Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq San Edwardu, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din l-istess triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’diskussjonijiet mal-Enemalta rigward it-tisħiħ fid-distribution network f’Ħal Qormi, li abbażi tagħhom ser ikun hemm pjan ħolistiku ta’ xogħlijiet f’Ħal Qormi.
Ħal Tarxien – Triq Karlu Maratta kantuniera ma’ Triq Kalamija – Spralli magħluqa bit-tarmak
Question
Fid-dawl li l-ispralli fi Triq Karlu Maratta kantuniera ma’ Triq Kalamija, Ħal Tarxien (biswit Ġnien Ovindoli) jinsabu magħluqin bit-tarmak, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-ispralli humiex se jibqgħu magħluqin jew jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jinfetħu sabiex l-ilma tax-xita jkun jista’ jitbattal kif suppost?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Awtorità tal-Ippjanar – Bini ta’ lukandi – Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ applikazzjonijiet li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ lukandi? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Gvern, Infrastructure Malta u/jew entitajiet/awtoritajiet governattivi oħra għall-proġett ta’ Ġnien Tony Bezzina, f’Raħal Ġdid, u jagħti break down ta’ kif u fiex intefqet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi din hija il-breakdown tax-xogħlijiet li għamlet Infrastructure Malta fil-proġett ta’ Ġnien Toni Bezzina, f’Raħal Ġdid.
Servizz
Ammont eskluż il-VAT (€)
Civil & Finishing works
679,420.33
M&E works
92,355.08
Ancillary Services
28,909.42
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju tal-proċess tal-ippjanar jew tal-compliance, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) jew l-Awtorità tal-Ippjanar jaraw li l-bini sar skont ir-rekwiżiti ta' Technical Document F, kif infurzati mill-Avviż Legali u inklużi bħala kundizzjonijiet tal-permessi tal-ippjanar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 2200, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta` Awwissu 2026, kien hemm 1,328 persuna tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, li minnhom 501 kienu nisa u 827 kienu rġiel.
Minn 1,328 persuna, 44 kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn ħames snin. Minnhom 5 kienu nisa u 39 kienu rġiel.
Infrastructure Malta – Tqegħid ta’ sinjali tat-traffiku ġodda – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet flus Infrastructure Malta fit-tqegħid ta’ sinjali tat-traffiku ġodda matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Triq tal-Barrani – Xogħlijiet fil-junction li tagħti għaż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Birżebbuġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet se jsiru f’Triq tal-Barrani fil-junction li tagħti għaż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Birżebbuġa? Jista’ jgħid ukoll meta se jsiru dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdumu, jekk inħarġitx sejħa għall-offerti u jekk ġewx ikkonsultati l-Kunsilli Lokali taż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Ħal Tarxien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3300 u 3517 u jgħid kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs) matul is-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi huma dawn l-individwi u kemm inħarġu permessi ġodda ta’ residenza lil ċittadini ta’ kull pajjiż?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3616 u ċjoè: B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-project plan li juri liema huma x-xogħlijiet li saru, jew ser isiru, min huwa responsabbli għal liema xogħlijiet u t-timeline?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħlijiet fi Triq iż-Żurrieq, f’Birżebbuġa, bdew fl-1 ta’ Settembru 2026 u qed jitwettqu minn Infrastructure Malta. Il-proġett huwa skedat li jitlesta sat-tmiem din is-sena. Ix-xogħlijiet huma maqsuma f’żewġ fażijiet, li jkopru s-sezzjoni mit-triq fil-viċinanzi tal-knisja sal-intersezzjoni ma’ Triq it-13 ta’ Diċembru, kif ġej: L-Ewwel Fażi (mill-knisja sa Triq Sant’Anġlu) mistennija tkun lesta sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, huwa ppjanat li jitlestew ix-xogħlijiet relatati mal-main tad-drenaġġ, il-main tal-ilma fuq iż-żewġ naħat tat-triq, il-bankini fuq iż-żewġ naħat, kif ukoll it-tqegħid tas-saffi tal-Base Course u tal-Binder Course. It-Tieni Fażi (minn Triq Sant’Anġlu sa Triq it-13 ta’ Diċembru) se jitwettqu x-xogħlijiet kollha meħtieġa fuq is-sezzjoni indikata. Barra minn hekk, huwa ppjanat li jitlesta l-Wearing Course tul it-triq kollha. Skont l-iskeda tax-xogħlijiet, il-proġett huwa mistenni li jitlesta sat-tmiem din is-sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3617 u ċjoè: B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru water culverts biex jiġi mmaniġġjat l-ilma tax-xita u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru l-infrastruttura li ser issir jew li ser tinbidel għal dan il-għan?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li Infrastructure Malta għamlet konsultazzjonijiet mal-entità responsabbli (Storm Water Unit), ma kien hemm l-ebda talba għal water culvert fil-qafas ta’ dan il-proġett. Għaldaqstant, il-proġett ma jipprevedix xogħlijiet relatati mal-installazzjoni ta’ water culvert.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kull xogħol relatat mal-permessi DS/00460/25 u PA/11364/18 fi Triq il-Qaliet, Marsaskala sarux u qed isiru skont dawn il-permessi? Jekk hemm xi xogħlijiet li saru jew mhux qed isiru skont dawn il-permessi, jista’ jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar waqqfet ix-xogħlijiet peress li dawn ma kienux qed isiru skont il-pjanti approvati.
