Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondi Ewropej 2014-2021 – Fondi mitlufa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm intilfu fondi Ewropej mill-pakkett ta’ Fondi Ewropej għall-perjodu 2014-2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu ta’ dan l-ipprogrammar, Malta se tkun qiegħda tuża l-allokazzjoni ta’ fondi sħiħa li ngħatat.

Fondi Ewropej 2014-2021 – Proġetti li ma tlestewx sal-2023 – Fondi mitlufa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm intilfu fondi Ewropej mill-pakkett ta’ Fondi Ewropej tal-perjodu 2014-2021 minħabba li proġetti ma ngħalqux kompletament sa Diċembru 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14581.

Aġenzija SEM – Kuntratt tal-ex CEO

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jagħti r-raġunijiet għalfejn il-kuntratt tal-Eks CEO tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta (SEM), li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġiex imġedded?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni għaliex il-kuntratt tal-Eks CEO tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) ma ġiex imġedded hija li ma kienx hemm qbil bejn il-partijiet fuq il-kundizzjonijiet tal-imsemmi kuntratt.

Aġenzija SEM – Kuntratt tal-ex CEO

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid x’kien il-pakkett finanzjarju tal-Eks CEO tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pakkett finanzjarju tal-Eks CEO tal-Aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta, skont il-kuntratt iffirmat fl-1 ta’ Frar 2020.

Il-Marsa – Flyovers — Proġett

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid jekk il-proġett tal-Flyovers tal-Marsa, li parti minnu saret minn Fondi Ewropej, hux qed jiġi investigat mill-Uffiċċju Indipendenti tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EPPO)? Jista’ jgħid ukoll fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EPPO) huwa korp indipendenti tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, l-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru m’għandux l-informazzjoni li qed tiġi mitluba.

Proġetti ffinanzjati minn Fondi Ewropej

Question

Apparti l-proġett tal-flyovers tal-Marsa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u jgħid jekk hemmx proġetti oħrajn li saru jew qegħdin isiru b’fondi tal-Unjoni Ewropea u li qed jiġu investigati mill-Uffiċċju Indipendenti tal-Prosekuzzjoni Pubblika tal-Unjoni Ewropea (EPPO) jew xi aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, liema huma dawn il-proġetti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14261.

EU Centralized Funds

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid kemm Malta bbenefikat mill-EU Centralized Funds bejn l-2014 u l-2020, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Fondi Ċentralizzati huma ġestiti direttament mill-Kummissjoni Ewropeja mingħajr l-involviment tal-Istat Membru. Għaldaqstant, il-Ministeru responsabbli mill-Fondi Ewropej ma jistax jipprovdi din l-informazzjoni.

Laboratorji għal testijiet fuq il-bricks

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13053 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid abbażi ta' liema standard ġie akkredidat il-laboratorju f’Malta għal xi testijiet fuq bricks (pre-cast) użat fil-bini u x'inhuma dawn it-testijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-laboratorju huwa akkreditat skont l-istandard internazzjonali EN ISO/IEC 17025:2017. B’referenza għal-“precast”, il-laboratorju huwa akkreditat għal testijiet skont l-istandard Ewropew EN772-1:2011+A1:2015 u EN772-16:2011.