Jista' l-Ministru jgħid kif fil-pjanta tas-Sliema Bus Interchange ġew inkorporat x'post għal żewġ kiosks meta l-istess kiosks huma illegali u saħansitra ġew rifjutati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li se jsiru fix-Xatt tal-Isla, kif ukoll it-time frames meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fiċ-Ċentru ta' Bormla? Jista' jgħid għaliex ix-xogħlijiet ilhom weqfien numru ta' ġimgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fiċ-Ċentru ta' Bormla ser jitkomplew fil bidu ta’ Jannar 2013. Dawn ix-xogħlijiet kienu weqfin minħabba li numru ta' tenders ġodda kienu qegħdin jiġu ppubblikati u evalwati wara li l-kuntrattur prinċipali li kien qed jieħu ħsieb dawn ix-xogħlijiet ġie mwaqqaf minħabba 'contractual default’. Wara sejħa għall-offerti, l-kuntrattur għax-xogħlijiet ta’ pavimentar fi Pjazza Paolino Vassallo ġie magħżul. Biex dawn ix-xogħlijiet ma' jkollhomx impatt ħażin fuq il-festa tat-8 ta’ Diċembru u tal-Milied, ġie deċiż li x-xogħol jibda f’Jannar 2013.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-kumpanija GO takkomoda spazju fuq l-iskeda tat-TV tagħha lil xi stazzjon lokali li għamel upgrade tas-servizzi tiegħu, bħal fil-każ tal-UTV, issa li l-istazzjon Calypso Music mar GIO?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li fi Triq Orazio Diacono, iż-Żejtun fil-parti fejn din tagħlaq u tmiss ma' sqaq fi Triq it-Tus jinġema kwantità enormi ta' ilma u ħames familji qed jiġu affettwati negattivament, u peress li meta tagħmel ħafna xita dawn il-familji qed ikollhom il-proprjetà tagħhom li tispiċċa mgħarrqa tant li jidħol ilma sa żewġ filati u ġieli anke iktar u peress li hemm ħtieġa akuta li jsiru żewġ boreholes f'din iż-żona sabiex l-ilma jinżel għall-water table, kif ukoll jittieħdu miżuri oħra bħal per eżempju, li tiġi imbaxxa Triq Nikola Attard, iż-Żejtun u li ssir speed hump fil-bidu ta' Triq it-Tempju, iż-Żejtun, jista' l-Ministru jgħid jekk, wara li jagħmel il-verifiki meħtieġa, jaqbilx li dawn ix-xogħlijiet isiru b'mod urġenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Għaddejt il-proposta tal-Onor Interpellant lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il upgrade ingħatat fil-qasam maniġerjali mis-sena 2010 sal-lum f'Transport Malta u x’wassal sabiex jingħataw dawn l-upgrades? Jista' jipprovdi l-lista ta’ dawn il-persuni flimkien mad-dipartiment u ż-żieda li ġew mogħtija fis-salarji tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Infakkar lill-Onor Interpellant li mhix il-konswetudini li jintalbu l-ismijiet ta' uffiċjali pubbliċi sakemm ma jkunx hemm xi raġuni speċifika li għaliha għandhom jissemmew.
Transport Malta — xogħol fuq triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fiex waslu l-preparamenti ta' Transport Malta, f'dik li hi koordinazzjoni mal-entitajiet l-oħra tal-Gvern, biex jitkompla x-xogħol fuq triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aħħar parti tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġiet inkluża fil-lista sottomessa din is-sena mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal toroq residenzjali li baqgħalhom ijsiru f’din il-lokalità. It-toroq fil-lista sottomessa qed jiġu vverifikati minn Transport Malta sabiex jiġu kkunsidrati fil-programm tax-xogħlijiet li jmiss.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex ix-xogħol ta' kostruzzjoni fi Triq is-Simar f'San Pawl il-Baħar, mhux qed jitkompla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għadha mhiex iffurmata sew u għalhekk ir-responsabilta’ għadha f’idejn l-iżvilippaturi ta’ din it-triq. Madankollu, sabiex ittaffi l-inkonvenjent f’din it-triq, Transport Malta ħarġet sejħa għall-offerti għal engineering consultancy biex isir studju fuq il-materjal li jinstab f’din it-triq. Se jsiru wkoll jersey barriers f’parti ta’ din it-triq sabiex jitneħħa l-periklu li hemm.
B'referenza għal kemm ilha tiġi organizzata l-Boat Show ġewwa Dock 1, għall kull sena jista' l-Ministru jindika min kien l-organizzatur u l-perjodi li ġiet organizzata l-Boat Show? Jista' jagħti rendikont ta' flus li rċeviet mill-kiri tad-Dock 1 għall-Boat Show u jindika l-ammont ta' flus li tħallsu għall-parteċipazzjoni? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li tħallas bħala sponsorship u jgħid jekk kienx hemm xi spejjeż oħra li ġew imħallsa u kemm kien l-ammont? Jista' jgħid jekk hux se jingħataw post alternattiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Boat Show ġewwa Dock 1 kien organizzat darbtejn, darba bejn l-24 u s-27 ta’ Settembru 2009 u darba oħra bejn it-23 u t-26 ta’ Settembru 2010.
