Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv rigward disposal of fly ash, u kemm-il tunnellata kien hemm matul l-2017 u l-2018 separatament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv għar-rigward disposal of RDF, u kemm-il tunnellata kien hemm matul l-2017 u l-2018 separatament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont (f'euros) li ħallset il-Wasteserv matul l-2017 u l-2018 fir-rigward ta' kull waste stream li tinġabar fis-CA sites, separatament għal kull disposal ta’ waste stream, u kemm-il tunnellata kien hemm rispettivament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-kaġun li matul ix-xahar li għadda 3 minn 4 digestors tal-Wasteserv ma kinux qegħdin jaħdmu, u riżultat ta' dan kienet qed toħroġ riħa xejn pjaċevoli mill-Impjant ta' Sant Antnin ġewwa M'skala?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Digestor numru 1 mhux qed jopera minħabba sedimentazzjoni. Il-pjan huwa li jinbeda x-xogħol fuq dan f’Awwissu li ġej. Digestor numru 2 qed jopera u l-manutenzjoni u t-tindif fuqu tlestew f’April ta’ din is-sena. Digestor numru 3 qed jopera wkoll, iżda hemm bżonn li ssirlu manutenzjoni u tindif. Huwa pjanat li dan isir f’Novembru ta’ din is-sena. Il-Hydrolyser (li huwa l-ewwel tank fejn jidħol il-materjal) għadu kif ġie mbattal u f’dan il-mument qed ikun magħluq sabiex jibda jimtela bl-ilma u l-materjal.
Ir-riħa per se hija riżultat dirett ta’ meta jinfetaħ kwalunkwe tank imsemmi hawn fuq sabiex isirlu t-tindif u l-manutenzjoni neċessarja. Sfortunatament dan il-proċess irid isir bilfors għax bit-teknoloġija li kienet intgħażlet dak iż-żmien, is-separazzjoni tal-materjal organiku minn dak magħruf bħala ‘
inert’
jiġifieri materjal bħal ħġieġ imkisser, ramel, etċ. li ma jinħadimx fil-proċess bijoloġiku, ma ssirx sewwa. Ir-riżultat ta’ dan huwa sedimentazzjoni massiċċa li jispiċċa jinġema’ fil-qiegħ tat-tankijiet li finalment iwassal biex ix-xaft tat-tank jieqaf għal kollox. Barra minn hekk, ta’ min jingħad li l-kumpanija barranija magħrufa bħala “
Haase
” li kienet tifforma parti mill-konsorzju li bniet l-impjant, falliet ftit snin wara.
Għaldaqstant bl-iskop aħħari li jitnaqqas l-inkonvenjent tal-irwejjaħ, il-Wasteserv qiegħda fl-istadju li tikkonsidra teknoloġija ulterjuri sabiex il-materjal organiku jkun isseparat aħjar u b’hekk jiġi mnaqqas drastikament, jew potenzjalment eliminat għal kollox il-bżonn li jinfetħu t-tankijiet tad-
digesters
.
Filwaqt li nifraħ lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li salvaw kelb fejn skont dak li ġie rrapurtat mill-media, kien allegatament marbut u b’sarima ma’ ħalqu, jista’ l-Ministru ġentilment jgħid fejn instab dan il-kelb? Jista’ jgħid jekk ġewx imsejħa l-pulizija? Sid il-kelb se jittella’ l-Qorti? Jekk iva, meta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant u nikkonferma li d-Direttorat reponsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali salva kelb li kien marbut b’sarima ma’ ħalqu. Dan il-każ seħħ ġewwa Haż-Żabbar. Il-Pulizija ġew imsejjħa. Id-Direttorat ħa jkun qed joħrog kwerela f’dan ir-rigward, liema kwerela ser tkun qed tintbagħat lill-Pulizija matul din il-ġimġħa.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 10153.
Jista’ l-Ministru jindika xi pjanijiet hemm għall-proġett ta’ afforestazzjoni f’art f’Bengħajsa? Jista’ jindika meta se jkun qed jibda x-xogħol inkonnessjoni ma’ dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u jindika anke b’visuals, ix-xogħol li ġie ppjanat? Jista’ jgħid x’tip ta’ siġar se jkunu qed jitħawlu u kemm qed jiġi stmat li se jitħawlu siġar biex isir dan il-proġett?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġett ta’ afforestazzjoni f’Bengħajsa jinkludi twittija ta’ ħamrija, installazzjoni ta’ sistema tal-irrigazzjoni, kostruzzjoni ta’ ġiebja, formazzjoni ta’ passaġġi naturali, installazzjoni ta’ bankijiet u bins, tneħħija ta’ wħud mill-arbli u kostruzzjoni ta’ spazji għall-parkeġġ tal-karozzi. Mistenni li jitħawwlu madwar 8,500 siġar u arbuxelli indiġeni fosthom prinjol, ċipress, ballut u diversi speċi ta’ arbuxelli. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ritratti tax-xogħol kif qed jigi ppjanat. Ix-xogħlijiet jibdew kif jinħarġu l-permessi neċessarji u t-tħawwil isir fil-ħarifa.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10249 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul April u Mejju 2019, in-nefqa f’reklamar u avviżi mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet ta’ EUR 31,225.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segertarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - reklamar
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10250 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul April u Mejju 2019, in-nefqa f’riklamar u avviżi mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, kienet nil.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segertarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - reklamar
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-ħin li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri? Kemm hemm ħaddiema li jieħdu ħsieb dawn il-klieb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament in-numru ta' klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri huwa ta' 32, filwaqt li hemm 9 ħaddiema jieħdu ħsieb dawn il-klieb matul il-ġurnata. Dawn il-ħaddiema jaħdmu bix-xift u għalhekk matul il-ġurnata jkun hemm 5 ħaddiema li jaħdmu direttament ma’ dawn il-klieb. Barra minn hekk hemm ukoll uffiċjal veterinarju li huwa responsabbli direttament għal-benesseri ta’ dawn l-annimali.Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament in-numru ta' klieb taħt il-kustodja fl-Għammieri huwa ta' 32, filwaqt li hemm 9 ħaddiema jieħdu ħsieb dawn il-klieb matul il-ġurnata. Dawn il-ħaddiema jaħdmu bix-xift u għalhekk matul il-ġurnata jkun hemm 5 ħaddiema li jaħdmu direttament ma’ dawn il-klieb. Barra minn hekk hemm ukoll uffiċjal veterinarju li huwa responsabbli direttament għal-benesseri ta’ dawn l-annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid, kull kelb li hemm taħt il-kustodja fl-Għammieri, għal kemm ħin jinħareġ jimxi kull jum?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kelb li hemm taħt il-kustodja tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, il-Promozzjoni u s-Servizzi fl-Għammieri jiġi allokat madwar siegħa kuljum għall-mixi u eżerċizzju fiżiku.
