Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nuqqas ta’ bejgħ tal-majjal – għajnuna offruta għat-telf ta’ bejgħ

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19665 jista’ l-Ministru jgħid kif kienu allokati u min gawda mill-allokazzjoni ta’ €4 miljun ewro f’għajnuna li skont l-istess risposta tqassmet fost diversi setturi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazjonijiet saru skont it-tabella t’hawn taħt: SetturBaġit għal kull settur (€) Ħalib1,000,000 Ċanga240,000 Majjali490,000 Nagħaġ290,000 Mogħoż100,000 Tiġieġ li jbidu85,000 Broilers195,000 Naħal50,000 Fniek50,000 Uċuħ tar-raba '1,500,000

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej: Bord Nru. ta’ nisa Nru. ta’ rġiel Kariga nisa Kariga rġiel Access to Benefit Sharing Advisory Committee 3 8 3 Membri 1 Chairperson 7 Membri Farm Advisory Registration Board 1 5 1 Membru 1 Chairperson 1 Segretarju 3 Membri Council for Animal Welfare 7 4 1 Chairperson 1 Segretarja 5 Membri 4 Membri Board of Directors of Pitkalija Ltd. 0 5 _ 1 Chairperson 4 Membri Traditional Agro-Food Products of Malta Board 1 4 1 Membru 1 Chairperson 3 Membri Producer Organisations Board 0 5 _ 1 Chairperson 4 Membri Veterinary Surgeon Council 2 7 2 Membri 1 Chairperson 6 Membri Malta Dairy Products Co Ltd. 1 1 1 Membru 1 Membru Agriculture Consultative Council 2 12 2 Membri 1 Chairperson 11 Membri Pesticides Control Board 3 9 3 Membri 1 Chairperson 8 Membri Plant Protection Board 4 8 4 Membri 1 Chairperson 7 Membri Organic Farming Advisory Board 2 5 2 Membri 1 Chairperson 4 Membri Fisheries Board 1 15 1 Deputy Chairperson 1 Chairperson 14 Membri Wine Regulation Board 2 7 2 Membri 1 Chairperson 6 Membri

Ħlas tar-reġistrazzjoni tal-organic farmers – ħlas lura f’sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jkunu stabbiliti l-proċeduri meħtieġa sabiex bdiewa li jkunu ħallsu għar-reġistrazzjoni għal-organic farmers għand l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), ikunu finalment jistgħu jitħallsu lura f’sussidju hekk kif inhu stabbilit mill-Ministeru għall-Agrikoltura?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Nuqqas ta’ bejgħ tal-majjal – għajnuna offruta għat-telf ta’ bejgħ

Question

Ladarba l-bejgħ tal-majjal naqas ħafna minħabba l-pandemija tal-COVID, jista’ l-Ministru jistħarreġ il-possibbilità biex joffri għajnuna li tagħmel tajjeb għat-telf ta’ bejgħ li hawn fil-preżent tal-majjal?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa mill-bidu tal-pandemija fl-2020, il-gvern kien u baqgħa jagħmel monitoraġġ u analiżi fuq is-setturi agrikoli kollha milquta mill-pandemija b’mod li ppermettilu jagħti sostenn effettiv, tempestiv u sinjifikanti kull fejn meħtieġ. B’hekk permezz ta’ pakkett ta’ għajnuna finanzjarja mmirata mhux biss għas-settur importanti tal-majjal, iżda għal l-ewwel darba f’pajjiżna anki l-oħrajn kollha, u f’konformita’ mar-regoli tal-UE, ġew allokati €4 miljun f’għajnuna li tħallsu lil dawn is-setturi. Dan il-monitoraġġ u l-proċess ta’ analiżi u deċiżjoni dwar l-għajnuna marbuta mal-pandemija ma waqafx u qed jitkompla anki fil-preżent, bil-gvern lest jintervjeni mill-ġdid kemm fis-settur tal-majjal u anki dawk l-oħrajn li huma milquta u jeħtieġu l-appoġġ. Apparti hekk, fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, hemm fis-seħħ kampanja promozzjonali tul din l-aħħar sena bl-isem ta’ ‘Agħżel il-Bnin, Agħżel il-Frisk’ sabiex jintwera’ appoġġ għar-rwol vitali tal-bdiewa, raħħala u sajjieda għall-produzzjoni ta’ ikel frisk u ta’ kwalità fit-territorju tagħna.

