Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Proġetti u xiri b’fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti/xiri li se jinbeda x-xogħol fuqhom mill-Ministeru tiegħu minn issa sal-aħħar tas-sena ġewwa Għawdex u li għalihom ser jiġu użati fondi Ewropej? Kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn il-proġetti/xiri u kemm hu l-persentaġġ ta’ fondi Ewropej li ser jiġu użati u minn liema fond?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa ma hemm l-ebda l-proġetti/xiri li se jinbeda x-xogħol fuqhom mill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, minn issa sal-aħħar tas-sena ġewwa Għawdex u li għalihom ser jiġu użati fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-inġinier, ritratti tal-proċeduri dwar kif għandu jintuża u kemm hu l-piż massimu li jiflaħ il-hoist il-ġdid li ġie installat fuq il-moll tal-Marfa, fil-Mellieħa, kif ukoll ritratti tat-tabelli relatati mas-saħħa u s-sigurtà, u tal-mezzi preventivi sabiex ma jsirux abbużi jew biex dan il-hoist ma jkunx ta’ periklu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikat tal-inġinier kif mitlub. Kif iddikjarat fiċ-ċertifikat u wkoll fit-tabelli, il-hoist għandu kapaċità massima ta’ 500kg. Qed inpoġġi wkoll ir-ritratti tat-tabelli u ritratt li juri li l-hoist huwa msakkar b’katnazz li aċċess għalih għandhom l-uffiċċjali tad-Dipartiment li tkopri l-ħatt fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Il-ħut kbir li għalih jista’ jintuża dan il-hoist bħat-tonn u l-pixxispad huma speċi regolati u għaldaqstant sajjieda li jkunu deħlin bil-qabda tagħhom ta’ dan it-tip ta’ ħut iridu jinfurmaw lid-Dipartiment minn qabel u jrid ikun preżenti uffiċċjal tad-Dipartiment waqt kull ħatt. Ġie mħejji wkoll Standard Operating Procedure (SOP) li jiddeskrivi b’mod ċar kif għandu jintuża dan il-hoist.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Ħaddiema full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nr 30776.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew salvati annimali minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’ xahar, u x’tip u razza huma? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew addottati annimali fl-istess żmien u x’tip kienu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kif deskritta fit-tabelli riprodotti hawn taħt.
Klieb Salvati Matul is-Sena 2025
Razza
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Total
Chihuahua
2
2
16
35
3
3
3
3
3
70
Fox Terrier
4
1
5
4
3
5
1
1
2
26
Pitbull
2
2
1
2
4
3
3
3
1
21
Crossed (Mixed Breed)
2
4
3
5
2
2
3
2
3
26
Puppy (General)
7
3
0
0
2
2
0
0
0
14
Hunting Dog
1
2
1
1
3
1
2
0
1
12
Pomeranian
0
1
2
1
1
1
1
0
0
7
Springer Spaniel
2
1
1
0
0
0
0
0
0
4
German Shepherd
0
2
0
1
0
0
0
1
1
5
Pharoah Hound
0
1
1
0
1
1
1
1
1
7
Amstaff
0
0
0
1
7
1
0
1
1
11
Shitzu
0
0
0
0
2
0
1
0
0
3
Yorkshire Terrier
0
0
0
0
1
0
0
0
2
3
Pointer
1
0
0
2
0
0
0
0
0
3
Razez oħrajn
2
3
3
2
2
3
2
2
2
21
Total
23
22
33
54
30
22
17
14
17
249
Qtates Salvati Matul is-Sena 2025
Razza
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Total
Razza Komuni
44
37
61
106
125
143
135
71
48
770
Total ta' Qtates Adottati
Xahar
Total
Jannar
16
Frar
8
Marzu
8
April
10
Mejju
9
Ġunju
27
Lulju
31
Awwissu
7
Settembru sad-data tal-llum
21
Total ta' Klieb Adottati
Xahar
Total
Bully
Mhux Bully
Imħallta
Jannar
28
5
14
9
Frar
15
0
15
0
Marzu
38
2
33
3
April
28
1
26
1
Mejju
45
10
35
0
Ġunju
17
2
14
1
Lulju
21
2
16
3
Awwissu
10
4
5
1
Settembru sad-data tal-llum
13
3
10
0
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Kliniċi li jagħtu servizz veterinarju lill-annimali misjuba
Question
Jista’ l-Ministru jindika liema hi / huma l-kliniċi li preżentement qed jagħtu servizz veterinarju lill-annimali kollha misjuba mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-istabbilimenti veterinarji li preżentement qed jagħtu servizz lill-annimali kollha misjuba mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huma dawn li ġejjin: Animal Aid, Galea Veterinary Clinic, Happy Paws Animal Clinic, Highrise Veterinary Clinic, Vetcare Animal Clinic, Vet 4 Pet Health Veterinary Clinic u Zoomangi Veterinary Clinic.
