Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20494 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala rappreżentant għall-persuni b’diżabilità, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Funzjoni ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idum lift biex jibda jiffunzjona wara li jitpoġġa f’postu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li liftjitpoġġa f’postu jrid ikun iċċertifikat li lest u li hu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tat-tenderu r-regolamenti tal-lifts tal-2016. Dan hu proċess li jitwettaq fuq medda ta’ erba’ ġimgħat. Madanakollu, il-proċess ta’ notifika li lift hu lest jirrikjedi li jinħarġu ċ-ċertifikati. B’hekk ‘ placing into service ta’ lift’ skond il-liġi hu proċess li jieħu ż-żmien minħabba l-livell għoli ta’ sigurtà mitlub minn makkinarju bħal lifts u jieħu ordinarjament bejn erba’ u sitt ġimgħat minn meta l- lift ikun twaħħal.

Skema tal-Komun – Rinovazzjoni tal-Blokok tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rinovati Blokok tal-Gvern bl-iskema tal-Komun? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-blokok, id-dawl tal-komun inqaleb fuq l-inkwilini tal-istess blokka? Jista’ jgħid, jekk għadhom ma nqalbux, meta hemm il-ħsieb li jinqalbu kollha?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2011 u s-sena 2020 l-Awtorità irrenovat ċirca ta’ 70 blokka fis-sena taħt l-iskema ta' manutenzjoni fil-komun tal-blokok tal-Gvern. Dwar li l-kont tad-dawl tal-komun jiġi trasferit fuq ir-residenti din mhux il-prassi tal-Awtorità tad-Djar.

Kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lokalità b'lokalità, fejn jinsabu l-kirjiet household ta' qabel l-1995?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub ser jingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — proġetti tal-ESF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu proġetti tal-ESF taħt id-dekasteru tiegħu u kemm-il persuna ġiet imħarrġa bejn l-2013-2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-PQ18838 ta’ din il-Leġiżlatura.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – reklutaġġ

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18674, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tad-domanda u jgħid mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn is-46 ħaddiem?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-lokalitajiet huma skont kif ġej: Attard, Birżebbuġia, Fgura, Ħal Għaxaq, Ħal Luqa, Ħal Qormi, Ħal Safi, Ħamrun, Iklin, Kalkara, Kerċem, Marsaskala, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Naxxar, Raħal Ġdid, Pieta, San Ġwann, Santa Venera, Siġġiewi, Sliema, San Ġiljan, Xagħra, iż-Żejtun u ż-Żurrieq

Santa Luċija – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Santa Luċija mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kient l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikat familja waħda minn Santa Luċija mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €1,933.36.

Il-Gudja – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fil-Gudja mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kient l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 14-il familja mill-Gudja mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €25,432.05.

Il-Fgura – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fil-Fgura mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 80 familja mill-Fgura mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €162,505.05.

Il-Birgu – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fil-Birgu mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 14-il familja mill-Birgu mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €14,221.90.

Bormla – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Bormla mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 41 familja minn Bormla mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €55,479.69.

Xogħol fuq binja — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol fuq it-turetta tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kif tagħmel ix-xita, qed jidħol l-ilma?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar ma jirriżultax li l-inkwilin kien irrapporta l-ħsara msemmija. Minħabba li meta sar kuntatt fuq id-dettalji provduti ma’ din l-Interpellanza, li irriżultaw li ma jappartjenux għall-inkwilin, l-Awtorità tad-Djar ħalliet notifika fuq il-post sabiex l-inkwilin jagħmel kuntatt mal-Awtorità biex isir appuntament għal spezzjoni.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma kellhom kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mal-kumpanija msemmija.

Raħal Ġdid – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Raħal il-Ġdid mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 95 familja minn Raħal il-Ġdid mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €152,732.21.

Ħal Tarxien – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Ħal Tarxien mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kient l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 ibbenefikaw 38 familja minn Ħal Tarxien mis-sussidju fuq il-kera. L-ispiża kienet ta’ €58,192.71.

Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 fiż-Żejtun mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 ibbenefikaw 124 familja miż-Żejtun mis-sussidju fuq il-kirjiet. L-ispiża kienet ta’ €262,995.16.

Wied il-Għajn – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-Kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni bbenefikaw matul is-sena li għaddiet 2020 f’Wied il-Għajn mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 ibbenefikaw 135 familja minn Wied il-Għajn mis-sussidju fuq il-kirjiet. L-ispiża kienet ta’ €256,689.28.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità