Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fl-ispiża tal-biċċerija li ġiet introdotta fl-aħħar ġranet fuq il-preparamenti tal-laħam taċ-ċanga fl-istess biċċerija? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar ġranet minn meta bdiet il-kriżi ta’ COVID-19, fil-Biċċerija Pubblika ttieħdu miżuri stretti sabiex is-servizz tal-qatla lir-raħħala jibqa’ jingħata. Barra minnhekk, trid tiġi assigurata d-distribuzzjoni tal-laħam lokali taċ-ċanga lill-konsumatur. Fil-prattika li kienet eżistenti, il-middlemen u d-distributuri taċ-ċanga kienu jidħlu fis-sala fejn jitqassmu l-karkassi, kif ukoll kienu jidħlu f’sala oħra fejn isir l-isfaxxar u l-ispulpjar ta’ l-istess karkassi. Il-middlemen u d-distributuri kienu jġibu magħhom diversi lavranti sabiex jgħinuhom. Hawnhekk kien ikun hemm kuntatt dirett ma’ ħaddiema oħra mpjegati tal-Biċċerija u kien hemm riskju kbir li xi ħadd minnhom joħroġ pożittiv għall-COVID-19 b’konsegwenza li ħaddiema tal-Biċċerija jintbagħtu f’kwarantina, u b’hekk kien ikollu jieqaf l-operat ta’ l-istess Biċċerija.
Għaldaqstant, bħala miżura sabhiex tiġi salvagwardjata l-Biċċerija Pubblika, ġie deċiż li terzi persuni ma jitħallewx jidħlu fis-swali tal-Biċċerija. Saru laqgħat mal-
middlemen
u d-distributuri fejn ġie spjegat lilhom il-proċess ta’ kif kienet ser titħaddem il-qatla taċ-ċanga u li is-servizz ta’ tqattieh u spulpjar seta jingħata mill-ħaddiema tal-Biċċerija stess.
Għal dan is-servizz, intalab ħlas li jkopri l-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema tal-biċċerija li qed joffru dan is-servizz, barra l-ħin uffiċjali tagħhom. Dan li ġej huwa eżempju tal-ispiża bbażata fuq il-ġimgħa li għaddiet:
Qatla taċ-ċanga: Total ta’ 64 bhima
· Tqattieh, spulpjar u tindif mix-xaħam: 7 karkassi bit- €30.00-il waħda b’total ta’ €210.00
· Tqattieh u tindif mix-xaħam: 57 karkassi bl-€20.00-il waħda b’total ta’ €1,140.00
Tqattieh, spulpjar u tindif mix-xaħam:Spiża totali: €1,350.00
Nixtieq inżid ukoll li s-sistema introdotta hija msejsa fuq prattiċi u linji gwida tal-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid il-kwota/permess tal-qbid ta' tonn, għal kemm żmien (numru ta' snin) jiswa dan il-permess/kwota?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwota tat-tonn għat-63 bastiment bi kwota storika huma assenjati fuq bażi perpetwa. Il-kwota għall-bastimenti l-oħra, li huma dawk artiġjanali, hija allokata għal perjodu ta’ sentejn, bis-sena 2020 tkun l-aħħar sena.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol. Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs. Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà. Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Jista’ l-Minsitru jgħid meta:
a. Saret l-ewwel żieda (bħala żmien) fit-tqassim tal-permessi ġodda tat-tonn?
b. Fuq liema kriterji sar l-ewwel allokazzjoni tal-permessi ġodda tat-tonn?
c. Min huma l-persuni li ħadu allokazzjoni ta’ permess bil-kwota għall-qbid tat-tonn sal-lum?; u
d. Ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tinkludi l-ismijiet tal-persuni li s’issa għandhom il-permess bil-kwota għall-qbid tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
a. Kif ġie infurmat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlarmenatari 13524, l-ewwel żieda fit-tqassim tal-permessi ġodda tat-tonn saret fl-istaġun 2019.
