Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34149, 34300 u 34676 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34149 u 34300 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se titwieġeb f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Proġetti jew inizjattivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtha, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Tista’ tgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Aġenzija Sapport – Każi ta’ dixxiplina - Riżultati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’konsegwenzi kien hemm b’riżultat ta’ proċeduri dixxiplinarji f’Aġenzija Sapport, f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Tista’ wkoll tagħti rendikont tar-riżultat ta’ dawn il-proċeduri maqsuma f’kategoriji bħal tkeċċija, warning eċċ?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rekords tal-Proċeduri Dixxiplinarji ma jinżammux għal aktar minn sena mid-data tad-deċiżjoni, kif stipulat f’Policy 2 (Data Protection) u Policy 3 (Disciplinary Policy) tal-Aġenzija Sapport.
Fl-aħħar sena, il-Bord Dixxiplinarju tal-Aġenzija Sapport proċessa 14-il każ, li rriżultaw kif ġej:
· 3 terminazzjonijiet mill-impjieg
· 1 twissija finali u sospensjoni
· 4 twissijiet bil-miktub
· 4 sospensjonijiet
Kien hemm ukoll 2 riżenji mill-impjieg li seħħew qabel mal-Bord Dixxiplinarju ħa d-deċiżjoni finali.
Fl-istess sena, inħarġu wkoll total ta’ 52 twissija bil-miktub. Kif stipulat f’Policy 3 tal-Aġenzija Sapport, dawn l-akkużi ma kinux meqjusa bħala ‘Grave Offence’, u għalhekk ġew ipproċessati mingħajr il-ħtieġa ta’ Bord Dixxiplinarju.
Aġenzija Sapport – Support Workers – Każi ta’ dixxiplina
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm support workers li għaddew minn proċeduri ta’ dixxiplina f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rekords tal-Proċeduri Dixxiplinarji ma jinżammux għal aktar minn sena mid-data tad-deċiżjoni, kif stipulat f’Policy 2 (Data Protection) u Policy 3 (Disciplinary Policy) tal-Aġenzija Sapport.
Fl-aħħar sena, il-Bord Dixxiplinarju tal-Aġenzija Sapport proċessa 13-il każ relatat ma’ Support Workers. Fl-istess sena, inħarġu wkoll 50 twissija bil-miktub lil Support Workers.
Aġenzija Sapport – Support Workers – Liċenzji tas-sewqan
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm support workers li għandhom liċenzja tas-sewqan u jistgħu jsuqu l-vannijiet ta’ Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skont id‑data miġbura mill-Aġenzija Sapport, aktar minn 98 support workers għandhom liċenzja tas-sewqan. Madankollu, l-Aġenzija Sapport tqassam lill-impjegati skont il-ħtiġijiet operattivi tagħha u mhux skont il-kriterji speċifiċi ta’ din il-mistoqsija.
Fid-dawl tal-fatt li ħafna residenti ta’ Aġenzija Sapport ma jitkellmux / ma jifhmux ħlief l-ilsien Malti, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-ħaddiema tal-kuntrattur li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs), humiex fluwenti fil-lingwa Maltija?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 34570. Inżid ukoll li s-support workers normalment ikunu parti minn tim divers ta’ ħaddiema. Għaldaqstant, il-komunikazzjoni lejn dawk ir-residenti li jippreferu jitkellmu bil-Malti ma tkunx preġudikata.
Fid-dawl tal-fatt li ħafna residenti ta’ Aġenzija Sapport ma jitkellmux / ma jifhmux ħlief l-ilsien Malti, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-ħaddiema li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) impjegati direttament ma’ Aġenzija Sapport, humiex fluwenti fil-lingwa Maltija?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif stipulat fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 34561 u 34567, dawk l-applikanti li huma kapaċi jikkomunikaw kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż jingħataw preferenza waqt il-proċess tal-għażla. Filwaqt li mhux dejjem ikun hemm applikanti li jilħqu dan il-kriterju addizzjonali, uħud mill-applikanti minn pajjiżi terzi ikunu ilhom jaħdmu f’Malta għal numru ta’ snin u jkunu segwew korsijiet fil-lingwa Maltija wkoll. Dawn ukoll jiġu intervistati, iżda tibqa’ tingħata preċedenza lill-applikanti li huma Maltin jew mill-UE, kif stipulat fir-regolamenti ta’ Jobsplus.
