Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #21791 Sitting 477 2021-06-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST — riċerki

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’riċerka ħadet sehem fiha l-MCAST fl-aħħar ħames snin? Kemm-il lecturer tagħha kien involut dan? X’kien il-valur monetarju ta’ din ir-riċerka?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li 101 lettur tal-MCAST qed jipparteċipaw f’26 proġett ta’ riċerka. L-ammont ta’ fondi allokati lill-MCAST huwa ta’ €3,191,114. Ir-riċerka tkopri s-sbatax-il għan ta’ żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Unit. Ir-riċerka qed issir f’oqsma tal-programmi Ewropej bħal Fusion, Erasmus +, H2020, Space Research Fund, Intereg, Eranet, EIT, EAFRD, Paradise, Prima u Malta Enterprise.
Leg 13 PQ #21792 Sitting 477 2021-06-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – Board of Studies

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il board of studies hemm fl-MCAST?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

B’referenza għal din il-mistoqsija, infurmata li hemm tmien (8) Board of Studies ġewwa l-MCAST.
Leg 13 PQ #21793 Sitting 477 2021-06-22 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

MCAST – lecturers bid-dottorat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm lecturers bid-dottorat fl-MCAST?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

B’referenza għal din il-mistoqsija, infurmata li hemm 37 lettur bid-Dottorat ġewwa l-MCAST.
Leg 13 PQ #21740 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: OLIVER SCICLUNA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Villa Portelli – irranġar ta’ ħitan antiki

Question

Minħabba raġunijiet li l-ħitan antiki ta' Villa Portelli, proprjetà tal-MCAST, qed jiġġarfu bil-periklu li jaqgħu fuq nies jew karozzi fi Triq il-Marina u n-niżla li tagħti minn Triq l-Isptar Navali, tista’ l-Ministru tindika jekk hemmx pjanijiet li dawn il-ħitan jiġu rranġati jew restawrati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li filwaqt li l-MCAST diġà wettaq bosta xogħlijiet fuq is-sit ta’ Villa Portelli kemm għat-tisbiħ kif ukoll għas-sigurtà tal-madwar, għad hemm xogħol ta' tisbiħ li għadu għaddej.
Leg 13 PQ #21742 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skema 9 — Pakkett tal-Ikel lill-Istudenti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21081, tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-pakkett tal-ikel taħt Skema 9 u minn liema lokalitajiet ġejjin il-232 student li qed jirċievu dan l-ikel? Liema kriterji qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali u l-Ministeru għall-Edukazzjoni sabiex student ikun eleġibbli għal dan l-ikel?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-lunch li jingħata lill-istudenti huwa bnin u varjat u jinkludi porzjon ta’ karboidrati mħawwar b’ħaxix u proteini flimkien ma’ frotta u flixkun ilma. L-istudenti eliġibbli għal Skema 9 huma dawk li jgħixu f’familji li jiddependu fuq il-benefiċċji non-kontributorji li joffri l-istat. Il-232 student li qed jirċievu l-lunch ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Lokalità – Għawdex Fontana Għajnsielem Kerċem Marsalforn Munxar Rabat Xagħra Xewkija Lokalità - Malta Birgu Birkirkara Birżebbuġa Bormla Buġibba Burmarrad Fgura Fleur-de-Lys Floriana Gżira Ħamrun Isla Marsa Marsaskala Mellieħa Mosta Mqabba Msida Naxxar Paola Pembroke Pietà Qawra Qormi Safi San Ġwann San Pawl il-Baħar Santa Venera Sliema Tarxien Valletta Xgħajra Żabbar Żebbug Żejtun
Leg 13 PQ #21754 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel Primarji – postijiet ta’ Assistent Kap vakanti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm postijiet vakanti għall-post ta' Assistent Kap ta' skola fil-primarja bħalissa? Mir-riżultat tal-interviews li saru s-sena l-oħra, sa liema numru ġew ingaġġati u kemm se jiġu ingaġġati aktar minn din il-lista? Se terġa' toħroġ l-applikazzjoni għall-post ta' Assistent Kap ta' skola fil-primarja sal-aħħar ta' din is-sena skolastika?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa m’hemmx postijiet vakanti għall-post ta’ Assistent Kap ta’ skola fl-iskejjel primarji. Sa issa ġew ingaġġati l-ewwel 13. Hemm indikazzjoni li jistgħu jiġu ingaġġati sa 21 assistent kap ta' skola għas-sena skolastika li jmiss.
Leg 13 PQ #21755 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

