Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttiva (2018/1972) – konsultazzjoni pubblika

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12936, jista’ l-Minsitru jgħid meta saret il-konsultazzjoni pubblika dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva (2018/1972), jekk kienx hemm xi sottomissjonijiet f’dan ir-rigward u jekk kien hemm, minn min? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet li saru waqt il-konsultazzjoni pubblika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq id-dokumentazzjoni marbuta ma’ din il-konsultazzjoni u l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika se jitniehda dalwaqt.

Garanzija statali favur il-kumpanija Malta Air Travel

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14306, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-azzjonisti ta’ Malta Air Travel Ltd?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema ingaġġati mal-Gvern

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' ħaddiema ingaġġati mal-Gvern sena b’sena għas-snin 2013-2019? Jista' speċifikament jgħid kemm minn dawn kienu jaħdmu fi sptarijiet u kliniċi u kemm kienu għalliema jew f'oqsma b’kuntatt dirett ma' studenti u ġenituri?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — Uffiċċju tal-NSO - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-Uffiċċju tal-NSO f'Għawdex? Jista' jgħid meta ġie ppubblikat l-aħħar Gozo in Figures (bi statistika tal-NSO dwar diversi setturi f'Għawdex)? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid għaliex ma ġewx ippubblikati iżjed din it-tip ta' pubblikazzjoni dwar Għawdex?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tmien (8) impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-NSO f'Għawdex. Dawn jinkludu persuna f’kariga maniġerjali u seba’ (7) persuni fil-karigi ta’ Senior Statistician u Statistician. L-istatistika fuq Għawdex toħroġ b’mod regolari u l-pubblikazzjoni hi magħrufa bħala Regional Statistics MALTA. Qiegħed ninkludi l-URL tal-edizzjonijiet ta’ bejn is-sena 2016 u 2019, f’verżjoni elettronika: https://nso.gov.mt/en/publicatons/Publications_by_Unit/Documents/02_Regional_Statistics_(Gozo_Office)/Regional%20Statistics%20MALTA%202017%20Edition.pdf https://nso.gov.mt/en/publicatons/Publications_by_Unit/Documents/02_Regional_Statistics_(Gozo_Office)/Regional%20Statistics%20MALTA%202019%20Edition.pdf Il-pubblikazzjoni Regional Statistics MALTA li jmiss mistennija toħroġ fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju 2020. Il-Gozo in Figures kien ippublikat darbtejn fl-2014 u l-2015. Qed ninkludi l-URL tal-verżjoni elettronika ta’ din l-edizzjoni: https://nso.gov.mt/en/publicatons/Publications_by_Unit/Documents/02_Regional_Statistics_(Gozo_Office)/Gozo_in_Figures_2015.pdf Gozo in Figures kien studju speċjali żviluppat f’pubblikazzjoni b’kontenut analitiku, u bħall-Onorevoli Interpellant nistenna li l-NSO jaġġornaw dan l-istudju dwar Għawdex. L-informazzjoni qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Konvenji rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konvenju b’valur ta’ iktar minn €20 miljun u iktar minn €25 miljun rispettivament ġie rreġistrat mill-1 ta’ Frar 2020 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ebda konvenju ma ġie rreġistrat b’valur ta’ iktar minn €20 miljun u iktar minn €25 miljun mill-1 ta’ Frar 2020 sal-11 ta’ Mejju 2020.

Home Equity Release for Pensioners

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13778, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni li l-Awtorità rċeviet sabiex jiġi offrut l-Equity Release for Pensioners ġietx approvata u jekk fl-affermattiv liema huwa l-bank applikanti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni li l-Awtorità rċeviet sabiex jiġi offrut l-Equity Release for Pensioners għadha qed tiġi proċessata. Meta applikazzjoni tiġi approvata mill-Awtorità informazzjoni fuq l-entità li ġiet liċenzjata titpoġġa fuq il-website tal-Awtorità.

