Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Open Data - datasets
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546, li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva, dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ingaġġati skont il-Manwal rispettiv. Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li huma sekondati minn mal-Gvern għal mal-Caritas f'Malta? Jista' jara li l-Caritas f'Għawdex ikollhom persuna professjonali sekondata magħhom biex ikunu jistgħu jwettqu aħjar ix-xogħol tagħhom fost familji u persuni bi problemi ta' faqar jew problemi oħra f'Għawdex u dan peress li sal-lum ma hemm l-ebda persuna professjonali sekondata mal-Caritas f'Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14887 u 14329 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata waqt seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li matul l-aħħar tliet snin (xahar b’xahar) għamlu użu min-night shelter fil-Mellieħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Ngħarraf lill-Onor, Interpellant li, minħabba l-imxija tal-COVID-19, matul l-2020, l-anzjani li jibbenefikaw mis-servizz tan-night shelter, attendew in-night shelter sat-12 ta’ Marzu, hekk kif wara din id-data, is-servizz tan-Night Shelter ġie sospiż. Is-servizz ser jerġa jissokta mill-1 ta’ Lulju 2020.
Xhur
2017
2018
2019
2020
Jannar
3
3
7
4
Frar
2
3
6
4
Marzu
3
3
6
4
April
3
3
5
Magħluq-Covid 19
Mejju
3
3
4
Magħluq-Covid 19
Ġunju
3
3
4
Magħluq-Covid 19
Lulju
3
3
4
Awissu
3
3
4
Settembru
3
7
4
Ottubru
3
7
5
Novembru
3
7
5
Diċembru
3
7
5
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsijia parlamentari 14481, jista’ l-Ministru jgħid issa meta se jibda x-xogħol bżonnjuż tal-Proġett Vajrità f’Marsaskala speċjalment minħabba lista twila ta’ stennija ta’ 291 persuna li jixtiequ jirċievu dan is-servizz tad-Djar Residenzjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport qiegħda fil-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ żewġ sottomissjonijet li rċeviet fit-tieni sejħa għall-offerti għal xogħlijiet ta’ twaqqiegħ u skavar tal-binja ġewwa Wied il-Għajn, magħrufa aħjar bħala Vajrita’. Dan wara li ħadd mill-kuntratturi li ssottomettew l-offerta tagħhom fl-ewwel sejħa ma nstab li kien jissodisfa l-kriterji sottolineajti fis-sejħa.
Ix-xogħol fuq dan il-proġett jibda meta jitlesta l-proċess ta’ evalwazzjoni u jkun hemm kuntratt milħuq bejn l-Aġenzija Sapport u kuntrattur.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata waqt seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – impjieg ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma ngħata impjieg jew xi forma ta’ kuntratt lil persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-entitatjiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħlas lil persuna
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma qatt ma sar ħlas mill-baġit tal-Ministeru mill-2013 sal-lum, lil persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u l-entitatjiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità – carers għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandhomx lista’ ta’ dawk il-carers li jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom b’mod speċjali dawk li qed jgħixu fil-komunità? Jekk iva, id-Dipartiment qiegħed jorganizza korsijiet ta’ taħriġ lil dawn il-carers? Jekk iva, meta ġew organizzati dawn il-korsijiet u fuqiex kienu jikkonsistu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità iżżomm id-dettalji tal-carers impjegati mill-anzjani li jibbenefikaw mill-iskema tal-Carer at Home. Korsijiet ta’ taħriġ ma jiġux organizzati għal dawn il-carers peress li waħda mill-kundizzjonijiet sabiex anzjan jibbenefika mill-iskema hija li l-persuna mpjegata trid tippossjedi kwalifika rikonoxxuta.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Ispecialised Fostering Benefit jibqa’ jitħallas sal-età ta’ 21 sena meta ġeneralment it-tfal/adulti li għandhom xi forma ta’ diżabilità jibqgħu jgħixu mal-foster carers tagħhom għal ħafna u ħafna snin fid-dar tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni li attendew il-Perpetrator’s Programme fis-sena 2018 u s-sena l-oħra? Jista’ jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-programm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif li qed jitlob dwar il-programm magħruf bħala Managing Abusive Behaviour Services jew Stop the Violence! jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien tal-Ħarsien Soċjali (FSWS). It-tagħrif statistiku jinsab fl-istess sit elettroniku, taħt it-taqsima Aġenzija Appoġġ Statistical Reports.