Fid-dawl li għaddew 26 xahar minn meta l-isptar tal-annimali ġewwa Ta’ Qali ġie magħluq, jista’ l-Ministru jgħid meta dan ser jiftaħ biex jerġa’ jagħti servizz?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST, bl-assistenza tal-Ministeru li jien responsabbli għalih, bħalissa qiegħed jgħaddi minn proċess ta’ negozjar permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, sabiex l-isptar ikun jista’ jinfetaħ u jibda joffri servizzi lill-pubbliku, u fl-istess ħin iservi wkoll bħala sptar tat-tagħlim.
Gudja - Triq Santa Marija u l-madwar - Problema ta’ indafa u sanità pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika minħabba l-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar Triq Santa Marija, il-Gudja peress li hija ta’ inkonvenjent kbir?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien – problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani
Question
Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja u l-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Tarxien peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Raħal Ġdid - problema ta’ indafa u sanità pubblika fil-madwar tal-Knisja ta’ Kristu Re
Question
Jista’ l-Ministru jara kif se tiġi indirizzata l-problema marbuta mal-indafa u s-sanità pubblika tal-abbundanza ta’ ħamiem ħdejn u madwar il-Knisja ta’ Kristu Re Raħal Gdid peress li hi ta’ inkonvenjent kbir?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl tar-Regolamenti dwar l-Identifikazzjoni Elettronika tal-Klieb, Leġislazzjoni Sussidjara 437.101: “10. (3)Ħadd m’għandu:(a) jgħammar kelba li jkollha anqas minn tnax-il xahar; (b) iwelled aktar minn sitt boton ta’ ġriewi minn kelba waħda; (ċ) iwelled żewġ boton ta’ ġriewi fi żmien tnax-il xahar mill-istess kelba; (d) ibiegħ ġeru qabel ma jkollu minn ta’ l-anqas tmien ġimgħat.”, jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi infurzata din il-liġi? Kemm-il rapport wasal mill-membri tal-pubbliku dwar allegat ksur ta’ din il-liġi bejn l-2019 u l-2025 u x’jiġri meta jidħol rapport minn membru tal-pubbliku dwar allegat ksur ta’ din il-liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni nstabu ħatja li kisru din il-liġi bejn l-2019 u l-2025, u x’passi ttieħdu kontra min instab ħati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2019 u l-2025, waslu għand id-Direttorat għar-Regolamentazzjoni Veterinarja (VRD) żewġ rapporti differenti ta’ ksur tar-regoli msemmija hawn fuq. Il-proċess jibda permezz ta’ investigazzjoni li tinfetaħ kull darba li jidħol rapport dwar ksur possibbli ta’ din il-liġi. F’wieħed mill-każijiet instabet biżżejjed evidenza biex jitressaq il-Qorti. Dan il-każ, li nfetaħ bħala proċedura ġudizzjarja, għadu għaddej u nstema’ fis-26 ta' Settembru 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm rapporti waslu mill-membri tal-pubbliku bejn l-2023 u l-2025 dwar annimali eżotiċi jew perikolużi (mhux klieb, qtates jew fniek) li kienu jidhru maħrubin jew mitlufin? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-annimali nqabdu mid-direttorat responsabbli, kemm minnhom instab is-sid, u x’passi ttieħdu kontra s-sidien ta’ dawn l-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapporti li wasslu mill-pubbliku dwar annimali li mhux klieb qtates jew fniek li kienu maħruba jew mitlufa huma dawn li elenkat fit-tabella sottostanti:
Speċi
Numru ta’ Rapporti
Pigeon
33
Duck
25
Chicken
24
Budgie
10
Marmoset
1
Parakeet
1
Goose
1
Gerbil
4
Hamster
1
Guinea Pig
1
Finch
3
Canary
3
Starling
1
Green Vervet Monkey
1
Total
109
Fid-dawl tal-fatt li fis-snin 2024 u 2025 twaqqfet Luna Park ħdejn il-petting farm ta’ Ta’ Qali, fejn dan kien ta’ detriment u disturb gravi u fit-tul għall-annimali f’dan il-petting farm, jista’ l-Ministru jgħid ta’ min kienet din id-deċiżjoni u jekk hemmx xi pjan li din il-Luna Park jew attivitajiet simili jsiru f’dan il-post fis-snin li ġejjin?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru klieb tar-razza bully fis-snin 2024 u 2025 mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-klieb reġgħu ngħataw lil sidhom u kemm minnhom ġew adottati minn membri tal-pubbliku?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella segwenti bl-informazzjoni kollha mitluba marbuta ma’ klieb tar-razza bully.