LSEs

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn LSEs bħalissa kulleġġ b’kulleġġ inkluż fl-iskejjel tal-knisja u tal-privat? X’inhuma l-pjanijiet għal dan il-grad?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ LSEs huwa kif indikat f’din it-tabella: Kulleġġi Numru ta’ LSEs Għawdex 183 Maria Reġina 359 San Benedittu 304 Santa Klara 201 San Ġorġ Preca 290 Sant’Injazju 305 Santa Margerita 234 San Nikola 209 Santa Tereza 233 San Tumas More 380 Skejjel tal-Knisja 1000 Skejjel Indipendenti 367 Riferibbilment dwar il-parti tal-mistoqsija li tirreferi għall-pjanijiet, nitlob lill-Onor. interpellant jiċċara d-domanda.
Leg 13 PQ #21756 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Persuni li fil-wirt ħallew skejjel statali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar snin kienx hemm xi persuni li fil-wirt tagħhom, inkludew skejjel statali? Jekk dan huwa l-każ, tista’ tgħid x’kienu l-ammonti, għal-liema skola marru u kif intefqu dawn il-fondi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fl-aħħar snin kien hemm persuna li ħalliet l-ammont ta’ €50,000 lill-iskola primarja ta’ Bormla. Dawn il-flus ġew rilaxxati s-sena l-oħra. Skont ix-xewqa tal-individwu, dawn il-fondi ser jintefqu għall-ġid ta’ l-akbar numru ta’ studenti ta’ din l-iskola.
Leg 13 PQ #21757 Sitting 476 2021-06-21 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Year 8 – Karti tal-Eżami tal-matematika u tax-xjenza

Question

Tista’ l-Ministru sserraħ ras il-ġenituri billi tikkonferma li mhux minnu li l-Karta tal-Eżami tal-Matematika tal-Year 8 kien fiha l-iżbalji u xi domandi li ma kenux fis-sillabu? Tista’ wkoll tikkonferma li l-Karta tax-Xjenza tal-Year 8 ma kelliex madwar 3 faċċati li ma kenux id-domandi t-tajba?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-karta tal-Matematika tal-Year 8 Track 3 filwaqt li ma kienx fiha żbalji, kien hemm parti minn domanda li kienet barra mis-sillabu. Barra minn hekk, id-Dipartiment responsabbli mill-eżamijiet ħa ħsieb li l-iskema tal-marki tkun riveduta sabiex tiżgura li l-istudenti ma jitilfux marki. Dwar is-sillabu tax-Xjenza minħabba r-restrizzjonijiet tal-Pandemija, il-fieldworks ma sar xejn minnhom u l-istudenti ntalbu ma jwiġbux mistoqsijiet relatati ma’ topics li ma sarux u minflok ingħatat paġna supplimentari b'mistoqsijiet oħra.
Leg 13 PQ #21439 Sitting 474 2021-06-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Assistant Clerks, Clerks, Executive Officer, Assistant Principals u Principals maċ-Ċivil – eżami bil-computer

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li applikaw biex jagħmlu l-eżami bil-computer għall-aħħar sejħa ta' Assistant Clerks, Clerks, Executive Officers, Assistant Principals u Principals mas-Servizz Pubbliku? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma Għawdxin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-eżami bil-kompjuter huwa parti integrali mill-proċess ta’ għażla. Għaldaqstant meta wieħed qed japplika għal waħda mis-sejħiet indikati mill-Onor. Interpellant, awtomatikament qed japplika biex jagħmel it-test bil-kompjuter. Il-proċess għadu għaddej.
Leg 13 PQ #21708 Sitting 474 2021-06-15 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Reading Pen għall-istudenti bil-kundizzjoni ta' dyslexia

