and Consultancy Services Ltd 3. G4S Security Services (Malta) Ltd 4. G4S Security Services Ltd 5. Security Services Malta Ltd 6. Oscar 7 Security 7. Khiron Security Ltd 8. Kerber Security Ltd 9. Global Security Services Ltd 10. Kavallieri Security Services Ltd 11. Executive Security Services Ltd 12. Protection Services (Malta) Ltd 13. Security First services Ltd 14. OZO Security Services Company Ltd 15. Signal 8 Security Services Malta Ltd 16. S.O.S.Secutiy Ltd 17. I.Q.Security 18. Goldguard Security services Ltdd 19. Proforce 1 Security Malta Ltd 20. Total Management Solution Company Ltd 21. TacticalSecurity Pro. Ltd 22. Professional Security Services Ltd 23. JK Security Ltd 24. CAMC Security Ltd 25. Crowd Safety Management Ltd 26. Blue Border Holdings Ltd 27. Kerber ES Limited 28. La Vallette Outsource limited 29. R.Cauchi Ent Ltd Agency 30. Adler Security Services 31. Special Intervention Security 32. Malta Elite Services Limited