Il-Mellieħa - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tal-Mellieħa matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.
Il-Mellieħa - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2024
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tal-Mellieħa matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.
L-Imġarr - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tal-Imġarr matul is-sena 2025 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 34457.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux rapporti dwar il-bozoz maqtugħin fi Vjal Kottoner fil-Fgura, peress li dan in-nuqqas ta’ dawl qed jaffettwa s-sigurtà tar-residenti?
Tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għalfejn fl-Estimi Finanzjarji għas-sena 2026, l-allokazzjoni vvutata għall-proġett tal-faċilità tal-Waste to Energy hija ta’ €0?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill‑Onor. Interpellanta li, kif diġà ġie spjegat f’fora differenti, il-proċess ta’ akkwist tal-proġett tal‑Waste‑to‑Energy għadu fl-istadji bikrin, wara l-appelli li seħħew, u għalhekk l-ebda infiq kapitali fuq il-kostruzzjoni tal-faċilità ma hu mistenni li jseħħ matul l‑2026. Għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda bżonn li jkunu vvutati fondi kapitali taħt dan il-vot għall‑2026.
Madankollu, għal aktar ċarezza, nista’ nikkonferma li se jsiru disbursements relatati ma’ konsulenzi u servizzi professjonali matul l‑2026 sabiex titkompla l‑ħidma teknika, legali u finanzjarja marbuta mal-proġett. Dawn l‑ispejjeż ser jiġu kkontabilizzati taħt voti oħra relatati ma’ servizzi. Ix-xogħol tekniku u amministrattiv qed ikompli skont l-istadji tal-proċess ta’ akkwist, u l-Ministeru tiegħi jibqa’ jikkoordina mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex kwalunkwe impenji finanzjarji meħtieġa jiġu indirizzati skont l-iskedi rispettivi.
L-Imġarr - CMD - Skart miġbur mill-bajjiet - Sena 2024
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont totali ta’ skart li nġabar mill-ħaddiema tal-Cleansing & Maintenance Division (CMD) mill-bajjiet tal-Imġarr matul is-sena 2024 u taqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
It-tindif tal-bajjiet mid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni jsir regolarment matul is-sena kollha u l-frekwenza mbagħad tiżdied matul is-sajf fejn il-bajjiet qegħdin jitnaddfu tliet darbiet kuljum. It-tindif li jsir ma jinkludix biss il-bajja, għax il-ħaddiema jnaddfu wkoll il-promenades, fejn jikinsu l-bankini u ż-żoni tal-madwar, kemm permezz ta’ xogħol manwali kif ukoll bl-użu ta’ makkinarju, u jbattlu wkoll il-bins li jinsabu fil-madwar. Mal-bidu tal-istaġun sajfi, l-ħaddiema jneħħu wkoll l-alka mill-bajjiet.
Ninsab infurmata li l-iskart minn fuq il-bajjiet jinġabar mit-trakkijiet li għandhom rotot fissi madwar il-pajjiż flimkien ma’ skart ieħor li jinġabar mit-toroq u anke skart mormi llegalment li jinstab ta’ kuljum. Għaldaqstant, infurmata li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ma żżomx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellanta imma b’mod kollettiv tal-iskart kollu li jinġabar minnha. Fl-2024 l-iskart kollu li nġabar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ammonta għal 16,300 tunnellata, waqt li fl-2025 ammonta għal 20,500 tunnellata.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34152 u tipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid fuq liema bażi ġiet stabbilita l-istima kapitali ta’ €42 miljun għall-aġenzija Project Green għas-sena 2026, u tispjega kif l-aġenzija għandha l-kapaċità li tamministra u tonfoq somma ferm ikbar minn dik allokata fis-snin preċedenti, speċjalment meta wieħed iqis li l-istess aġenzija naqset milli timplimenta l-baġit kapitali anke meta dan kien ferm iżgħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-€1.7 miljun li ntefqu għas-sena 2024 taħt il-vot ta’ Urban Greening, u tagħti break down dettaljat