Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikjest mil-liġi.
Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-PQ W685 tal-Leġislatura XIV.
Jista’ l-Ministru jgħid liema banek kummerċjali huma awtorizzati jaħdmu f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm-il fergħa għandu kull wieħed minn dawn il-banek, u f’liema rħula għandhom preżenza fiżika?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx sospiżi jew posposti xi proġetti ta’ housing soċjali taħt ir-responsabbiltà tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk ġew sospiżi jew posposti xi proġetti ta’ housing soċjali, kemm huma l-proġetti affettwati, f’liema lokalitajiet jinsabu u x’kien ir-raġunament uffiċjali għas-sospensjoni tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex topera b’telf jew profitt u x’kien ir-riżultat finanzjarju tagħha fl-aħħar sena rappurtata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-livelli ta’ cash reserves tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal kull sena finanzjarja fl-aħħar tliet snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.