Ħlas lill-periti għall-proprjetà li tkun tidher fuq kuntratti ta’ suċċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu u min huma l-periti li jagħtu stima f’isem il-Gvern għall-proprjetà li tkun tidher fost l-oħrajn fuq kuntratti ta’ suċċessjoni f’dawn l-aħħar tliet snin u sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-ħlas li l-Gvern iħallas lil dawn il-periti għal kull sena ħidma għal kull perit imsemmi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-periti li jagħtu stima f’isem il-Gvern għall-proprjeta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, dawn ma jingħatawx salarju fiss, iżda jitħallsu għal kull spezzjoni li jagħmlu. Il-ħlas huwa ta’ €25 (inkluz il-VAT) għal kull spezzjoni.

Fond tal-Kawżi Ġusti – assistenza finanzjarja lill-għaqdiet tal-armar tal-festi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għandux il-ħsieb li jamministra assistenza finanzjarja mill-Fond tal-Kawżi Ġusti lill-għaqdiet tal-armar tal-festi, bħalma għamel dan l-aħħar għall-każini tal-baned?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li talbiet għal-għajnuna mill-Fond tal-Kawzi Ġusti, jiġu l-ewwel evalwati minn kumitat li hemm apposta biex jara jekk it-talba hix eliġibbli jew le. Kull deċizjoni tittieħed purament fuq il-mertu tagħha biss.

Dejn Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid iċ-ċifri uffiċjali tad-dejn nazzjonali f'dawn id-dati: a. Diċembru 2012; b. April 2013, c. Diċembru 2013, d. Diċembru 2014, d. Diċembru 2015, e. Diċembru 2016, f. Diċembru 2017, g. Diċembru 2018, h. Diċembru 2019, i, Frar 2020? Jista' l-Ministru jispjega għaliex dan iċ-ċaqliq fid-dejn nazzjonali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Infiq Kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċifra ta' nefqa tal-Gvern ta' kull sena mill-2003 sal-lum u jagħti ċ-ċifra ta' infiq kapitali ta' kull sena mill-2003 sal-lum? Jista' jindika l-persentaġġ tal-infiq kapitali ta' kull sena bħala persentaġġ tal-infiq kollu tal-gvern ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

First-time Buyers

Question

Jista l-Ministru jgħid hekk hux qed jikkonsidra li jgħolli l-figura ta €175,000 u li biha first time buyer jiġi eżentat milli jħallas mill-boll?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar baġit, l-ammont li min hu eliġibbli, ma jħallasx taxxa tal-boll fuq ix-xiri ta l-ewwel propjeta', telgħa għal €175,000 mill-ewwel ta’ Jannar li għadda.

Malta Development Bank — loans

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-loans mill-Malta Development Bank, qed tintalab 100% personal security?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-COVID-19 Guarantee Scheme, li qed tiġi amministrata mill-Malta Development Bank, qed tipprovdi garanzija ta’ 90% fuq is-self li banek kummerċjali qed jagħtu għal skop ta’ working capital lill-entitajiet li ntlaqtu ħazin minn din il-pandemija. Hija fid-deskrizzjoni tal-bank kummerċjali, li filwaqt li jibqa’ kompetittiv, jitlob dawk is- securities , liema rekwiziti jkunu jiddependu, fost l-oħrajn, fuq il- credit worthiness tal-klijent.

Rifużjonijiet fuq l-income tax

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ April 2020?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ April 2020, ilaħħqu s-somma ta’ €1,087,724. Hemm ukoll ammonti ta’ flus li jlaħħqu Eur 9.3m li għadhom ma jistgħux jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq l- income tax minħabba irregolaritajiet min-naħa tat- taxpayers , fosthom in-nuqqas ta’ sottomissjoni tar- returns tat-taxxa.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 13971.

Rifużjonijiet tal-VAT — flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ April 2020?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ flus li għadhom iridu jitħallsu lura f’rifuzjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ April 2020, ilaħħqu s-somma ta’ €55,593,471.