ta’ kif intefqet din is-somma? Tista’ tgħid ukoll liema kienu l-proġetti speċifiċi li saru b’dawn il-fondi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Peress li fis-sena 2024, minn allokazzjoni kapitali ta’ €24.7 miljun għall-aġenzija Project Green, intefqu biss €2.3 miljun, li jfisser rata ta’ implimentazzjoni ta’ 9% biss, tista’ l-Ministru tispjega r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta’ nfiq, kif ukoll tispeċifika liema kienu dawk il-proġetti li kienu ppjanati li jsiru b’dawn il-fondi u li minħabba dan in-nuqqas ta’ nfiq, ġew imdewma, posposti jew ikkanċellati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34054 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljat ta' kif kienet imqassma n-nefqa minn Project Green ta’ kważi €627,000 f'informazzjoni, u speċifikament kemm intefqu fuq reklamar fil-mezzi tax-xandir, kemm fuq il-midja soċjali, u kemm fuq materjal stampat? Tista' tindika wkoll min kienu l-benefiċjarji ta' dawn il-pagamenti (kumpaniji, aġenziji jew individwi) u tgħid jekk dawn intgħażlux permezz ta' tenders jew direct orders?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika – Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33554 dwar l-attività li ttellgħet f'Kennedy Grove bl-isem ta’ 'Christmas in the Park', tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa għal kull waħda mill-items li wasslu għat-total ta’ €323,069? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas irċevew kull wieħed jew waħda minn dawk li fil-fatt tħallsu u jekk kienx hemm min ta servizzi mingħajr ħlas, u jekk iva, min kienu dawn l-operaturi?
Response (DALLI, MIRIAM)
B’żieda mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 33554, ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-nefqa (VAT eskluża) marbuta mal-items imsemmija għall-għaxart’ijiem li damet għaddejja din l-attività kienet kienet kif ġej:
Servizzi ta’ disinn u reklamar – €86,918.70; Loġistika – €8,990; Armar, tiżjin u set-up ġenerali – €163,311.63; Programm ta’ divertiment u attivitajiet għat‑tfal – €52,440; Trasport – €4,480; Servizzi ta’ saħħa u sigurtà, u polza ta’ assigurazzjoni – €8,653.50. Kien hemm ukoll dħul ta’ €1,725 minn ħlasijiet tal-parteċipazzjoni minn operaturi kummerċjali li jrid jitnaqqas mill-ispiża finali.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, inklużi d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, hemm total ta’ 33 parkeġġ riservat għall-persuni b’diżabilità.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34269 u tgħid jekk kienx hemm każijiet mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) provdiet is-servizz tal-ilma u d-drenaġġ qabel ma nħareġ compliance certificate tal-post fejn ingħata? Jekk iva, tista' tgħid kemm kien hemm minn dawn il-każijiet u tgħid x'kienu r-raġunijiet għalfejn ingħata dan it-tip ta' permess?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tmexxi bil-provvediment tas-servizzi a bażi tan-notifiki li tirċievi min-naħa tal-ARMS fuq applikazzjonijiet li din tal-aħħar tkun irċeviet.
Fejn jidħlu applikazzjonijiet għall-konnessjonijiet ta’ drenaġġ dawn huma preklużi mill-compliance certificate, minħabba li t-tqabbid man-network tal-KSI huwa wieħed privat. Il-Korporazzjoni tkun infurmata f’dawn il-każijiet u jsir ftehim mal-partijiet konċernati kollha dwar kif għandha ssir il-konnessjoni.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34268 u tgħid jekk kienx hemm każijiet mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fejn l-Enemalta provdiet is-servizz tal-elettriku qabel ma nħareġ compliance certificate tal-post fejn twaħħlu? Jekk iva, tista' tgħid kemm kien hemm minn dawn il-każijiet u tgħid x'kienu r-raġunijiet għalfejn ingħata dan it-tip ta' permess?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta tmexxi bil-provvediment tas-servizzi a bażi tan-notifiki li tirċievi min-naħa ta’ l-ARMS fuq applikazzjonijiet li din tal-aħħar tkun irċeviet.