Bejgħ ta’ prodotti tal-Agro-Industrija

Question

Jista’ l-Ministru jaħdem fuq inizjattiva sabiex permezz tagħha jara li prodotti tal-Agro-Industrija Maltija u Għawdxija jkunu aktar offruti għall-bejgħ f’supermarkets u stabbilimenti ta' retail f’pajjiżna?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responabbli, li fil-qafas tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea marbuta mas-suq uniku għandu numru ta’ inizjattivi żviluppati sabiex il-prodott tal-Agro-Industrija Maltija u Għawdxija jiġi promoss. · Il-Kampanja “Agħżel il-Bnin, Agħżel il-Frisk” bl-għan li tippromwovi s-settur speċifikament, il-Produzzjoni Agrikola f’Malta u titnissel kultura biex il-konsumatur Malti jagħti tali priorità fl-għażliet tiegħu. · L-Iskema Nazzjonali Prodotti ta’ Kwalità: Il-Ministeru għandu skema mfassla appożita sabiex prodotti li jilħqu kwalità aktar ogħla minn dik stabbilita fil-Liġi tkun tista’ tiġi rikonoxxuta u ċċertifikata. · Ta’ min isemmi wkoll skemi ta’ ċertifikazzjoni DOK Malta, DOK Gozo u IGT Maltese Islands illi jippromwovu wieħed mill-prodotti eċċellenti frott tal-industrija agrikola l-inbid.

Voluntary Coupled Support – negozjati mal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar in-negozjati mal-Unjoni Ewropea in kwantu l-hekk imsejjaħ Voluntary Coupled Support u l-politika agrikola komuni, biex Malta tkun eleġibbli li toffri għajnuna finanzjarja diretta għall-oqsma agrikoli sensittivi tagħha? Jista' jispjega kemm ser tkun tammonta din l-għajnuna għal kull sena tul il-budget Ewropew kurrenti?

Response (REFALO, ANTON)

In-negozjati dwar il-Politika Agrikola Komuni inqablet fil-Kunsill tal-Ministri għall-Agrikoltura Ewropej f’Ottubru 2020. Fit-test maqbul fil-Kunsill tal-Ministri msemmi, Malta assigurat li d-deroga li talloka sa 3 miljun ewro fis-sena permezz tal-Voluntary Coupled Support tkun inkluża permezz t’Artiklu 86 (5) tal-CAP Strategic Plan Regulation. Minn naħa l-oħra, fit-test finali tal-Parlament Ewropew, din id-deroga ma kinetx inkluża. Għaldaqstant, permezz ta’ ħidma ma’ Membri Parlamentari Ewropej Maltin u r-Rapprezentanza Permanenti Maltija fi Brussell, saru u qed isiru laqgħat bilaterali mar-Rapporteurs tal-kumitat u mal-Gruppi tal-Parlament Ewropew sabiex nispjegawlhom l-importanza ta’ din id-deroga għal pajjizna, u l-importanza li din id-deroga hekk kif maqbula fil-Kunsill tal-Ministri tiddaħħal fit-test finali maqbul bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej. Dawn id-diskussjonijiet bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej magħrufa bħala trialogues, bdew u mistennija li jkunu konklużi aktar tard din is-sena. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija dwar l-ammont t’għajnuna diretta fil-baġit Ewropew kurrenti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-baġit Ewropew kurrenti huwa dak marbut mal-perjodu 2014-2020, flimkien mal-provvedimenti tar-regolament tranżitorju. Il-baġit għall-iskema tal-Voluntary Coupled Support fl-2021 hekk kif imsemmi hawn fuq, jammonta għal 3 miljun ewro, li huwa l-massimu allokat skond ir-regolament.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (REFALO, ANTON)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari bin-numri 2538, 11390 u 16610, ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlet talba waħda simili. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.

Deroga tal-Voluntary Coupled Support

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu Malta sabiex id-deroga tal-Voluntary Coupled Support tibqa' fis-seħħ fir-rigward ta' Malta fil-Politika Agrikola Komuni riformata li qed titnieda?

Response (REFALO, ANTON)

In-negozjati dwar il-Politika Agrikola Komuni inqablet fil-Kunsill tal-Ministri għall-Agrikoltura Ewropej f’Ottubru 2020. Fit-test maqbul fil-Kunsill tal-Ministri msemmi, Malta assigurat li d-deroga li talloka sa 3 miljun ewro fis-sena permezz tal-Voluntary Coupled Support tkun inkluża permezz t’Artiklu 86 (5) tal-CAP Strategic Plan Regulation. Minn naħa l-oħra, fit-test finali tal-Parlament Ewropew, din id-deroga ma kinetx inkluża. Għaldaqstant, permezz ta’ ħidma ma’ Membri Parlamentari Ewropej Maltin u r-Rapprezentanza Permanenti Maltija fi Brussell, saru u qed isiru laqgħat bilaterali mar-Rapporteurs tal-kumitat u mal-Gruppi tal-Parlament Ewropew sabiex nispjegawlhom l-importanza ta’ din id-deroga għal pajjizna, u l-importanza li din id-deroga hekk kif maqbula fil-Kunsill tal-Ministri tiddaħħal fit-test finali maqbul bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej. Dawn id-diskussjonijiet bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej magħrufa bhala trialogues, bdew u mistennija li jkunu konklużi aktar tard din is-sena.

