Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas kollu li għamel il-Bank Ċentrali ta’ Malta lil media houses lokali u internazzjonali matul is-snin 2020, 2021, 2022 u bejn Jannar 2023 u t-23 ta’ Novembru 2023? Kemm kien il-ħlas, ta’ xiex kien, min approvah u x’servizz ingħata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas kollu li għamlet il-Borża ta’ Malta lil media houses lokali u internazzjonali matul is-snin 2020, 2021, 2022 u bejn Jannar 2023 u t-23 ta’ Novembru 2023? Kemm kien il-ħlas, ta’ xiex kien, min approvah u x’servizz ingħata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12536 u jgħid kemm kien hemm diretturi fil-bord tal-Air Malta kull sena mis-sena 2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u x’kienet ir-remunerazzjoni ta’ kull wieħed?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jippubblika d-dati tal-laqgħat li saru tal-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) inkluż ir-rassenja ta' min attenda u min le, u r-raġuni għan-nuqqas ta' attendenza għal-laqgħat kollha li saru fl-2020, 2021, 2022 u bejn Jannar u Ottubru 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant illi rigward id-dati tal-laqgħat tal-Compliance Monitoring Committee (CMC) rikjesti, biex jirreferi għat-tliet tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari li diġà ġew imwieġba u li jelenkaw id-dati tal-laqgħat taċ-CMC għas-snin 2020 (PQ 5017), 2021 (PQ 5018) u 2022 (PQ 5019).
Rigward id-dati tal-laqgħat għas-sena 2023, l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Inoltre, ssir referenza għar-Rapport Annwali tal-FIAU tas-sena 2022, li jispjega l-komposizzjoni tal-Compliance Monitoring Committee. Dan huwa kompost mid-Direttur, il-Viċi Direttur, il-Head of Enforcement, uffiċjal fi grad mhux inqas minn ‘senior’ mill-Legal and International Affairs Section tal-FIAU u uffiċjal fi grad mhux inqas minn ‘senior’ mill-Enforcement Section ta-FIAU, li ma jkunx l-istess uffiċjal li jkun qed jippreżenta l-każ lis-CMC.
Il-‘quorum’ sabiex issir laqgħa tas-CMC huwa ta’ tliet membri, li jridu jinkludu d-Direttur jew Viċi Direttur u uffiċjal mill-Enforcement Section. Fil-laqgħat kollha tas-CMC hawn fuq ikkwotati, dejjem intlaħaq il-quorum.
Ta' min jiċċara illi is-CMC jiġi kompost għal kull każ li jiġi eskalat lill-Enforcement Section biex jiġi diskuss, dejjem skont il-‘quorum’ kif hawn fuq spjegat. Għaldaqstant m’hemmx rassenja li trid tittieħed, għaliex biex issir laqgħa tas-CMC dejjem irid ikun hemm din il-komposizzjoni minima.
Jiġi enfasizzat illi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kollha dwar il-każijiet speċifici illi għandu fil-pussess tiegħi il-Korp hija kunfidenzjali u protetta taħt l-Artiklu 34 ta-Att kontra l-Money Laundering, u għalhekk ma jistgħux jingħataw dettalji jew informazzjoni dwar il-każijiet partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jaħdmu fis-settur bankarju, inkluż mal-Bank Ċentrali ta’ Malta u mal-Malta Development Bank?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta’ Ġunju 2023, in-numru ta’ persuni li kienu jaħdmu fis-settur bankarju, inkluż mal-Bank Ċentrali ta’ Malta u mal-Malta Development Bank kien ta’ 5,998.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Jobsplus tipprovdix definizzjoni tal-impjieg 'Assistent Personali' (għal persuna b'diżabilità) u jekk iva, x’inhi din id-definizzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-nomenklatura 'Assistent Personali' (għal persuna b'diżabilità) għadha mhijiex mal-lista ta’ titli ta’ xogħol eżistenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7622, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li ngħatat f'din it-tweġiba sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7622 u l-persuni impjegati f'Ottubru 2022, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni kienu qegħdin fiż-żmien tal-probation? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom baqgħu impjegati mal-istess kumpanija, entità eċċ. meta għadda ż-żmien ta' probation? Kemm minn dawn il-persuni baqgħu impjegati mal-istess kumpanija, entità eċċ. f'Ottubru 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni dwar il-perjodu ta’ probation fuq il-post tax-xogħol.
Skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, minn 4,765 persuna li kienet impjegata f'Ottubru 2022, 4,077 kienu għadhom impjegati mal-istess kumpanija sal-aħħar ta’ Ġunju 2023.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Ġunju 2023.