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ir-Reader Pen li jingħata lill-istudenti bil-kundizzjoni ta’ Dyslexia fil-year 5 u 6 tal-primarja u jittieħdilhom qabel l-eżamijiet tal-year 6 u ma jingħatalhomx fil-Form 1 u 2 imma jingħatalhom lura biss fil-Form 3 ’l quddiem? Ma taħsibx il-Ministru li f’dawk is-snin b’nuqqas ta’ din it-teknoloġija l-istudenti jibdew imorru lura akkademikament fuq dak li akkwistaw? Kemm hawn tfal li ngħataw dan r-reader pen?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni kkonkluda proġett pilota li nbeda f’Ġunju tal-2020 u ġie konkluż f’April tal-2021. F’dan il-proġett pilota kienu involuti 21 student li jattendu skejjel tal-istat bejn Year 4 u Year 8. Għat-terminu ta’ dan il-proġett, ġiet mislufa Reader Pen lil kull wieħed minn dawn l-istudenti bl-iskop li tintuża kemm id-dar kif ukoll l-iskola biex tiġi evalwata jekk din it-tip ta’ teknoloġija hix ta’ benefiċċju għal studenti bid-Dyslexia. Il-Ministeru qiegħed fil-proċess li jevalwa l-informazzjoni minn dan il-proġett.
Leg 13 PQ #20291 Sitting 472 2021-06-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — ħlas lil ditta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanha ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, tistax tagħti d-dettalji?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma ħallset lid-ditta indikata għal kwalunkwe servizzi mill-2013 lil hawn.
Leg 13 PQ #21230 Sitting 472 2021-06-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Għalliema Għawdxin li jaħdmu f’Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema Għawdxin li jaħdmu u jgħallmu f'Malta? Tista' tgħid f’liema skejjel jaħdmu dawn l-għalliema u x'suġġetti jgħallmu? Tista' tgħid kemm hemm LSEs Għawdxin jaħdmu f'Malta u tgħid f’liema skejjel jaħdmu dawn l-LSEs?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #21231 Sitting 472 2021-06-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ċentru tal-Università f’Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex mhux ser ikun lest qabel sentejn oħra? Tista' tgħid din l-estensjoni fiex tikkonsisti u x'se jiżdied permezz ta' din l-estensjoni? Tista' tgħid kemm klassijiet/lecture rooms ser jiżdiedu permezz ta' din l-estensjoni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi l-Onor. Iinterpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21253.
Leg 13 PQ #21552 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: SILVIO GRIXTI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skema 9 – pakkett tal-ikel lil studenti

Question

Tista’ l-Ministru tindika min huma dawk l-istudenti li jistgħu japplikaw sabiex jibdew jirċievu pakkett tal-ikel skont l-Iskema 9? X’għandhom jagħmlu l-ġenituri tagħhom biex dawn l-istudenti jibdew jirċievu dan is-servizz mingħajr ħlas?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġenituri tal-istudenti li huma eliġibbli għal Skema 9 m'għandhomx għalfejn japplikaw għax dawn jirċievu ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u l-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Leg 13 PQ #21503 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tagħha, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u tgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mudell tal-vettura ministerjali hu BMW 520D u tinkera għal €28.91 kuljum.
Leg 13 PQ #21395 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: OLIVER SCICLUNA To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Kalkara – San Ġużepp – xogħol fit-taraġ

Question

Tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar ix-xogħol li għal dawn l-aħħar tliet snin kien qed isir fit-Taraġ San Ġużepp, il-Kalkara? Jista’ jingħataw dettalji meta x-xogħol ser jitlesta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li x-xogħol għandu jkun lest sal-aħħar ta' Lulju 2021.
Leg 13 PQ #21474 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tagħha u l-entitajiet ta’ taħtha, mill-2008 sal-lum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar
Leg 13 PQ #21267 Sitting 465 2021-05-25 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — state aid

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tagħha li rċievew state aid?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #19901 Sitting 464 2021-05-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — persons of trust u positions of trust

Question

Tista’ l-Ministru tindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tagħha, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'każ li jiġu ingaġġati persuni fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru dan isir skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.