Università ta’ Malta - Ranking globali tal-universitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn skont ir-ranking globali tal-universitajiet (Times Higher Education, 2026), il-prospettiva internazzjonali tal-Università niżlet minn 57.8 għal 56.2 (-1.6)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li t-
Times Higher Education (THE) World University Rankings 2026
ġie ppubblikat f’Ottubru 2025. Dan ir-ranking kien ibbażat fil-maġġor parti fuq figuri li l-Università ta’ Malta ssottomettiet dwar is-
sena akkademika 2022/2023
, kif rikjest mit-THE stess.
Fil-każ speċifiku tal-International Outlook, l-iskor tal-Università niżel minn
57.8
(fit-THE 2025) għal
56.2
(fit-THE 2026), nuqqas ta’ 1.6 punti. Dan l-indikatur għandu piż ta’ 7.5% fil-kuntest tar-ranking globali tat-THE, u fil-fatt ma impattax il-pjazzament globali tal-Università fir-rankings li għal dan l-aħħar ħames snin irnexxielha żżomm il-pożizzjoni minkejja ż-żieda sinifikanti ta’ istituzzjonijiet ġodda kull sena.
Ir-raġunijiet għat-tnaqqis fl-iskor tal-prospettiva internazzjonali huma primarjament is-sussegwenti:
1. In-numru u l-proporzjon tal-istaff internazzjonali tal-Università naqas minn
101.07
(
12.34%
tal-istaff totali) fit-THE 2025 għal
91.04
(
11.09%
tal-istaff totali) fit-THE 2026, tnaqqis ta’ 10%. It-tnaqqis fin-numru ta’ staff internazzjonali fl-Università huwa primarjament riflessjoni tal-prijorità strateġika li, sa fejn hu possibli, tiġi attirata u żviluppata kapaċità akkademika lokali u nazzjonali.
2.
Il-prestazzjoni relattiva ta’ universitajiet oħra
: Ir-rankings tat-THE huma relattivi, jiġifieri l-iskor u l-klassifikazzjoni ta’ università jiddependu mil-prestazzjoni ta’
2,191 università parteċipanti oħra
. Jekk xi wħud minn dawn l-universitajiet itejbu l-prospettiva internazzjonali tagħhom. pereżempju jekk qegħdin iżidu iktar staff internazzjonali, studenti internazzjonali u sħab fir-riċerka internazzjonali, l-iskor tal-Università ta’ Malta jista’ jonqos kemxejn, anki jekk fir-realtà l-prestazzjoni tal-Università tkun baqgħet l-istess jew addirittura tjiebet.
Ta’ min jinnota li irrispettivament minn dan in-nuqqas ta’ 1.6 punti, il-prospettiva internazzjonali hija l-indikatur li fih l-Università hija kklassifikata
fl-aħjar pożizzjoni
meta kkumparata mal-indikaturi l-oħra. Fil-fatt, l-Università tinsab fis-716-il pożizzjoni globalment fil-prospettiva internazzjonali.
Youth Workers – Żieda ta’ preżenza fil-lokalitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-preżenza ta’ youth workers f’ċerti lokalitajiet tiżdied, u jekk iva, f’liema lokalitajiet u meta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-għan tal‑Aġenzija Żgħażagħ hi li tkompli taħdem sabiex tiżgura li ż‑żgħażagħ madwar il-pajjiż ikollhom aċċess għal servizzi ta’ youth work.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34021, 34287, 34430 u 34635 u jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet mal-istakeholders neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sala li tappartjeni lill-iskola tal-Malta Visual and Performing Arts (MVPA), li mhux qiegħda tintuża bħalissa, tingħata lill-Orkestra Filarmonika ta' Malta (MPO) u l-iskola allura tibqa' tuża biss is-Sala Mikiel Anton Vassalli, li tintuża wkoll mill-iSchool of Music u entitajiet oħrajn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa qed jitfassal pjan fit-tul fejn jidħol l-aspett tal-arti performattiva fil-qasam tal-edukazzjoni. Dan ser ikun qed jinkludi fih oqsma varji ta’ investiment relatat ma’ din il-materja.
Skejjel primarji u sekondarji - Sospensjonijiet ta’ studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33878 u jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew sospiżi (suspended) mill-iskola kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skejjel
2021
2022
2023
2024
2025
Primarja
1
1
3
4
9
Sekondarja
303
430
484
426
292
Skejjel primarji u sekondarji - Tkeċċija ta’ studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33879 u jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew imkeċċija (expelled) mill-iskola għal perjodu qasir jew fit-tul kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Skejjel
2021
2022
2023
2024
2025
Primarja
0
0
0
1
3
Sekondarja
1
1
23
34
15
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ġunju 2025?
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34154 u 34305 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Ministru jgħid kif iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jikkuntattjaw jew jaċċessaw youth worker fil-lokalità tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li għal kwalunkwe informazzjoni jew aċċess għas-servizzi, iż-żgħażagħ għandhom jikkuntattjaw
il-youth information one stop shop fi ħdan l-Aġenzija Żgħażagħ, sabiex l-Aġenzija tiggwidahom u tirreferihom kif meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-youth workers jorganizzawx programmi u attivitajiet fil-lokalitajiet fejn huma assenjati, u x’tip ta’ attivitajiet ikunu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-attivitajiet jinkludu:
· sessjonijiet ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni (eż. benesseri, saħħa mentali, edukazzjoni, impjieg, relazzjonijiet u sigurtà online);
· workshops ta’ żvilupp ta’ ħiliet (ħiliet soċjali, komunikazzjoni, tmexxija, parteċipazzjoni u ħidma f’tim);
· inizjattivi ta’ parteċipazzjoni attiva;
· appoġġ lil gruppi ta’ żgħażagħ u proġetti mmexxija minnhom, inkluż volontarjat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe protokoll li bih skejjel jistgħu:
i. jirrappurtaw tħassib dwar outlets/reklamar fil-viċinanza;
ii. jirċievu risposta rapida mill-awtoritajiet kompetenti; u
iii. jiġi żgurat li l-aspett ta’ safeguarding tat-tfal jitqies?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta għandhiex qafas ta’ “żona protetta madwar skejjel” li jirrestrinġi ċerti tipi ta’ bejgħ jew reklamar fil-viċinanza ta’ skejjel, inkluż fir-rigward ta’ outlets u reklamar relatati mas-CBD/kannabis? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġi introdott qafas ta’ “school zones” li jinkludi restrizzjonijiet speċifiċi fuq reklamar u immaġinerija relatati mas-CBD/kannabis fil-viċinanza ta’ skejjel?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33991 u 34338 u jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-iskola fl-Imġarr, Malta, titkabbar? Jekk iva, jista’ jagħti iktar dettalji u jekk le, xi pjanijiet għandu l-Gvern għat-tfal Imġarrin li suppost ser ikunu qegħdin jattendu din l-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33946 u 34260 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?