b. Kif ġie infurmat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlarmenatari 13524, l-ewwel żieda fl-allokazzjoni għall-permessi ġodda sar fuq il-kriterji li ġejjin:
· L-impatt tal-irkaptu fuq l-ambjent, bl-allokazzjonijiet jingħataw biss lill-flotta tal-
long liners
;
· Il-qabdiet storiċi b’
long liners
tal-pixxispad fit-tliet snin preċedenti, liema staġuni tal-2017 u 2018 kienu miftuħa għal kull sajjied fuq deċiżjoni tal-amministrazzjoni preżenti;
· Il-fatt li s-Sajd hu d-dħul prinċipali tas-sidien tal-bastiment professjonali (MFAs);
· Il-fatt li l-bastiment jikkwalifika bħala
small-scale coastal vessel
taħt id-defenizzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18/02.
ċ. Il-persuni li ħadu allokazzjoni ta’ permess bil-kwota għall-qbid tat-tonn sal-lum huma kif elenkat fil-lista li qiegħed ngħaddilek b’mod personali
u
d. Nirreferi għall-lista mgħoddija b’mod personali msemmija f’punt “ċ”, li tinkludi d-dettalji mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid:
1. Meta saret l-ewwel żieda (sena) fit-tqassim tal-permessi ġodda tat-tonn?
2. Fuq liema kriterji sar it-tqassim tal-ewwel żieda fl-allokazzjoni għall-permessi ġodda tat-tonn? u
3. Fuq liema kriterji issa qed jerġgħu jsiru l-allokazzjoni mill-ġdid għall-permessi ġodda għall-qbid tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
1. L-ewwel żieda fit-tqassim tal-permessi ġodda tat-tonn saret fl-istaġun 2019.
2. It-tqassim tal-ewwel żieda fl-allokazzjoni għall-permessi ġodda sar fuq il-kriterji li ġejjin:
· L-impatt tal-irkaptu fuq l-ambjent, bl-allokazzjonijiet jingħataw biss lill-flotta tal-
long liners
;
· Il-qabdiet storiċi b’
long liners
tal-pixxispad fit-tliet snin preċedenti, liema staġuni tal-2017 u 2018 kienu miftuħa għal kull sajjied fuq deċiżjoni tal-amministrazzjoni preżenti;
· Il-fatt li s-Sajd hu d-dħul prinċipali tas-sidien tal-bastiment professjonali (MFAs);
· Il-fatt li l-bastiment jikkwalifika bħala
small-scale coastal vessel
taħt id-definizzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 18/02.
3. Il-process fuq it-tqassim tal-kwoti l-godda għadu mhux konkluż, għaldaqstant l-informazzjoni dwar il-kriterji ta’ allokazzjoni tal-permessi ma tistax tingħata f’dan l-istadju.
Tonn – Rapport dwar l-investigazzjoni tal-iskandlu tal-bejgħ/trasferimenti ta’ qbid ta’ tonn
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport rigward x’kien l-eżitu tal-inkjesta u l-investigazzjoni li saret b’referenza lejn l-iskandlu tal-bejgħ/trasferimenti tal-kwoti ta’ qbid ta’ tonn eċċessiv li seħħ f’pajjiżna fl-aħħar snin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta għadha mhux konkluża u għaldaqstant ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir u jkun regolat rigward tat-tqassim ta’ permessi fil-kwota għall-qbid tat-tonn li qed isir fil-preżent, u li sar f’dawn l-aħħar 6 snin, skont id-direttivi u d-deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea b’referenza lejn l-istess suġġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura, mill-2013, segwa il-proċeduri tas-snin ta’ qabel, u kompla jipprovdi kwalunkwe kwota addizzjonali li ġiet lejn Malta lil dawk it-63 bastiment tas-sajd Malti li rrappurtaw ammonti storiċi ta’ Tonn żbarkat, qabel l-2009. Dawn il-bastimenti kienu dawk li rrappurtaw kwota żbarkata ta' tonn, u huma dawk il-bastimenti li ġabu l-kwota relattiva tat-Tonn lejn Malta.
