Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Gżira — Ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21508 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-ġnien tal-Gżira wara sena mis-sentenza tal-appell dwar il-pompa f’dan il-ġnien?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Midja soċjali u sfruttament tad-data

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu protetti mill-isfruttament tad-data u l-vizzju tal-midja soċjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali tikkontribwixxi fl-ekosistema li tħares l-u¿u ottimali u sigur tal-innovazzjoni diġitali. Għaldaqstant, qed jitwettqu numru ta’ inizjattivi li jippromovu dan l-għan. Fosthom, matul din is-sena skolastika, saru numru ta’ sessjonijiet dwar is-sigurtà online fi skejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti, bil-għan li l-istudenti jkunu aktar konxji dwar l-informazzjoni li qed jaqsmu online. B’kollox, madwar 3,500 student ibbenefika minn din l-inizjattiva. Saru wkoll diversi sessjonijiet dwar ‘cybersecurity’ mal-istudenti fl-Università ta’ Malta. Barra minn hekk, saret sessjoni ta’ informazzjoni għal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni post sekondarja u ogħla, bħala taħriġ ta’ “train the trainer” fuq is-suġġett koncernat. Apparti din il-ħidma, ninforma l-Onor. Interpellant li dan huwa suġġett orizzontali li fuqu għaddejja ħidma minn diversi Ministeri u entitajiet oħra.

Programmi ta’ titjib fil-ħiliet diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm investiment addizzjonali fi programmi ta’ titjib fil-ħiliet diġitali biex jgħinu liż-żgħażagħ jibqgħu kompetittivi fis-suq tax-xogħol globali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed isiru diversi inizjattivi biex titqajjem kuxjenza u għarfien dwar l-importanza tal-ħiliet fil-qasam tal-ICT. Aktar kmieni din is-sena, saru 10 żjarat fl-industrija fejn attendew studenti mill-iskejjel tal-Gvern. Minn din is-sena wkoll, inbeda programm pilota li permezz tiegħu saru tliet żjarat ma’ skejjel tal-Knisja. Biex dawn iż-żjarat jiġu msaħħa u jipprovdu aktar opportunitajiet ta’ tagħlim u espożizzjoni għax-xogħol fil-qasam STEM, qed naħdmu sabiex jiġu organizzati żjarat relatati ma’ kumpaniji li jiffokaw fuq ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika. Sabiex inħeġġu aktar tfajliet jidħlu f’dan il-qasam, reġa’ ġie organizzat u anke mkabbar in-numru ta’ sessjonijiet speċifiċi għall-bniet biex jitrawmu nisa fl-ICT. S’issa, saru 11-il sessjoni f’din is-sena skolastika, bejn skejjel tal-Gvern u tal-Knisja. Sar ukoll avveniment biex jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali għat-Tfajliet fl-ICT, li fih attendew madwar 40 studenta. Barra minn hekk, ġie organizzat avveniment ieħor relatat mal-coding bl-għan li jitrawmu tfajliet minn età żgħira f’dan il-qasam. L-MDIA, wara investiment fid-DIHubMT, ser tibda tuża dan l-ispazju biex tesponi lill-istudenti għall-opportunitajiet diġitali, u bħalissa qed tikkordina l-ewwel żjara mal-Kottonera Resource Centre. Il-pjan hu li anke jsir avveniment ieħor, dwar il-Vehicle Forensics għall-istudenti tas-Sena 11, sabiex jiġu esposti għal dan il-qasam innovattiv u jinftiehmu aħjar il-proċessi u l-impenn teknoloġiku relatat. Apparti l-ħames inizjattivi annwali li jsiru fis-sajf għaż-żgħażagħ biex jitgħallmu aktar dwar ir-robotika, AI u l-innovazzjoni diġitali, dan is-sajf ser tiġi organizzata inizjattiva oħra speċifika fuq ir-robotika b’elementi ta’ inġinerija u teknoloġija, immirata għal żgħażagħ sal-età ta’ 17-il sena. L-MDIA qed tiffinanzja wkoll numru ta’ sessjonijiet li jsiru kull sena fil-“Skola Sajf” f’kollaborazzjoni mal-FES. Minn din is-sena, hemm il-ħsieb li jiġu inklużi wkoll sessjonijiet għal tfal i¿għar fuq ‘coding unplugged’. Barra minn hekk, l-MDIA qed taħdem biex jiġi ¿viluppat kontenut speċifiku għal inizjattivi tas-sajf li jkunu jistgħu jitqassmu lil skejjel interessati li jwettqu dawn l-attivitajiet direttament. Dan biex tkompli titqajjem kuxjenza fuq l-ICT u ħiliet utli għaż-żgħażagħ fil-ħajja ta’ kuljum u fid-dinja tax-xogħol. L-MDIA qed taħdem wkoll fuq sejħa għal offerti (tender) li tippermetti inizjattivi tas-sajf għaż-żgħażagħ għas-sena d-dieħla fis-sitt regjuni, sabiex noffru opportunitajiet ta’ tagħlim u nilħqu kemm jista’ jkun żgħażagħ minn kull rokna tal-pajjiż. Fl-aħħar nett, b’investiment ta’ €500,000, qed tiġi mfassla skema li tipprovdi sussidju ta’ sa massimu ta’ €1,000 fis-sena lil individwi ta’ 16-il sena u aktar li jagħ¿lu li jagħmlu korsijiet relatati mal-coding u l-ħiliet diġitali. Apparti din il-ħidma, ninforma l-Onor. Interpellant li dan huwa suġġett orizzontali li fuqu għaddejja ħidma minn diversi Ministeri u entitajiet oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Kiri ta’ karozzi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24402 u 24968 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża, u proġetti strateġiċi inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 49 vetturi li huma mikrija.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27135 u 27699 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26290.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — TCNs - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs) jaħdmu fid-dekasteru tiegħu u kemm hu twil il-kuntratt tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20919.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27135 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ix-Xewkija — Xogħlijiet fiż-Żona Industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ tisbiħ, xogħlijiet infrastrutturali u bini ta’ toroq mill-ġdid saru ġewwa ż-Żona Industrijali fix-Xewkija, Għawdex matul is-snin 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu u kemm intefqu flus?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għar-rigward tas-snin msemmija, l-INDIS kellha arranġament mal-Koperattiva Med-CoOp li permezz tiegħu saru xogħolijiet ta tisbiħ u manutenzjoni kemm fuq toroq u bankini, bini ta’ ħitan, u xogħolijiet ta’ tħawwil ta’ siġar u pjanti.