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15061 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-każijiet (sena b'sena) kienu bejn koppji tal-istess sess u kemm kienu bejn koppji eterosesswali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, peress li hija fid-diskrezzjoni tal-vittmi li jgħidu x’tip ta’ orjentazzjoni sesswali għandhom u x’tip ta’ relazzjoni qegħdin fiha din it-tip ta’ data mhux dejjem tkun miġbura bil-mod kif mitlub mill-Onor. Interpellanta.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – każijiet ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15062 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14740, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna qed tingħata lill-vittmi tal-vjolenza domestika li huma rġiel? Liema shelters f'Malta u Għawdex jilqgħu vittmi li huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata waqt seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ tfal li qed jiġu fostered fil-preżent f’pajjiżna? X’benefiċċji qed jingħataw mill-Gvern il-foster carers li qed jagħmlu dan ix-xogħol bżonnjuż ħafna ma’ dawn it-tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, fil-preżent hawn 257 tifel u tifla li huma fostered. Infakkar li apparti l-appoġġ f’forma ta’ taħriġ, servizz ta’ social workers u għajnuniet oħra li d-Direttorat għall-Kura Alternattiva (Tfal) fi ħdan l-FSWS jagħti lill-foster carers, fl-2018 il-Gvern kien għolla l-benefiċċju magħruf bħala ċ-Child in Care Benefit minn €70 għal €100, ¿ieda ta’ 42%, kif kien imwiegħed fil-Programm Elettorali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15142 u jgħid kemm qed iħallas total fis-sena biex iżomm minuri fid-djar li qed tmexxi l-Aġenzija Appoġġ? Jista' jagħti figura f’ewro ta' kemm spejjeż jitħallsu kull sena u ċjoè fis-sena 2019 imqassma hekk:
1. Ir-renta jew ix-xiri tad-djar/
flats
;
2. llma u dawl;
3. Kera tal-Internet, telefon,
mobile phones
u
television
;
4. Provisti tal-ikel u xorb;
5. Provista ta' tindif;
6. Miżati tal-iskejjel;
7. Miżati għal-lezzjonijiet tal-privat;
8. Provisti edukattivi;
9. Miżati għal Football Nurseries jew attivitajiet sportivi, mużikali, jew interessi oħrajn;
10.
Pocket money
għat-tfal;
11. Spejjeż ta’ kuljum;
12. Spejjeż mediċi għal Tobba, Dentisti, Oftalmologu eċċ;
13. Spejjeż għal mediċini, nuċċalijiet, eċċ;
14. Terapija privata u mit-terapisti tal-Fondazzjoni;
15. Ħlasijiet għal interventi Psikjatriċi;
16. Ħlasijiet għal interventi Psikoloġiċi bħalma huma
assessment;
17. Ħlasijiet għal interventi mill-Pulizija;
18. Ħlasijiet għal rapport tal-Qrati;
19. Salarji tal-
Care Workers
;
20. Salarji tal-Ħaddiema Socjali;
21. Salarji tal-
Managers
;
22. Salarji tas-
Supervisors
li jagħmlu SAVs (
Supervised Access Visits
) u t-trasport li jitħallas meta dan iseħħ;
23. Salarji tal-
Youth Workers
;
24. Salarji tal-avukati tal-Fondazzjoni;
25. Salarji tal-membri tal-Bord Konsultattivi għat-tfal u żgħażagħ;
26. Salarji ta’ min qed jagħmel is-superviżjoni tal-membri tal-istaff;
27. Ħlasijiet għal
night shift workers
;
28. Ħlasijiet għat-tindif tad-dar;
29. Ħlasijiet ta’
maintenance
tad-dar; u
30. Ħlasijiet għall-gass, ħlasijiet għall-kiri, petrol u
maintenance
ta’ karozzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-FSWS, permezz issa tad-Direttorat għall-Kura Alternattiva tat-Tfal, tmexxi direttament 8 residenzi li fiha tilqa’ 29 tifel u tifla protetti b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order). Din mhijiex ir-regola għax ir-regola hija li l-ewwel preferenza hija għall-fostering u fil-fatt nofs it-tfal hekk protetti huma fostered. In-nofs l-ieħor jgħixu fi djar tat-tfal, ġeneralment immexxija minn entitajiet tal-Arċidjoċesi jew tal-ordnijiet reliġjużi, b’ eċċezzjoni ta’ żewġ entitajiet partikolari, Fondazzjoni Richmond u l-Conservatorio Vincenzo Bugeja. Ma’ dawn kollha l-Ministeru mmexxi minni u l-FSWS għandhom ftehimiet kuntrattwali soċjali, Public Social Partnerships (PSPs) li jiffinazjaw l-operat tagħhom fit-totalità tiegħu. Tajjeb ngħid li sal 2012 kien hemm biss 3 minn dawn il-PSPs u li kienu jlaħħqu spiża ta’ €3 miljuni waqt li llum hemm 47 PSP bejn il-Fondazzjoni, l-Ministeru u l-għaqdiet non-governattivi, li l-ispiża tagħhom tlaħħaq €17-il miljun, li €7 miljuni minnhom huma għal NGOs fil-qasam tad-diżabilità.