Wara l-introduzzjoni tal-Pjan ta’ Rkupru fl-2009, dawn il-bastimenti sofrew tnaqqis kbir fil-kwoti relattivi. Ghal dan ir-rigward l-għoti ta’ kwota lil dawn il-bastimenti dejjem ġie meqjus bħala radd lura sakemm il-kwota oriġinali tintlaħaq. Madankollu, fl-2019, wara bidliet fil-livell tal-ICCAT li kienu riflessi wkoll fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, fil-Pjan tas-Sajd ta’ Malta, ġew introdotti wkoll 52 bastiment tas-sajd artiġjanali.
Kull sena il-kwota ġiet mqassma wara diskussjonijiet mas-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’permessi baqa’ x’jitqassmu f’termini wkoll ta’ piż li l-Ministru qed jipprepara li jqassam? Jista’ jgħid b’liema kriterji qed ikunu allokati dawn il-permessi u x’piż qed jinħaseb li jingħata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-istaġun 2020 hemm 390.44 tunnellata ta’ tonn x’titqassam u li l-process fuq it-tqassim tal-kwoti għadu mhux konkluż. Għaldaqstant l-informazzjoni dwar il-kriterji ta’ allokazzjoni tal-permessi ma tistax tingħata f’dan l-istadju.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet ta’ persuni bl-ID, il-lokalità tagħhom u b’kemm kwota f’piż li sal-lum għandhom il-permess għall-qbid tat-tonn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed ngħaddilek b’mod personali d-dokument bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li preżentament fil-Ministeru tiegħi kif ukoll fl-entitajiet rispettivi m’hemm l-ebda karozzi li jaħdmu bl-elettriku.
Għajnuna finanzjara lill-bdiewa għal danni fis-serer
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12501 u ċjoè: B'referenza għall-għajnuna finanzjarja li l-Gvern ippjana li joffri għall-bdiewa li soffrew danni fis-serer tagħhom, jista' l-Ministru:
a. jgħid kemm applikaw bdiewa għal din l-għajnuna;
b. jgħid mil-liema lokalità ġejjin dawn il-bdiewa;
c. jgħid meta kien (id-data) li daħlet l-aħħar applikazzjoni;
d. ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-bdiewa li se jkunu mogħtija l-għajnuna u kemm se jkunu mogħtija l-flus dawn il-bdiewa; u
e. jgħid min huma l-bdiewa li applikaw għall-fondi u li ġie deċiż li ma jkunux mogħtija l-fondi mitluba?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-ammont ta’ applikazzjonijiet milqugħa kien ta’ mija u sittax (116), minn dawn il-lokalitajiet hekk kif ġej:
Birkirkara
Il-Qawra
Birżebbuġia
Il-Qrendi
Burmarrad
In-Naxxar
Għajnsielem
Ir-Rabat
Ħad-Dingli
Is-Siġġiewi
Ħal Għaxaq
Ix-Xewkija
Ħal Lija
Iż-Żejtun
Ħal Qormi
Iż-Żurrieq
Ħal Safi
Ta' Kercem
Ħaż-Żabbar
L-Imgarr
Ħaż-Żebbuġ
L-Imqabba
Il-Buskett
Ħal Luqa
Il-Gudja
Marsascala
Il-Mellieħa
San Ġwann
Il-Mosta
San Pawl il-Baħar
Victoria
Santa Luċija
L-aħħar applikazzjoni daħlet fil-31 ta’ Ottubru 2019, li kienet il-ġurnata li fiha għalaq iż-żmien ta’ meta wieħed seta’ japplika.
Qed ngħaddi l-lista ta’ bdiewa li ser ikunu mogħtija l-għajnuna flimkien ma’ l-ammonti ta’ kumpens eliġibbli li ser jingħata lilhom, b’mod personali lill-Interpellant.
