Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftuħ tal-Ajruport – titjiriet tal-AirMalta

Question

Ġaladarba tingħata d-data ta’ meta ser jinfetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Airmalta hijiex preparata biex tibda ttir bl-istaff?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija dejjem preparata biex tagħti s-servizzi ta’ garr tal-passiġġieri u tal-merkanzija lill- pajjiż u tibqa'’ hekk ippreparata meta jinfetaħ l-ajruport.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqisjaħiet parlamentari 14770 u 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Xewkija Għawdex – Triq il-Qlugħ – xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8935 fejn intqal “Għas-sena 2019 hemm ippjanat il-qlugħ u l-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Qlugħ, dan b’kollaborazzjoni mal-MGOZ, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Qlugħ fix-Xewkija Għawdex li kellha tinqala’ u tinbena mill-ġdid matul is-sena 2019 sarx ix-xogħol fuqha u tlestietx, u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li ma bediex u ma tlestiex ix-xogħol fuq l-imsemmija triq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tlesta l-proċess tas-sejħa għall-offerti mill-Ministeru għal Għawdex (CT2075 / 2019), saret konsultazzjoni mal-istess Ministeru u l-Malta Industrial Parks Ltd u entitajiet oħrajn b'rabta mas-servizzi, fejn ġew mitluba pjanti eżistenti tas-servizzi kif inbnew fiż-żona. Wara dan il- proċess, Malta Industrial Parks Ltd ġew informati li l-kuntrattur għandu jibda x-xogħol fil-jiem li ġejjin.

COVID-19 — Malta Enterprise – skemi u għajnuna lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14227 u 14008 u jagħti rendikont tan-numru ta’ applikazzjonijiet u n-numru ta’ impjegati benefiċjarji li rċieviet il-Malta Enterprise sal-lum b’rabta mal-iskemi ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-iskemi rispettivi? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għad fadal pendenti? Fil-każ tal-Wage Supplement jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawk li jaqgħu f’Annex A u f’Annex B separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Involviment tal-Gvern f’kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14312 u jgħid x’inhu l-involviment tal-Gvern ta’ Malta fil-kumpanija Malta Air Ltd?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sehem tal-Gvern fil-kumpanija Malta Air Ltd mhux f’forma ta’ investiment iżda ħhala Golden Share li jirrigwardja sehem f’ċertu deċiżjonijiet strategiċi.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 14451 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13754, jista’ l-Ministru jgħid kull direct order indikata fit-tabella, lil min ingħataw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni ghada qedt tingabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13930 u 14394 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

COVID-19 — Għaqdiet Mhux Governattivi – ħaddiema li se jibbenefikaw minn pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14399 u jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu ma’ Għaqdiet Mhux Governattivi (u ma' liema għaqdiet jaħdmu) li se jkunu qed jibbenefikaw mill-hekk imsejjaħ pakkett finanzjarju li l-Gvern ħabbar b'rabta mal-imxija tal-COVID-19? Fl-istess risposta, jista' jgħid kemm kien l-ammont fi flus li dawn l-istess għaqdiet ser ikunu qed jingħataw mill-Gvern?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 14680 u 14399 tingħata meta l-applikazzjonijiet ikunu evalwati kollha

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 13981

Żona ta’ Kordin – faċilitajiet sportivi – irranġar ta’ bankini

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13389 jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret biex jiġi rettifikat dak li kien indikat fl-istess domanda f’Kordin fil-parti fejn hemm il-Faċilitajiet Sportivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13930 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Uffiċċju tal-MIP

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14156 u 13959 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13592, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt rikjest, eskluż informazzjoni li skont Malta Industrial Parks Limited hija kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva.

Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs sportivi — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet /klabbs sportivi minn kemm ilha li bdiet l-imxija tal-COVID 19, anke sabiex il-Gvern jisma’ mingħand il-membri fi ħdan l-istess assoċjazzjonijiet'federazzjonijiet/klabbs dwar x’impatt ħalliet fuqhom din l-imxija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs sportivi — eżenti mill-ħlas ta' spejjeż relatati ma' kirjiet u kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkun qed jeżenta lill-Għaqdiet Mhux Governattivi f’pajjiżna, li jinkludu wkoll dawk l-Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs Sportivi , milli jħallsu spejjeż relatati ma’ kirjiet (fuq binijiet jew faċilitajiet) kif ukoll fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma għaż-żmien ta’ kemm ilha li bdiet f’pajjiżna l-imxija tal-COVID 19?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant Iniżjattivi ta' dan it-tip jitħabbru mill-Gvern f'mument propizju, kif sar fil-każ tal-miżuri eċċezzjonali li ħabbar il-Gvern fl-aħħar ġimgħat minħabba l-kriżi tal-COVID-19.

Kumpaniji u industriji li rrilokaw minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija u industrija rrikolat l-operat tagħha minn Malta mill-2013 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise jkollha informazzjoni dwar il-kumpaniji li jirrilokaw lejn Malta.

Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs sportivi — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuna finanzjarja offra l-Gvern tul l-imxija tal-COVID 19 lill-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet /Klabbs Sportivi f’pajjiżna (Malta u Għawdex) , anke peress li l-istess imxija ħalliet impatt mhux żgħir fl-operat ta’ dawn l-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs Sportivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14471.