Ta' Qali — Ċaqliq ta' kumpless

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26956 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk il-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ser jiċċaqlaq mill-Gvern biex jagħmel spazju għal xi żvilupp kummerċjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

INDIS — Ordni ta’ żgumbrament

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27001 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ordni ta’ żgumbrament maħruġa mill-INDIS Malta Ltd lill-kumpanija li topera l-iscrapyard li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda ordni ta’ żgumbrament fit-termini tal-Kapitlu 573 maħruġ mill-INDIS fil-konfront tal-kumpanija imsemmija. Jiġi relevat li mal-kumpanija imsemmija hemm proċeduri legali li għadhom pendenti.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Eks Casino di Venezia — Xogħol preparatorju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21192, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-Eks Casino di Venezia?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26878.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Vjaġġi uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid: (a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom? (b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ? (ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? (d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-Manual on Transport and Travel Policies, ninfurmah li l-uniċi drabi fejn kont akkumpanjat minn membri tal-familja tiegħi, l-ispiża tħallset minn fondi privati u mhux dawk pubbliċi.

RSSL — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25982 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm impjegati fuq il-kotba tal-RSSL li għandhom impjieg kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-servizz pubbliku? Jista’ jagħti wkoll il-pakkett finanzjarju ta’ kull impjegat; l-iskala jew titlu tal-impjieg; jekk il-kuntratt hux definit jew indefinit; l-etajiet tal-impjegati, kif ukoll kemm minnhom huma ex impjegati tal-AirMalta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

MSPP/02/2022 — Proċess ta’ aġġudikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa MSPP/02/2022 li għalqet fil-15 ta’ Marzu 2023 ‘Concession for the regeneration and design, management, operation, maintenance and transfer back of the Ex-Chalet site, Sliema as a Superior Quality Catering and Entertainment Establishment' u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ din l-istess sejħa u meta hu maħsub li jingħalaq u jinbeda x-xogħol mitlub?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess marbut mas-sejħa tax-Chalet għaddej skont il-proċeduri u r-regolamenti li jiggwidaw t-tali proċess ta’ konċessjoni.