Persuni b’diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol
Question
B'referenza għall-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7621, jista' l-Ministru, għal kull perjodu msemmi fl-istess tweġiba, jgħid kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilità eliġibbli li jaħdmu iżda ddeċidew li ma jirreġistrawx biex jaħdmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus m’għandhiex informazzjoni dwar persuni inattivi.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħlas kollu li għamlet l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) lil media houses lokali u internazzjonali matul is-snin 2020, 2021, 2022 u bejn Jannar 2023 u t-23 ta’ Novembru 2023? Kemm kien il-ħlas, ta’ xiex kien, min approvah u x’servizz ingħata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Implimentazzjoni ta’ direttivi tal-UE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol matul l-2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea li kellhom data ta’ skadenza għat-traspozizzjoni fil-Liġi Nazzjonali fis-sena 2023 u li ġew trasposti huma s-segwenti:
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
Dawk id-Direttivi li għandhom pendenti huma:
Direttiva (UE) 2021/2118 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-uzu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà
Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar azzjonijiet rapprezentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE
Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiziti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-izgurar ta' livell minimu globali ta' tassazzjoni għal gruppi ta' intraprizi multinazzjonali u gruppi domestiċi fuq skala kbira fl-Unjoni
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenti 11045, li oriġinarjament saret lill- Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, u jgħid kemm għandu jieħu flus f’arretrati l-Gvern sal-aħħar tas-sena l-oħra?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11104, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10796, jista' l-Ministru jgħid matul l-2022 kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi ġew il-ħaddiema barranin li qed jaħdmu f'pajjiżna mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema industrija ta' pajjiżna jaħdmu u kemm persuni jaħdmu f'kull industrija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13309 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn mechanics/electricians reġistrati li jaċċettaw xogħol ta’ tiswija ta’ vetturi elettriċi f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern huwiex imħasseb dwar il-possibbiltà li ma jkunx hawn biżżejjed mechanics biex ilaħħqu mad-domanda fil-futur qarib?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Ġunju 2023, kien hawn 1,325 persuna jaħdmu bħala mechanics fuq bażi full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom. Madanakollu, Jobsplus ma jkollhiex l-informazzjoni jekk dawn humiex mechanics li jaċċettaw xogħol ta’ tiswija ta’ vetturi elettriċi jew le.
Barranin minn pajjiżi tal-UE u terzi li qegħdin fuq ir-reġistru tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u terzi li qegħdin fuq ir-reġistru tax-xogħol, part 1, part 2 u part 3 u minn liema pajjiżi ġejjin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Awwissu 2023.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11292, jista’ l-Ministru jgħid x’passi u miżuri qed jittieħdu sabiex it-3,471 persuna NEET jinġiebu lura biex jaħdmu jew jistudjaw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern, permezz ta’ Jobsplus, ser ikompli joffri lill-persuni bejn l-età ta’ 15 sa 29 sena l-iskema Garanzija għaż-Żgħażagħ. Permezz ta’ din l-iskema, iż-żgħażagħ li la qegħdin f'impjieg u lanqas fl-edukazzjoni u żgħażagħ li huma f'riskju li jaqgħu fil-kategorija NEET huma pprovduti b'servizzi mfassla apposta biex jiggwidawhom biex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom jew jidħlu f'impjieg bi qligħ. Biex tgħin fl-integrazzjoni tan-NEETs fis-suq tax-xogħol, Jobsplus toffri wkoll inċentivi finanzjarji lil min iħaddem permezz tal-Iskema tal-‘Access to Employment’ fejn min iħaddem jirċievi assistenza ta’ €110.93 (full-time) jew €55.47 (part-time) meta jimpjega kwalunkwe persuna bla xogħol ta’ bejn il-15 u l-24 sena li qabel ipparteċipat u lestiet l-iskema tal-Garanzija għaż-ŻgħaŻagħ u tkun ingaġġata għall-ewwel darba.
Jobsplus tamministra wkoll il-proġett
INTERCEPT
li huwa mmirat biex joħroġ il-potenzjal tan-NEETs bejn il-25 u d-29 fis-settur ekoloġiku. Il-proġett wettaq riċerka dwar in-NEETS u l-kumpaniji ħodor, fejn ġew identifikati l-ħtiġijiet u l-opportunitajiet f’dan il-qasam. Dan il-proġett jinkludi taħriġ u placement fuq il-post tax-xogħol fis-settur ekoloġiku.
Apparti dawn il programmi, Jobsplus toffri servizzi ta’ konsulenza dwar ix-xogħol sabiex tassisti liż-żgħażagħ li huma mħajra jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Jobsplus tikkollabora wkoll ma’ entitajiet edukattivi sabiex toffri gwida dwar is-suq tax-xogħol, il-ħiliet u l-opportunitajiet eżistenti.
Barra minn hekk, Jobsplus hija involuta f’numru ta’ inizjattivi ta’ riċerka, bl-għan li jkollha iżjed informazzjoni dwar iż-żgħażagħ u kif jistgħu jiġu megħjuna jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12362, jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpens ex gratia ġie mogħti mill-Gvern Malti mis-sena 2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u ċjoè x'pagamenti saru mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u/jew l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu għal danni u/jew pretensjonijiet mingħajr ma tiġi rikonoxxuta, dikjarata jew assunta xi forma ta' responsabbilità da parti tal-istess Gvern Malti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2013 'l hawn, inħarġu 491 ċekkijiet bħala kumpensi ex gratia mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, li jammontaw għal total ta’ €6,331,737.27.