L-industrija tal-films - produzzjonijiet internazzjonali ffilmjati f’Malta
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-produzzjonijiet internazzjonali kollha ffilmjati f'Malta fl-aħħar ħames snin, flimkien mal-valur tar-rebate mħallas lil kull produzzjoni individwali?
Jista' l-Ministru jgħid kemm Maltin u Għawdxin huma attwalment impjegati, direttament jew indirettament, fl-industrija tal-films f'Malta, u kemm minn dawn l-impjiegi huma full-time equivalent, skont l-aħħar data uffiċjali verifikata?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1122 u jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1121 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 929 u jgħid jekk il-Gvern hux se jikkollabora ma’ Din l-Art Ħelwa, mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u ma’ entitajiet oħra kompetenti sabiex jiġi salvagwardjat il-monument uniku tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar, li huwa meqjus bħala l-aħħar maħras medjevali li għadu jeżisti fil-Gżejjer Maltin?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Arts and Culture Hub fil-Marsa huwiex mistenni li jitlesta sal-2030? Jista’ wkoll:
i. jgħid kemm hu stmat li se jiswa l-proġett;
ii. jgħid jekk huwiex previst li jinġiebu fondi Ewropej addizzjonali sabiex jitwettaq il-proġett kollu wara l-finanzjament Ewropew allokat għall-ewwel fażi tal-proġett;
iii. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett; u
iv. jgħid min huma l-periti jew id-ditta ta’ periti li qed jaħdmu fuq dan il-proġett, jew li diġà ħadmu, jew ser ikomplu jaħdmu fuqu?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li dan il-proġett huwa stamt li jiswa €63 miljun u l-fondi Ewropej allokati sal-lum jammontaw għal €15-il miljun. Il-pjanti tal-proġett ma jistgħux jiġu ppreżentati peress li ħa jkunu parti mit-tender ta’ konstruzzjoni tal-proġett li għandu joħroġ fil-jiem li ġejjin.
Birżebbuġa – Trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu – Konkos
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 671, jista' l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali approvatx li jingħata l-konkos fi trejqa qrib id-Dar ta' Pultu fil-limiti ta' Birżebbuġa? F'każ li dan ma ġiex approvat, jista’ jgħid x'azzjoni ser tittieħed u sa meta?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li s-Sovrintendenza tal-Partrimonju Kulturali ma irċeviet l-ebda talba f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 928 u jgħid jekk hemmx fondi allokati jew ippjanati għar-restawr, il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar u meta huwa mistenni li jibdew dawn l-interventi?
San Pawl il-Baħar - Maħras ta’ Tabibu - Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 927 u jgħid għaliex il-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar għadha mhijiex inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali, minkejja s-sinifikat storiku u kulturali tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din l-ommissjoni tiġi indirizzata?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li ġejt infurmat li l-eżerċizzju għall-inklużjoni ta’ siti u proprjetajiet fl-Inventarju Nazzjonali huwa proċess kontinwu. Is-Sovrintendenza twettaq dawn l-eżerċizzji fuq bażi tematika, sabiex tiżgura approċċ sistematiku u konsistenti. Dawn l-eżerċizzji jeħtieġu żmien adegwat biex issir riċerka, id-dokumentazzjoni u l-ispezzjonijiet meħtieġa, bil-għan li jiġi vvalutat il-valur tal-wirt kulturali ta’ kull sit jew proprjetà li tista’ tiġi kkunsidrata għall-inklużjoni fl-Inventarju Nazzjonali.
In-Nadur – Torri ta’ Kenuna – Prevenzjoni ta’ tiġrif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu u meta ser jittieħdu, biex it-Torri ta’ Kenuna jiġi salvat qabel ma jkun tard wisq u jiġġarraf?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li kif is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali jkollha stampa ħolistika tal-istat li jinsab fih is-sit imsemmi, tkun tista’ tibda it-taħdidiet biex isir ix-xogħol neċessarju.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mis-Suprintendenza tal-Wirt Kulturali fl-aħħar sena u nofs biex it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur, Għawdex, ma jitkompliex jiġġarraf?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li s-Sovraintendza tal-Wirt Kulturali għamlet numru ta’ spezzjonijiet fuq is-sit, u sar ukoll kuntatt ma’ numru ta’ stakeholders. Dawn saru bil-għan li tiġi determinata il-kawża taċ-ċaqliq fit-torri u tiġi stabbilita l-azzjoni li trid tittieħed fir-rigward.
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Il-Belt Victoria – Offerta għall-Belt Kapitali tal-Kultura 2031
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa għall-offerta tal-Belt Victoria bħala l-Belt Kapitali tal-Kultura 2031? Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm huma mħallsa l-membri tal-Fondazzjoni;
ii. kemm tħallas l-Artistic Director; u
iii. kemm hemm konsulenti involuti fl-offerta u kemm huma mħallsa?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 926 u jgħid jekk sarx rapport tekniku jew stħarriġ strutturali dwar il-kundizzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta sar u x’kienu l-konklużjonijiet tiegħu?
Jista’ l-Ministru jgħid liema avvenimenti saru fil-concert area l-ġdida f’Ta’ Qali minn meta nfetħet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 924 u jgħid kemm hemm pannelli solari installati fuq entitajiet kulturali, mużewijiet u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, id-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġiet installata, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament hemm 5 binjiet/siti li għandhom pannelli solari installati.