Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent fil-preżent kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-uffiċini fil-Gozo Innovation Hub u kemm minnhom huma ħaddiema impjegati maċ-Ċivil u kemm minnhom huma impjegati mal-privat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra
Awtorità tal-Artijiet – skemi għal ħwienet proprjetà tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
a) meta u kemm-il skema nħarġu mill-Awtorità/Dipartiment tal-Artijiet wara April 2013 biex inkwilini ta’ ħwienet proprjetà tal-Gvern fil-Belt Valletta jkunu jistgħu jissulokaw u/jew ikollhom kirjiet fit-tul ħafna, jew simili;
b) f’kull skema, kemm applikaw; u
c) kemm minn dawk kollha li applikaw għadhom jistennew li jkollhom l-applikazzjoni tagħhom milqugħa, jew għadhom jistennew?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onor. Interpellant, li preżentament hemm b’kollox 101 applikazzjonijiet tal-skema 2015. Minn dawn, 32 huma pendenti għal kawżi varji filwaqt li 31 qegħdin jiġu proċessati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm antennas/jew apparat simili b'permess validu mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni (MCA) fuq residenzi privati f'kull raħal f'Għawdex sena b'sena minn Diċembru 2012 sa Mejju 2021, liema apparat ġie installat minn kumpaniji privati f'pajjiżna? Jista' jgħid f'liema toroq dawn jinsabu installati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onor. Interpellant, l-informazzjioni dwar antenna/ jew apparat simili ma’ tistax tingħata. Dan minħabba li apparat tar-radjokomunikazzjoni li huma regolati permezz ta’ awtorizzazzjoni ġenerali, inkluż dawk li jintużaw biex jiġi provdut servizz tat-telefonija ċellulari, ma jeħtieġux liċenzja individwali.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16069 u 14474 u jgħid kemm saru laqgħat mal-assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet /klabbs sportivi minn kemm ilha li bdiet l-imxija tal-COVID 19, anke sabiex il-Gvern jisma’ mingħand il-membri fi ħdan l-istess assoċjazzjonijiet'federazzjonijiet/klabbs dwar x’impatt ħalliet fuqhom din l-imxija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Trasferiment tal-Palazz l-Aħmar fl-Imarfa u Binja li tinkludi l-Batterija ta' Wied Musa — proċess
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21603, 19935 u 19374 u jgħid fiex wasal ix-xogħol/proċess dwar it-trasferiment tal-Palazz l-Aħmar fil-Marfa u li din il-binja tinkludi wkoll il-Batterija ta’ Wied Musa? Fuq l-istess binja, jista’ l-Ministru jindika x'inhuma/ jew x’kienu l-pjanijiet ghal din il-binja storika anke jekk minn entitajiet privati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tal-Artijiet għadha qed tevalwa l-potenzjal tal-binja u kif l-aħjar tiġi sfruttata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19142 u jgħid kemm-il każ solviet l-Awtorità tal-Artijiet fejn it-titolu ta’ art ma kienx għadu għadda għand l-Awtorità tad-Djar sena b’sena mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid għal kull każ kemm sar ħlas lis-sidien oriġinali u jaqsamhom lokalità b’lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi fuq il mejda tal-kamra lista ta kazijiet solvuti, lokalita’ taghhom u l-ammont tal-hlas lis-sidien originali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21674, 21624, 19473, 19195, 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta;
b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija;
c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa;
d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u
e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manutenzjoni taqa’ taħt ir-responsabilità tal-entità konċernata li qed tagħmel użu minnha. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onorevoli Inerpellant li ma jeżistu l-ebda kuntratti speċifiċi dwar manutenzjoni mal-entitajiet konċernati.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21770 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li hemm ċertu flat fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn jidher li l inkwilin għamel tip ta’ swimming pool u saħansitra poġġa washing machine fix-shaft għal inkonvenjenza tan-nies, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex regolati u jistgħux isiru? Jekk le, x’passi se jittieħdu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, sabiex jgħaddilna d-dettalji speċifiċi tal-imsemmi flat.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - Attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21767, 21712, 17860, 17720 u 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-maġġoranza tal-laqgħat tal-bordijiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru jseħħu b’mod regolari dejjem jekk ikun hemm kworum.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19141 u jgħid kemm huwa kkalkulat li għad hawn każijiet fejn it-titolu tal-art għadu m'għaddiex għand l-Awtorità tad-Djar mill-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ jagħti elenku għal kull lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant, li hemm 390 każ fejn it-titolu tal-art għadu m'għaddiex għand l-Awtorità tad-Djar mill-Awtorità tal-Artijiet. Il- lokalitajiet huma, Luqa, Attard, Birkirkara, Bugibba, Dingli, Fgura, Gudja, Kalkara, Kirkop, Marsa, Mgarr, Mosta, Mqabba, Msida, Swatar, Naxxar, Qormi, Qrendi, Siggiewi, Victoria, Zebbug u Zurrieq.
Kunsilli lokali — devoluzzjonijiet ta' proprjetà pendenti quddiem l-Awtorità tal-Artijiet
Question
Jista' l-Ministru jghid kemm il-talba għal devoluzzjoni ta' proprjetà lil xi Kunsill Lokali f' Malta jew Għawdex hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Artijiet? Jista' jgħid f'kull każ għal liema art jew proprjetà hija t-talba u r-raġuni għaliex qed tintalab mill-Kunsill Lokali? Jista' jgħid f'kull każ kemm ilha pendenti t-talba u fl-liema stadju waslet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa Mejju 2021 l-Awtorita tal-Artijiet irregistrat 22 applikazjoni ghal talbiet ta’ devoluzzjoni mill-Kunsilli lokali.
L-applikazzjonijiet pendenti ta’ qabel Marzu 2021 għadhom pendenti primarjament minħabba li l- Awtorita’ għada qed tistenna dokumenti mitluba fil- formula tal-applikazzjoni.
Ninforma lill- Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2021 s’issa ġew konkluzi u ffirmati total ta’ 14 il- ftehim ta’ devoluzzjoni ġodda.
Il-proċess ta' tiġdid ta’ kuntratti ezistenti ta’ devoluzzjonijiet bejn l-Awtorita’ tal-artijiet u l-kunsilli lokali għaddej b’ritmu tajjeb.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jireferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 20997
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21712, 17860, 17720 u 17511 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Il-Mellieħa – permess validu mill-MCA – antennas/apparat simili
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21699 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm antennas/jew apparat simili b'permess validu mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni (MCA) fuq residenzi privati fil-lokalità tal-Mellieħa, liema apparat ġie installat minn kumpaniji privati li joffru servizzi tat-telefonija ċellulari f’pajjiżna? Jista’ jgħid f’liema toroq dawn jinsabu installati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-Informazzjoni għadha qed tinġabar u l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lil-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21502 u jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru żamm l-istess karozza u kuntratt tal-Ministru preċedenti li hi Mercedes E220 CDI li qed tinkera għal €34.26 kull ġurnata VAT eskluża.