Qed nghaddi b’mod personali wkoll il-lista ta’ bdiewa li applikaw għall-fondi u ma nstabux eliġibbli għal dan il-kumpens
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma għamel użu mis-servizzi tal-persuna kkonċernata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa, li għamlu użu mill-ilma msoffi tad-drenaġġ għall-biedja magħruf bħala New Water maqsuma lokal lokal? Jista’ jikkunsidra li jinkrew bowsers biex dan l-ilma jitqassam bi prezz issussidjat lill-bdiewa li huma ‘l bogħod mid-distribution points, l-aktar minħabba n-nixfa li għaddejjin minnha din ix-xitwa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Però, nixtieq navża li l-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qed jevalwa x’ possibilitajiet ta’ għajnuna tista’ tingħata lill-bdiewa biex tittaffa l-problema tan-nixfa.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2016, l-Onor. Clayton Bartolo ġie ngaġġat permezz ta’ sejħa pubblika biex joffri s-servizz ta’ awditjar għad-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali fl-iskema ta’ għajnuniet għall-ipproċessar tat-tadam. Dan l-adwitjar kien ikopri l-processi kollha u l-organiżżazjonijiet tal-produtturi (POs) fl-ipproċessar tat-tadam għas-sena 2014. L-ammont imħallas kien dak ta’ € 1,770.00.
L-Onor. Clayton Bartolo ġie ingaġġat ukoll mill-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) permezz ta’ talba għall-kwotazzjonijiet mogħtija lill-irħas offerta biex joffri servizz ta’ awditjar fis-snin 2017, 2018, u 2019. L-iskop ta’ dan l-awditjar kien li jiġi vverifikat li r-rekords miżmuma fl-impjanti tal-ipproċessar huma korretti u jipprovdu assigurazzjoni għall-ħlas ta’ fondi taħt skemi tal-UE. L-ammonti mħallsa għal dawn is-servizzi kien ta’ €2,360.00; €2,124.00; u €2,124.00 għal kull sena rispettivament.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — direct orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12603, jista' l-Ministru jgħid liema persuni/kumpaniji ngħataw dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont ta' kull direct order?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:PQ 12981 - Direct Orders - Sitting 04.03.2020.xlsx
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — Rapporti ta' serqiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li taħt id-dekasteru tiegħi, bid-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu fih, in-numru ta' serqiet li ġew irapportati lill-Pulizija huwa hekk kif ġej:
Isem tad-Dipartiment/Entità
Rapporti
2017
Rapporti
2018
Rapporti
2019
Deskrizzjoni
Direttorat għad-Diversifikazzjoni u Kompetittività
-
-
1
Ġie rrapurtat l-għassa tal-pulizija serqa ta’
chainsaw
li l-valur ta’ dan ma jaqbiżx il-500 Ewro
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li taħt id-dekasteru tiegħi, bid-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu fih, in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntu¿a mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 huma kif jidhru fit-tabella hekk kif ġej:
Sena
Nefqa globali għall-
fuel/petrol/diesel
2017
€ 113,434.72
2018
€119,662.14
2019
€ 136,310.51
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li taħt id-dekasteru tiegħi, bid-dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu fih, id-direct orders li ngħataw fis-snin indikati minnha huma kif jidhru fit-tabella hekk kif ġej:
Sena
Numru ta’
Direct Orders
Ċifra Totali (€)
2017
15
30,6684.72
2018
43
3,008,894.72
2019
54
2,447,239.98
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru tiegħi ma kien hemm l-ebda persuna f’position of trust u l-ebda persuna b’servizzi ta’ konsulenza li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11450 u jgħid kemm intefqu flus fuq l-inizjattiva sabiex il-Ministeru jaħdem biex jippromwovi l-prodott Malti bħala wieħed ta’ kwalità?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lilll-Onor. Interperllant li l-promozzjoni tal-prodott Malti bħala wieħed ta’ kwalità bdiet fl-2015. In-nefqa sal-llum fuq din l-inizjattiva hija ta’ €635,604 (VAT eskluża).