Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Baġit allokat u infiq għall-PR
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Artijiet li ġew esproprijati - Każijiet miftuħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad baqa' każijiet miftuħa dwar artijiet li ġew esproprijati ġewwa Għawdex bejn is-sena 2000 u s-sena 2024? Jista’ jelenka wkoll lista li turi kemm hemm minn dawn il-każijiet lokalità b’lokalità ġewwa Għawdex?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22065 u 22066 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fi Triq il-Mitħna, fil-Belt Valletta humiex konklużi u jekk iva, kemm ġew jiswew?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħolijiet huma konklużi.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala:
(a) Head of Secretariat;
(b) Deputy Head of Secretariat;
(c) Private Secretary;
(d) Assistant Private Secretary;
(e) Head Customer Care Officer;
(f) Customer Care Officer;
(g) Customer Care Assistant;
(h) Communications Secretary;
(i) Events Co-ordinator;
(j) Co-ordinating Officer;
(k) Secretariat Officer;
(l) Secretariat Pool;
(m) Senior Secretariat Messenger;
(n) Secretariat Messenger;
(o) Chairwoman;
(p) Personal Driver;
(q) Security Officer;
(r) Advisor;
(s) Policy Consultant;
(t) Policy Co-Ordinator;
(u) Photographer;
(v) Person/Position of Trust oħrajn?
Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'ka¿ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inklu¿ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli):
(i) Disturbance Allowance;
(ii) Secretariat Allowance;
(iii) Bonus for Overtime Worked;
(iv) Communications Allowance;
(v) Fully-expensed mobile telephony;
(vi) Free telephony;
(vii) Pre-Paid top-ups for telephony service;
(viii) Internet Service;
(ix) Car Allowance;
(x) Transport Allowance;
(xi) Fuel Vouchers;
(xii) Use of car-hired car;
(xiii) Use of government-owned car;
(xiv) Internet key;
(xv) Tablets;
(xvi) Laptops;
(xvii) Peripherals;
(xviii) Expertise allowance;
(xix) Disturbance Allowance;
(xx) Shift Allowance;
(xxi) xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Xiri ta’ MacBooks
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma hemm l-ebda membru tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru li nxtralhom MacBook.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art fejn twaħħlet katina (hekk kif jidher fir-ritratt anness) li tinsab fl-inħawi ta’ Ħas-Saptan, fil-limiti tal-Gudja u Ħal Għaxaq fejn indikat fil-link li qed tingħata separatament, ingħatatx lil xi entità privata jew għadhiex art pubblika?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-art fejn twaħħlet il-katina hija art tal-Gvern mikrija lil terzi bi qbiela.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 5 impjegati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23326 u ċjoè: In vista tal-applikazzjonijiet ta’ żvilupp, PA/07295/24 u PA/07490/24, ta’ Istitut - f'Ta’ Ġiorni, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jipprovdi kopja tal-kuntratt ta’ trasferiment mill-Gvern Malti lill-Gvern Libjan fl-1976 u kwalunkwe emenda li saret lill-istess kuntratt tul iż-żmien? Jista’ wkoll jipprovdi kopja ta’ kwalunkwe ftehim dwar is-sit, inklużi dawk tal-2013 fejn il-Gvern Libjan intrabat li jinvesti 22.4 miljun Ewro fi żvilupp tas-sit għal studenti internazzjonali?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-Ġnien il-Mediterran f'Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll meta u għal kemm żmien ingħatat din ir-responsabbiltà?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-ġnien imsemmi huwa mgħoddi lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12048 u 18991 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali ma’ kienx kostitwit fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Deputati tal-Gvern
Question
Peress li l-mistoqsija parlamentari 14845 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor?
Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19994, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 19994 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22619 u 23299 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u lill-Prim Ministru rispettivament u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li bih il-Gvern Malti kien għadda l-art/skola (ex Teacher Training Centre) ġewwa Ta’ Ġiorni, f’San Ġiljan lill-Gvern Libjan?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art ħdejn l-eks barrakki Brittaniċi fil-Mosta, li qabel kienet tintuża bħala razzett tal-majjal, hijiex proprjetà tal-Gvern?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Membru jippreċiża d-domanda tiegħu u jispeċifika għal liema sit qed jirreferi.