Infrastructure Malta – Xogħlijiet temporanji f’Raħal Ġdid – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tax-xogħlijiet temporanji li saru minn Infrastructure Malta fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll kemm damu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet billi jindika d-data ta’ meta bdew u d-data ta’ meta tlestew?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta’ PQ 3090.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ġew sottomessi proposti jew applikazzjonijiet oriġinarjament taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd, kemm minnhom intgħażlu u kemm ma ntgħażlux? Jista’ jgħid ukoll x’se jsir mill-proposti li ġew sottomessi iżda ma ntgħażlux, u jekk dawn humiex se jibqgħu jiġu kkunsidrati għal fażi sussegwenti tal-inizjattiva jew jekk il-Kunsilli Lokali u/jew l-entitajiet li ssottomettewhom humiex se jkollhom jissottomettu applikazzjoni ġdida? Jista’ jgħid ukoll jekk Infrastructure Malta kkomunikatx mal-applikanti li ma ntgħażlux dwar il-possibbiltà li l-proposti tagħhom jiġu kkunsidrati fi stadju jew fażi sussegwenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25318 matul il-leġiżlatura preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jkompli bl-inizjattiva Vjal Kulħadd permezz ta’ sejħa jew fażi oħra li fiha jkunu jistgħu jintgħażlu proġetti addizzjonali? Jekk iva, jista’ jgħid meta huwa ppjanat li titnieda l-fażi jew sejħa li jmiss, kemm huwa l-baġit allokat għaliha u kemm-il proġett huwa previst li jintgħażel?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-inizjattiva Vjal Kulħadd qed tkompli tiġi implimentata permezz tal-proġetti magħżula fl-ewwel fażi tagħha, li tħabbret f’Jannar 2025. Wara li kienu ġew sottomessi 40 applikazzjoni minn kunsilli lokali u NGOs ambjentali, intgħażlu 14-il proġett għall-ewwel fażi, filwaqt li 10 proġetti addizzjonali kienu għadhom taħt evalwazzjoni għat-tieni fażi.
L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li tkompli tittrasforma l-ispazji pubbliċi f’żoni aktar aċċessibbli, siguri u sostenibbli, b’enfasi fuq il-mixi, il-mobilità alternattiva u ż-żieda fl-ispazji ħodor, filwaqt li tingħata prijorità lin-nies u lill-komunitajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab kull wieħed mill-proġetti magħżula taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd? Jista’ jgħid ukoll liema proġetti tlestew, liema jinsabu fil-fażi ta’ implimentazzjoni, liema għadhom fi stadju ta’ pjanar jew konsultazzjoni u d-data mistennija għat-tlestija ta’ kull proġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġetti magħżula taħt l-inizjattiva Vjal Kulħadd jinsabu fi stadji differenti ta’ implimentazzjoni, skont in-natura tax-xogħlijiet meħtieġa u l-proċessi tekniċi u amministrattivi relatati ma’ kull proġett.
Sal-lum, tlestew il-proġetti fi Triq Ħaż-Żabbar fiż-Żejtun, fi Triq il-Gudja fil-Gudja, fil-Pjazza Tommaso Dingli, Ħ’Attard u fi Triq San Tumas f’Ħal Tarxien. Tlesta wkoll ix-xogħol ta’ riallinjament tal-bypass tas-Siġġiewi, inkluża r-rikostruzzjoni sħiħa tiegħu, il-kostruzzjoni ta’ sistema ġdida għall-ġbir tal-ilma tax-xita sabiex titjieb is-sitwazzjoni f’żona li tbati minn għargħar qawwi, u t-titjib tal-bankina tul il-belvedere bi tqegħid ta’ madum ġdid tal-konkos aggregat espost.
Fir-rigward ta’ Triq is-Saqqajja fir-Rabat, tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett, filwaqt li qed jiġu ffinalizzati x-xogħlijiet tat-tieni fażi u qed jitħejja l-bidu tat-tielet fażi. Din tal-aħħar tinkludi t-tħejjija tas-servizzi u l-kostruzzjoni tal-pedamenti tal-bankini u tal-parkeġġi.
Fi Triq John Ayde fin-Naxxar, inbena r-reservoir, ġew installati s-servizzi kollha u tlestew ix-xogħlijiet kollha ta’ skavar. Ix-xogħlijiet tal-bankini tlestew ukoll. Fi Triq Oscar Zammit fl-Imsida, inbena r-reservoir, ġew installati s-servizzi kollha u tlestew ix-xogħlijiet kollha ta’ skavar.
F’Xatt iċ-Ċangatura fil-Furjana, tlestiet l-ewwel fażi minn tlieta, filwaqt li għaddejjin ix-xogħlijiet fuq is-servizzi li jinsabu tul it-tieni fażi tal-proġett.
F’Ħal Kirkop, l-Aġenzija riċentament irċeviet il-ftehim iffirmat mal-Kunsill Lokali, pass meħtieġ għall-iżvilupp tal-proġett.
Fir-rigward ta’ Misraħ Santa Marija fiż-Żurrieq, ġiet sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar l-applikazzjoni relatata mad-DNO, u bħalissa qed tkun mistennija l-approvazzjoni tagħha qabel ma jkun jista’ jsir aktar progress.
Fir-rigward tal-proġetti f’Ħaż-Żebbuġ, il-Fgura, il-Mosta, il-Mellieħa u Ħal Safi, il-proċess ta’ implimentazzjoni għadu għaddej, u l-istadju rispettiv u l-iskedi ta’ żmien għat-tlestija tagħhom huma marbuta mal-iżvilupp u l-progress tal-proċessi tekniċi u amministrattivi meħtieġa.
Id-dati mistennija għat-tlestija ta’ kull proġett jiddependu mill-istadju li jkun intlaħaq, mill-ħtiġijiet tekniċi u mill-approvazzjonijiet meħtieġa. Għaldaqstant, l-iskedi ta’ żmien jiġu stabbiliti jew aġġornati skont il-progress effettiv ta’ kull proġett.