Jista' l-Ministru jgħid, kemm kien l-ammont ta' skart organiku li nġabar f'Malta u f'Għawdex min-nhar il-31 ta' Ottubru 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b'xahar u lokalità b'lokalità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet li ħarġet jew iddepożitat skart fi triq jew spazju pubbliku f'jum u/jew f'ħin li dak l-iskart partikolari ma jkunx imissu jinġabar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar, min-nhar il-31 ta' Ottubru 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Skont ir-
records
li nżammu mid-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar fi ħdan l-ERA, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li hi murija fit-tabella turi każijiet ta' ksur ta' regolamenti li nqabdu mill-uffiċjali tal-ERA jseħħu fil-fatt fuq il-post. Kif kien diġa aċċennat, sal-aħħar tas-sena 2018, l-uffiċċjali tal-infurzar tal-ERA kienu qegħdin biss jinfurmaw lin-nies li kienu qed jinqabdu joħorġu l-borża l-ħażina bil-provvedimenti legali l-ġodda. Kienet tħarrket biss persuna li kisret provvedimenti legali li kienu diġà ilhom jeżistu. L-istatistika turi s-sitwazzjoni sal-15 ta' Mejju 2019.
Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li r-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Postijiet jew Żoni Pubbliċi, il-L.S. 549.40, jistgħu jiġu nfurzati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, kif ukoll il-LESA u l-Pulizija. L-informazzjoni mogħtija tkopri biss l-infurzar li sar mill-uffiċjali tal-ERA.
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ kemm-il tunellata ta’ skart organiku jlaħħaq l-impjant ta’ anaerobic digestion? Fil-preżent qed jaħdem full capacity? Kemm minn dak li qed jinġabar mill-iskema tal-ġbir tal-iskart mhux qed fil-fatt jintefa’ fl-impjant, iżda minflok jintefa’ fil-landfill?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċesss sabiex numru ta’ bdiewa li għandhom ir-raba’ fil-Wied ta’ Ġnien Ingraw, u li wara li waqgħet blata kbira f’Ottubru 2018 u għamlet ħsara lill-perkors tal-ilma naturali, ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jagħmlu użu minn dan l-istess ilma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li minħabba numru ta’ riskji li hemm fis-sit, saret spezzjoni mill-periti ta’ Ambjent Malta fejn ġie konkluż li l-binja privata li ġġarfet mill-blata l-kbira għandha titwaqqa minħabba r-riskju li jkomplu jaqaw aktar ġebel, biex ikunu salvagwrdjati l-ħaddiema li se jagħmlu x-xogħlijiet u l-bdiewa li jaħdmu l-egħlieqi tagħhom fil-wied.
Qed jiġi pproposti numru ta xogħlijiet preparatorji li għandhom jitwettqu qabel ma titneħħa l-ġebla l-kbira u tiġi restawrata n-nixxiegħa tal-ilma. Ġieurrakomandat wkoll li x-xogħlijiet tat-tneħħija tal-ġebla li waqgħet għandu jsir fis-sajf minħabba l-periklu li jġibu magħhom il-kundizzjonijiet li hemm fil-post minħabba li l-art hija taflija.
Jista’ l-Ministru jara li l-plot fi Triq Spiru Mizzi kantuniera ma’ Triq Notabile f'Birkirkara jitnaddaf peress li dan il-plot qed iservi biex jintefa’ kull tip ta' skart, inkluż siringi, kif ukoll ġrieden li qed ikunu ta' detriment kontinwu għas-saħħa tar-residenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-art in kwistjoni ma’ taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb il-Crate Washing Facility li tinsab fil-Pitkalija? Jista’ jgħid jekk isirx stock-take wara kull ġurnata xogħol u jekk fl-affermattiv jista’ jgħid kemm instabu kaxxi tal-pitkalija nieqsa xahar b'xahar f'dawn l-aħħar sitt xhur sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.