Fiż-żewġ każi, l-organizzaturi kienu Network Events. Kif diġa’ ntqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20038, ma’ nżammu l-ebda ħlasijiet mill-Gvern jew minn Transport Malta sabiex isir dan l-avveniment. Fiż-żewġ każijiet, minbarra li ġie pprovdut il-post fejn issir il-Boat Show, Transport Malta ħallset €10,000 fl-2009 u €17,000 fl-2010 bħala ħlas ta’ parteċipazzjoni u sponsorship.
Transport Malta ma’ ħallset l-ebda spejjeż oħra. Il-post fejn issir il-Boat Show hija deċiżjoni tal-organizzaturi u mhux il-każ li l-Gvern jagħti post alternattiv.
Jista' l-Ministru, għal kull dekasteru, jipprovdi lista ta’ nies lis-salarju (jeskludi il-performance bonus) tagħhom ġie revedut mil-anqas darbtejn mis-sena 2007 sal-lum? Jista' jinkludi ż-żieda fis-salarju, il-pożizzjoni l-ġdida, id-data ta’ meta dan seħħ, min kienu dawk il-persuna/i li approvaw u kienu parti min dan il-proċess, filwaqt li jindika jekk kienx hemm call for application?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36854 u jgħid kemm u f'liema karigi ġew ingaġġati nies ma' Transport Malta xahar b'xahar mill-bidu tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li minn Jannar ta' din is-sena Transport Malta ingaġġat 18-il persuna.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni l-oħra mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qegħda tinhema skema sabiex tinħareġ tender ħalli x-xogħol ta' amministrazzjoni tal-ħaddiema tax-Xatt jingħata lill-privat?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal Transport Malta fuq spejjeż li saru għad-delegazzjoni tal-5+5? Jista' jipprovdi r-rendikont fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma għamlet l-ebda nefqa fuq spejjeż li saru għad-delegazzjoni tal-5 + 5.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — paga ta' persuna ingaġġata fil-ministeru
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, x'kariga għandu fid-dekasteru tiegħu meta ġie ingaġġat u x'inhi l-paga tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija, bħalissa qiegħda tipprovdi servizz ta' Project Management lil GHRC u ilha tagħmel hekk minn Jannar 2012. Ta' dan is-servizz qegħda tirċievi €3,250(ex- Vat) fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' tariffi tal-Kumpanija Arriva, kif approvata minn Transport Malta, hiex qed tiġi investigata mill-Kummissjoni Ewropea għal xi ksur ta' acquis communautaire? Jekk iva, ġewx Transport Malta u l-Ministeru konċernat, avviċinati mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħtu spjega għall-istruttura ta' tariffi u jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jekk inhu l-kaz, kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn iż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Kummissjoni Ewropeja kitbet lill-Gvern Malti sabiex titlob informazzjoni u kjarifiċi dwar il-kwistjoni. Dan huwa l-istadju li fih il-Kummissjoni tinvestiga sabiex imbagħad tiddeċiedi jekk għandomx jinfetħu proċeduri formali dwar infrazzjoni tal-liġi komunitarja.
Il-Gvern diġa’ bagħat tweġibiet lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Peress li dan huwa stadju preliminari, ma’ nħossx li jkun prudenti li dawn id-dokumenti jsiru pubbliċi, f'dan l-istadju.
Fgura — Triq Carapecchia u Triq Sigismondu Savona - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ilmenti rigward xogħol ħażin li sar minn Transport Malta ġewwa Triq Carapecchia fil-Fgura, li minħabba dan qed jergħqu r-residenti u l-garaxxijiet ta' Triq Sigismondu Savona fil-Fgura? Jista' jgħid xi pjanijiet hemm għal dawn iż-żewġ toroq u meta se jsir ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tiċħad li sar xogħol ħazin ġewwa Triq Carapecchia, Fgura. L-imsemmija ħsara saret minħabba l-fatt li t-triq ma' ġietx iffurmata kif suppost skont il-livelli kif stabbiliti mill-MEPA mill-istess residenti. Biex inaqqsu l-inkonvenjent ta’ dawn ir-residenti, Transport Malta għamlet xogħol temporanju, proprju sabiex ittaffi minn dan l-għarar kif ukoll minn ammont ta’ tajn li kien jinżel fil-proprjetajiet tar-residenti kull meta tagħmel ix-xita.
Transport Malta kienet ħarġet kuntratt biex isir ix-xogħol fi Triq Carapecchia, liema xogħol iżda ma' kienx beda minħabba li l-kuntrattur ma' ffirmax il-kuntratt tax-xogħol meħtieġ. Għaldaqstant, Transport Malta waqqfet dan il-kuntratt u fil-ġimgħat li ġejjin se terġa’ toħroġ sejħa għall-offerti oħra sabiex jintgħażel kuntrattur ieħor.
Sewwieqa tal-Arriva — xuffiera li ġew agrediti, insultati, mhedda u msawta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti intavolati minn sewwieqa tal-Arriva fejn irrappurtaw każijiet fejn huma ġew agrediti, insultati, mhedda u anke msawta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qatt ma rċeviet ilmenti fir-rigward ta' agressjoni fuq xufieri tal-Arriva.