European Regional Development Fund — Priority Areas
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej jelenka l-Priority Areas imsemmija fl-Operational Program (OP) tal-European Regional Development Fund (ERDF) li ma jistax jipparteċipa direttament il-Ministeru għal Għawdex?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11795.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10556 u ċjoè: Fid-dawl li l-kumpanija li d-detatlji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat is-somma ta’ €270,000 f’għajnuna mill-fond Ewropew taħt l-Iskema ERDF u fid-dawl li mill-istess fond ingħatat is-somma ta’ €450,000 lil kumpanija oħra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll, jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa ta’ dawk kollha li bbenefikaw minn dan il-fond mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jingħataw dawn il-fondi u min huma l-membri tal-bord li jagħmlu din l-għażla?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Artijiet — San Ġiljan - encroachments għall-Bajja ta' San Ġorġ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10555 dwar encroachments ġodda għall-Bajja ta’ San Ġorġ, ġewwa Paceville f’San Ġiljan, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-proċess li qed jirreferi għaliha fl-istess tweġiba?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn devoluzzjoni tal-art u/jew proprjetà pubblika mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta saret it-talba u/jew applikazzjoni biex dan isir għall-proprjetà inkwestjoni? Meta saret id-devoluzzjoni? Jista’ jindika għal liema raġuni intlaqgħet it-talba? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-applikazzjonijiet li hemm pendenti mill-Kunsilli Lokali rispettivi f'dan ir-rigward, flimkien mat-talba meta din saret u għal liema skop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha fejn hemm defibrillator?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li għandhom defibrillator huma.
Kordin Grain Terminal
Malta Business Registry
INDIS
Malta Communication Authority
Malta Gaming Authority
eSkills
Malta Digital Innovation Authority
Malta Government Technology Investments
Freeport
National Foreign Direct Investment Screening
Gaming Malta
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewopej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu/tagħha fejn hemm defibrillator?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-binja fejn jinstabu l-uffiċċji tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programmi (EUPA) hemm defibrillator.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn betting outlets reġistrati f'Malta bħalissa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni tinsab fir-rapport annwali tal-Awotrità Maltija għal-Logħob, li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħwienet jew stabbilimenti ta' negozju f'Malta li s’issa għadhom ma jużawx 'The Best Point-of-Sale' (POS) u allura jaċċettaw flus kontanti biss?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Art agrikola li ntużat għal skop ta’ kostruzzjoni jew twessiegħ ta’ toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-metru kwadru ta' art agrikola ntuża għal skop ta' kostruzzjoni jew twessiegħ ta’ toroq ġodda bejn is-snin 2015 u 2022? Jista’ jgħid ukoll fejn kienet din l-art li ttieħdet għal dan l-iskop?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Artijiet — Forti Binġemma – żgumbrament
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha għaddejja l-komunikazzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tad-Djar bħala parti mill-isforzi li qegħdin isiru sabiex il-persuni li qegħdin jokkupaw il-Forti Binġemma b’mod illegali tinstabilhom akkomodazzjoni alternattiva qabel ma jiġi fis-seħħ l-iżgombru?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-lum
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10338, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ u jgħid x'inhu l-book value illi l-Gvern qiegħed juża għal finijiet tal-kontijiet pubbliċi u ċjoè l-ammont li potenzjalment ser ikun qed iħallas il-Gvern? F'każ illi ma jistax jagħti din l-informazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid għaliex?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10796, jista' l-Ministru jgħid matul l-2022 kemm ingħataw bħala għajnuniet, fondi għar-restawr tal-knejjes, djar antiki, ħitan tas-sejjieħ, mid-Direttorat tar-Restawr u jekk minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt liema programm jaqgħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – ħaddiema ingaġġati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Marzu 2022 ’l hawn, maqsuma bit-tip ta' kuntratt mogħti (definit jew indefinit) u anke bl-irwol li ġew ingaġġati fih?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta' persuni li ġew ingaġġati f’entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
B’referenza għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fir-rigward tal-eks Casino di Venezia, fil-Birgu, fil-bini storiku ta’ madwar?
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex nimxu lejn il-mudell Olandiż ta' high-skilled labour, kif semma l-Ministru għall-Finanzi stess fil-Kamra tar-Rappreżentanti fil-jiem li għaddew?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati fis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 9844.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej - impjegati fis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari, jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 9844.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10176, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.