Tista’ l-Ministru tagħti fid-dettall x’taħriġ qed jingħata lis-Support Workers f’Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Support Workers, Senior Support Workers, il-professjonisti li jaħdmu fis-servizzi, u ħaddiema oħra jingħataw taħriġ kontinwu bil-għan li jtejbu l-kompetenzi u l-għarfien tagħhom relatati mad-dmirijiet tagħhom. Dan it-taħriġ jinkludi:
1. NAPPI (Non-Abusive Psychological and Physical Intervention)
2. ‘Safe Use of Medication Administration’
3. Food Handling
4. Induction Training
5. ‘How to Approach Sexualised Behaviour’
6. Autism and SPELL
7. First Aid
8. OHSA Health and Safety Representative
9. Mental Health First Aid – Accredited and Refreshers
10. Mental Health Support
11. IDDSI
12. SAFE Program
13. OT Workshops
14. Moving and Handling
Aġenzija Sapport – Support Workers – Applikanti li ma ntgħażlux
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikanti li riedu jaħdmu bħala support workers ma’ Aġenzija Sapport fl-2025 u ma ntgħażlux minkejja li kellhom il-kwalifiki u l-esperjenza? Tista’ tgħid ukoll x’kienu r-raġunijiet għaliex dawn ma ntgħażlux?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2025, 52 individwu għaddew għal intervista mal-Aġenzija Sapport wara li preżentaw il-kriterji bażiċi mitluba għall-irwol ta' Support Worker. Dawn il-kriterji huma indikati fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 34561.
Finalment, dawn il-52 applikant ma ġewx magħżula għall-irwol minħabba l-livell ta' komunikazzjoni tagħhom bil-Malti u bl-Ingliż u l-esperjenza li kellhom. Kif indikat fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 34561, applikanti li wrew dawn il-kwalitajiet ingħataw preferenza sabiex jiġi mħares il-kwalità tas-servizz.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-support workers tal-kuntrattur għandhomx kundizzjonijiet inferjuri mis-sapport workers li jaħdmu direttament ma’ Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema tal-kuntrattur u dawk li jaħdmu direttament ma’ Aġenzija Sapport igawdu l-istess kundizzjonijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi forma ta’ strateġija biex in-numru ta’ ħaddiema impjegati direttament ma’ Aġenzija Sapport jonqos u n-numru ta’ ħaddiema tal-kuntrattur jiżdied, u jekk iva, x’inhi r-raġuni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta jkun hemm post vakanti, dan jerġa’ jimtela’ mill-ġdid.
Aġenzija Sapport – Support Workers – Kwalifiki u prerekwiżiti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi kwalifiki u prerekwiżiti qed jiġu mitluba li jkollhom is-support workers fl-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalifiki u l-prerekwiżiti mitluba mis-support workers tal-Aġenzija Sapport huma kif ġej:
Għal support workers li jaħdmu ‘Day Services’:
Requisites:
Eligible candidates must meet one of the criteria mentioned below:
A recognised qualification or award at MQF Level 3 or higher (minimum of 60 ECTS/ECVET) in the health, social or disability sector;
OR
Two (2) years’ relevant work experience as a Support/Care Worker in the fields of disability, mental health or a relevant social sector; one (1) year (equivalent to full-time) of which may be in the voluntary sector. This needs to be supported by a formal letter from the entity, and needs to be related to the disability and/or mental health sector;
OR
Applicants who have relevant experience and skills in the expressive arts (theatre, ceramics, painting, drama) and/or sports and who have the aptitude to work with persons with disability and who are willing to undergo in house compulsory training during the first six months of employment.
Preference will be given to applicants who are able to communicate in both the Maltese and the English languages to the benefit of the service users. Moreover, applicants with a valid driving licence shall be given preference, since driving duties are an important part of the Support Worker’s role.
Applicants in possession of a foreign qualification/s are to produce with their application, a recognition statement on comparability of qualifications issued by the Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA).
Għal support workers li jaħdmu SIL (residenzi):
Requisites:
Eligible candidates must meet one of the criteria mentioned below:
A recognised ‘Qualification’ at MQF Level 3 or higher (minimum of 60 ECTS/ECVET) in the health and social sector (eg. MCAST Diploma in Care);
OR
A recognised ‘Award’ at MQF Level 3 or higher (less than 60 credits) in the health and social care sector or a related and relevant field, together with six (6) months’ work experience (this needs to be supported by formal documentation, and needs to be related to the disability and/or mental health sector);
OR
Having an A’ Level standard of education, with a passion for the disability field; such candidates must be currently reading for a ‘Qualification’ at MQF Level 5 or higher (minimum 120 ECTS) in healthcare, social science or nursing/allied health, or a related field;
OR
Three (3) years’ relevant work experience as a Support/Care Worker in the fields of disability, mental health or a relevant social sector; one (1) year (equivalent to full-time) of which may be in the voluntary sector (this needs to be supported by a formal letter from the entity, and needs to be related to the disability and/or mental health sector).
Support Workers li jaħdmu fis-servizz MyProgramme (ibbażat fil-komunità)
huma wkoll meħtieġa jkollhom liċenzja valida tas-sewqan, peress li s-sewqan jifforma parti integrali mir-rwol tagħhom fil-komunità.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm support workers f’Aġenzija Sapport bħalissa u kemm minnhom huma seniors?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 326 Support Worker impjegati ma’ Aġenzija Sapport, li minnhom 25 jokkupaw il-kariga ta’ Senior Support Worker.
Aġenzija Sapport – Riżenji ta’ Support Workers – Raġunijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid waqt l-exit interviews li saru minn Aġenzija Sapport, x’kienu r-raġunijiet primarji għar-riżenji mogħtija mis-support workers li rriżenjaw f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.