Kunsilli Lokali — vouchers għall-Cat feeders - xiri ta' ikel minn petshops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsja parlamentari 19368 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ġentilment jgħid jekk meta cat feeder imur għand il-kunsill lokali biex jieħu vouchers biex jagħtihom lil cat feeders hux obbligat li jixtri ikel minn pet shop partikulari magħżul mill-Kunsill Lokali jew inkella hux fil-libertà li jixtri minn fejn irrid? Jekk il-pet shop ikun magħżul mill-Kunsill Lokali fuq liema mertu jintagħżel?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tinghata f’seduta ohra.

Kunsilli Lokali — vouchers għal ikel u kura ta' annimali stray

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19369 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid kemm-il kunsill lokali għamel użu mill-iskema biex jieħu vouchers mill-kunsill lokali biex jittma jew jikkura animali stray? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u kemm ħadu flus s’issa kull kunsill lokali minn din l-iskema?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tinghata f’seduta ohra.

Bdiewa, Raħħala u Sajjieda Għawdxin – għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja ħadu l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Għawdxin rispettivament għall-bini ta' irziezet, serer, ġwiebi u strutturi oħra kif ukoll għax-xiri u l-immodernizzar ta' inġenji, makkinarju u opri tal-baħar sena b'sena mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu, jista' jagħti dan it-tagħrif skont it-tip ta' għajnuna u skont għal xiex kienet l-għajnuna?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Qorti Kostituzzjonali – miżuri leġiżlattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri leġiżlattivi beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza li ngħatat nhar it-23 ta' Novembru 2020 mill-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża bl-ismijiet J & C Properties Limited vs Nazzareno Pulis et (Rikors Kostituzzjonali Numru 133/2018 JZM) u li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-seduta numru 404 ta' nhar l-24 ta' Novembru 2020?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern ħa konjizzjoni immedjata tas-sentenza indikata minnek u fil-ġejjieni qrib ser ikun jieħu miżuri sabiex jipproteġi l-bdiewa u s-settur agrikolu ta’ pajjiżna. Pero’ fl-istess waqt jintroduċi l-prinċipju tal-proporzjonalitá anke mas-sidien tal-artijiet konċernati.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — tenders/direct orders lill-kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18210, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli flimkien ma’ l-entitajiet rispettivi, ma taw l-ebda tender jew direct order lil din il-kumpanija partikolari mill-2013 s’issa.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Jista’ għal kull każ jgħid meta skada?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellent illi l-entitajiet fid-dekasteru tiegħi ma għandhomx ftehim kollettiv.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — konsulenti maħtura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jagħti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dak il-konsulent s’issa u kemm huwa l-valur ta' dak il-ħlas?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — lista ta' proġetti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ proġetti kapitali li huma għaddejjin bħalissa jew li se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin taħt il-Ministeru li tieghu jien responabbli huma hekk kif ġej: · Titjib tal-faċilitajiet fil-Kwarantina tal-Annimali Żgħar (SAQ) f’Ħal Luqa · Bini taċ-Ċimiterju tal-Annimali · Sistema ta’ Fire Alarm System għall-Post ta’ Kontroll tal-Fruntieri (BCP), Valletta · Rinovazzjoni tal- Wired Local Area Network (LAN) u l- Wireless Network (Wifi ) fid-Dipartiment għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Annimali · Installazzjoni u kummissjonar ta’ Wired Local Area Network (LAN) ġdid fiż-żona tal-klieb fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi · Bini ta’ Bank Genetiku Nazzjonali tal-Pjanti; · Titjib tal-infrastruttura tal-Laboratorju għas-Saħħa tal-Pjanti; · Titjib l-infrastruttura tal-Laboratorju tal-Ilma u l-Ħamrija; · Titjib fil-faċilitajiet għat-trobbija tal-bhejjem ġewwa Ċentru ta’ Riċerka u Innovazzjoni Agrikola; · Ristrutturar u konservazzjoni taċ-ċentru tal-Vitikultura u l-Oenologija ġewwa l-Buskett; · Rinovar u titjib infrastrutturali ta’ l-entratura u l-parkeġġ taċ-Ċentru ta’ Riċerka u Innovazzjoni Agrikola ; · Uffiċini ġodda għall-Ministru u s-Segretarju Permanenti fil-Marsa; · Modernizzar tal-faċilitajiet fil-Pitkalija; · Xiri ta’ magna ġdida tal-ħasil tal-kaxxi tal-Pitkalija; · Żvilupp tal- Fisheries Hub – bini ta’ uffiċini ġodda għad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura; · Titjib tal- Hardstanding Facility u żvilupp ta’ boat yard ġdida; · Rinnovar ta’ winchrooms ; · Restawr ta’ torri storiku tal-ilma fil-Biċċerija Pubblika; · Installazzjoni ta’ sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fil-Biccerija Pubblika; · Restawr tad-daħla ewlenija tal-Biċċerija Pubblika; · Rikostruzzjoni ta’ parti mit-triq interna tal-Biċċerija Pubblika; · Sistema ta’ boiler u vaporizer tal-LPG fil-Biċċerija Pubblika.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel, u Drittijiet tal-Annimali – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-binja tal-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, hemm restroom waħda li hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (REFALO, ANTON)

L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.