Sena
Total ta’ klieb tar-razza bully miġbura
Total ta’ klieb tar-razza bully li ngħataw lil sidhom
Total ta’ klieb tar-razza bully li ġew adottati
2024
105
15
65
2025
37
6
29
Fid-dawl tar-Regolamenti dwar l-Użu tal-Karozzini, L.S. 439.22 3. (1) “Ebda karozzin ma għandu jiċċirkola f’xi triq matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-31 ta’ Awwissu bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ wara nofsinhar.”, jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi infurzata din il-liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm-il-rapport wasal mill-membri tal-pubbliku dwar allegat ksur ta’ din il-liġi bejn l-2019 u l-2025? Jista’ wkoll jispjega x’jiġri meta jidħol rapport minn membru tal-pubbliku dwar allegat ksur ta’ din il-liġi, kemm persuni instabu ħatja li kisru din il-liġi bejn l-2019 u l-2025, u x’passi ttieħdu kontra min instab ħati?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 30303.
Matul l-ispezzjonijiet imsemmija, ingħatat twissija waħda marbuta mal-L.S.439.22 Reg 3.
Fid-dawl tar-Regolamenti dwar l-Użu tal-Karozzini, L.S. 439.22 : “5. (1) Żiemel jista’ jintuża għal vjaġġi bil-karozzin fi ġranet alternattivi biss ; u 5, (2) Mingħajr preġudizzju għas-subregolament (1), żiemel ma jistax jintuża għal vjaġġi bil-karozzin f’iktar minn tlett ijiem f’ġimgħa waħda”, jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi infurzata din il-liġi? Jista’ jgħid ukoll kemm-il każ ta’ ksur ta’ din il-liġi nstab bejn l-2019 u l-2025, u x’passi ttieħdu kontra min instab ħati li kiser din il-liġi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolament dwar użu tal-Karozzini L.S.439.22 jistabilixxi diversi parametri sabiex jiġi żgurat il-benesseri tal-annimali.
L-obbligi kollha qed jiġu vverifikati b’mod regolari waqt spezzjonijiet uffiċjali mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Dawn jitwettqu fi ġranet u ħinijet differenti tal-ġimgħa u jinkludu fost l-oħrajn verifika tal-mikroċip tal-annimali, il-kundizzjoniet ta’ mistrieħ, dell u ilma u numru ta’ passiġġiera.
It-tabella segwenti tinkludi l-ispezzjonijiet imwettqa minn dan id-Direttorat fis-snin 2024 u 2025 sa issa.
Sena
Total ta’ spezzjonijiet imwettqa fuq żwiemel tal-Karozzini
2025
666
2024
290
In-numru ta’ rapporti li daħlu fl-2024 u fl-2025 sa issa, huma hekk kif ġej:
Sena
Total ta’ Rapporti li daħlu
2025
14
2024
8
Matul dawn l-ispezzjonijiet ma nstabu l-ebda irregolaritajiet marbuta ma’ Regolament 5 (1) u (2).
Ma hemmx data kkonsolidata disponibbli għall-perjodu 2019 sa l-2023.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm Uffiċjal wieħed fuq sospensjoni prekawzjonali minħabba proċedimenti kriminali li għadhom pendenti.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23921 fejn intqal li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?