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Użu tal-frekwenzi elettromagnetiċi fir-range bejn 2 GHZ u 300 GHZ

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-istudji li juru biċ-ċar li l-użu tal-frekwenzi elettromagnetiċi fir-range bejn 2 GHZ u 300 GHZ b'mod ta' pulsing huma safe għas-saħħa tal-bniedem u tal-entitajiet bioloġiċi oħra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Testijiet tat-tekonoliġija 5G

Question

Jista’ l-Ministru: i. isemmi liema belt jew raħal ġie magħżul mill-Gvern skont it-talba tal-Kummissjoni Ewropea, sabiex isiru t-testijiet tat-teknoloġija 5G; ii. isemmi meta dawn it-testijiet għandhom isiru; u iii. jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq ir-rakkomandazzjoni tad-Direttriċi tas-Saħħa Pubblika li ma jiġix attivat il-5G ġewwa l-Gżejjer Maltin qabel ma jkunu saru t-testijiet li juri li mhux ser ikollu impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hu qed isir l-ebda test għat-teknoloġija 5G, filfatt ma hemm l-ebda operaturi kummerċjali lokali jew entità oħra li attwalment irreġistrat mal-MCA għall-użu ta’ frekwenzi biex isiru testijiet għat-teknoloġija 5G. L-MCA ma rċeviet l-ebda direzzjoni minn awtoritajiet tas-Saħħa biex tenforza standards ta’ emissjoni tar-radjazzjoni aktar stretti minn dawk tal-ICNIRP minnħabba t-teknoloġija 5G.

Użu tal-bandwidth 2.5GHZ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: i. x'inhi l-policy tal-gvern fir-rigward tal-użu tal-bandwidth 2.4 GHZ sabiex jiġi attivat servizz tal-internet li jissejjaħ 4.5G jew 4G plus, li kumpanija hawn Malta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, skont il-website tagħha, qiegħda diġà toffri download speeds enormi ta' 1000 GHZ kull sekonda, u ċjoè l-istess speed li qed jiġi reklamat mad-dinja kollha bħala l-ispeed il-ġdid li qed toffri t-teknoloġija 5G; ii. jekk kienx hemm studji li saru fuq l-użu tas-safety tar-routers domestiċi li qiegħda tuża din l-istess kumpanija, sabiex toffri dan id-download speed, kif ukoll sabiex topera sistema nazzjonali ta' "hotspots" għall- open wifi għall-mobiles tal-kumpanija? U jekk fl-affermativ, jistax il-Ministru jippreżenta kopji ta' dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra; u iii. jekk kienx hemm studji li saru fuq l-użu tas-safety tar-routers industrijali bħal dawk li qed jintużaw fl-iskejjel? U f’każ affermativ, jistax il-Ministru jippreżenta kopji ta' dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-politika ta’ Malta dwar l-użu tal-medda tal-frekwenzi fit-2.4 GHz hi skont id-Deċizjoni tal-Kummissjoni Ewropeja Nru. 2006/771/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal uzu ma’ tagħmir għal meded qosra (short range devices), kif emendata l-iktar riċenti f’Awwissu 2019 permezz ta’ Deċi¿joni (UE) 2019/1345. L-uzu ta’ din il-medda (iġifieri 2400-2483.5 MHz) f’Malta għall-tagħmir wideband tat-trazmissjoni tad-data hu skont Anness tad-Deċz¿joni (paragrafu 57c tat-Tabella 2). Dan minkejja li Malta setgħat timponi kundizzjonijiet dwar l-uzu ta’ din il-medda anqas stretti, bħal per ezempju, tippermetti livell aktar għoli tal-qawwa tat-trazmissjoni. L-użu ta’ din il-medda hu fuq bażi newtru tat-teknoloġija biex tiffaċilità l-introduzzjoni ta’ tagħmir għal meded qosra aktar effiċjenti u għaldaqstant b’veloċità aħjar. Għandu jiġi kjarifikat li l-medda 2.4 GHz mhix identifikata fuq bażi Ewropeja inkluz Malta, għall-trazmissjonijiet tat-teknoloġija mobbli bħal 4G u 5G. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet parti tad-domonda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.