Jibqa’ l-fatt, li jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ma jkunx possibbli li t-tfal jiġu fostered jew li jgħixu fid-djar mmexxija mill-NGOs. Dan huwa speċjalment il-kas meta t-tfal li huma mħarsa b’Ordni ta’ Ħarsien, huma każijiet ta’ 4, 5 u anki 6 aħwa fejn allura l-FSWS ħadet id-deċiżjoni strateġika u li tagħmel sens anki f’ ermini ta’ x’inhu fl-aqwa interess tat-tfal biex iżżomm lil dawn l-aħwa flimkien f’ dawn ir-residenzi.
Fl-2019, dan kollu sewa lill-FSWS is-somma ta’ € 2,373,992 li minnhom € 1,863,828 marru fuq salarji.
Għal kull tifel u tifla li qed jiġu mgħejjuna, l-FSWS tonfoq medja €224 kuljum. Il-Fondazzjoni tħossha fid-dmir li tagħti din l-għajnuna neċessarja, hekk kif dawn il-minuri għandhom bżonn għajnuna diretta sabiex ngħinuhom iqumu fuq saqajhom waqt li ngħinuhom ikollhom ħajja aħjar.
Fil-fatt, minn din is-sena se nintroduċu wkoll is-servizz ta’ semi-independent living għal dawk iż-żgħażagħ fil-kura tal-FSWS li għandhom minn 16-il sena 'l fuq. Dan bi pjan li jkun qed jippreparahom għall-ħajja tagħhom b'mod indipendenti filwaqt li jiġu assistiti mill-professjonisti li jaħdmu magħhom sabiex isegwu pjan ħolistiku sakemm jintegraw ruħhom lura fis-soċjetà.
Intant, id-dettalji sħaħ ta’ dan il-cost centre partikolari qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din it-tweġiba.
Aġenzija Sedqa – servizzi għall-persuni li jikkunsmaw ammont għoli ta’ alkoħol
Question
Jista’ l-Ministru jindika x’qiegħda tagħmel l-Aġenzija Sedqa sabiex tonqos ir-rata għolja ta’ adulti u adoloxxenti li qed jirrikorru għall-konsum għoli ta’ alkoħol? X’servizzi jeżistu f’pajjiżna biex jgħinu dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija SEDQA li hija l-Aġenzija Nazzjonali Kontra l-Abbuż mid-Droga Alkoħol u Dipendenzi Oħra, fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) tassisti individwi minn kull sfera tas-soċjetà, li jersqu lejn is-servizzi tagħha minħabba użu eċċessiv minn sustanzi u dipendenzi. Fost dawn, l-Aġenzija SEDQA toffri servizzi fuq livell multidixxiplinarju lil individwi li jitolbu għajnuna relatata ma’ konsum għoli ta’ alkoħol.
Fil-qosor, is-servizzi tal-Aġenzija SEDQA, f’dan il-qasam, jinkludu kemm programmi ta’ PREVENZJONI kif ukoll dawk ta’ TERAPIJA, KURA u RIJABILITAZZJONI kif spjegat f’aktar dettal jkun hawn taħt:
1. PREVENZJONI
Dawn is-servizzi jibdew fuq livell ta’ prevenzjoni, fejn l-aġenzija żiedet b’mod sostanzjali s-servizzi tagħha fl-iskejjel, fejn minn l-aħħar sena skolastika żdiedu żewġ programmi oħra ma’ dak li jingħata fil-Year 3. Dawn il-programmi issa qed jingħataw ukoll fil-Year 5 u fil-Form 2 fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex sabiex ikun hemm kontinwazzjoni dwar għarfien relatat ma’ life skills u wkoll sustanzi u l-uzu eċċessiv tal-alkoħol.
Tul il-pandemija l-aġenzija Sedqa, b’kollaborazzjoni mal-Public Broadcasting Services, ipproduċiet ukoll materjal li ser jingħata online lill-istudenti kollha li tilfu xi sessjonijiet minn dawn il-programmi minħabba l-għeluq tal-iskejjel. Jingħataw ukoll sessjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol permezz tas-SAFE (Substance Abuse Free Employees) Programme sabiex tingħata assistenza lill-management ta’ kumpaniji u individwi li jkunu qed jesperjenzaw tali diffikultajiet, kemm personali u wkoll fejn jidħlu l-impjegati tagħhom.
2. TERAPIJA
Barra minn hekk, fil-qasam tal-kura, l-Aġenzija SEDQA toffri wkoll sessjonijiet professjonali minn social workers mill-uffiċċji tagħha f’Santa Venera, fejn individwi b’diffikultajiet ta’ dipendenzi jistgħu jirrikorru għall-għajnuna b’mod regolari. Skont il-bżonnijiet li jippreżenta l-individwu, dan jista’ jiġi riferut ukoll għas-servizzi psikoloġiċi li toffri l-istess Aġenzija SEDQA.
3. KURA
Is-servizzi relatati ma’ użu ta’ alkoħol jestendu ruħhom ukoll ġewwa ċ-ċentru tad-Detox f’ Gwardamanġia, fejn tim ta’ tobba speċjalizzati u infermiera ifasslu pjanijiet ta’ kura mas-social workers sabiex jassistu individwi milquta minn tali diffikultajiet. Dan is-servizz jinkludi wkoll Inpatient Detoxification ġewwa s-Substance Misuse Inpatient Unit (Dar l-Impenn) fiċ-Ċentru għas-Servizzi ta’ Rijabilitazzjoni Residenzjali li l-Aġenzija SEDQA temxxi u topera f’Ħal Farruġ, fejn individwu jiġi rreferut mit-tobba għal ditossifikazzjoni mill-alkoħol.
4. RIJABILITAZZJONI
Individwi bi problemi ta’ użu mill-alkoħol għandhom ukoll il-faċilità li jirrikorru għall-programm ta’ rijabilitazzjoni ġewwa l-Kommunita’ Santa Marija f’Ħal Farruġ. Dan il-programm huwa maqsum fi 3 fażijiet differenti, fejn tim multidixxiplinarju ta’ terapisti, social workers u tobba jassistu l-individwu għal perjodu ta’ sena u xahrejn sakemm l-individwu, fl-aħħar fażi, jiġi mgħejjun jerġa’ jintegra ruħu lura fis-soċjeta’.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali kien hemm persuna waħda li rreżenjat mis-Segretarjat tal-Ministru b’effett mill-25 ta’ Frar, 2020.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tat-trasport tal-Aġenzija Sapport sena b'sena mill-1 ta' Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kull sena separatament, inkluż ukoll l-ispiża għal xiri jew kiri ta' vetturi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispiża tat-trasport tal-Aġenzija Sapport minn April 2016, minn meta ġiet mwaqqfa l-Aġenzija, sad-data li qed tkun mwieġba din l-interpellanza, hija kif ġej:
Kiri ta’ vetturi
Sena
€
2016
30,740
2017
18,361
2018
3,088
2019
8,272
2020 sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju
3,495
Spiża ta’ fjuwil
Sena
€
2016
87,290
2017
98,297
2018
111,770
2019
138,890
2020 sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju
42,592
Xiri ta’ vetturi
Sena
€
2016
NIL
2017
366,632
2018
22,639
2019
100,635
2020 sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju
289,938
Transport għall-klijenti
Sena
€
2016
1,111,999
2017
1,166,948
2018
1,092,743
2019
2,219,119
2020 sal-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju
501,349