Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 6
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jintlaħaq "Gender Mainstreaming" kif identifikat fl-istrategic objective 6 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Ministeru waqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b’mod sistematiku fil-politika tal-gvern.
Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat — laqgħat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat saret mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' l-Ministru tagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u tindika l-membri tal-Bord li kienu preżenti u/jew assenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda ta` laqgħat formali tal-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat mil-2013 sal-llum. Apparti laqgħat formali, il-Bord ikollu numru ta` laqgħat informali u bilaterali fit-twettiq tal-ħidma tiegħu.
Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat – inventarju komprensiv
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-inventarju komprensiv ta’ għajnuna mill-istat li l-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija mill-Istat huwa obbligat li jistabbilixxi u jaġġorna skont l-artikolu 58 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozju (Kap. 325 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li il-Bord jiġbor inventarju tal-għajnuna mogħtija mill-Istat li tingħata f’pajjizna u din tiġi mgħoddija lil Kummissjoni Ewropea. Din l-informazzjoni, flimkien ma’ dik ta’ pajjizi oħra Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, tiġi ippublikata kull sena mill-Kummissjoni Ewropea.
Diskriminazzjoni abbażi ta’ sess fi skemi ta’ sigurtà soċjali
Question
Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara u eżempju ta’ dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta "€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġjaw l-introjtu tagħhom, tista’ l-Ministru tgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibli?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Ministeru għaddej b’eżerċizzju sabiex kwalunkwe dispkrepanza abbażi tal-ġeneru fil-liġi Maltija titneħħa. Dan l-eżerċizzju ma sarx biss fir-rigward tal-liġi taż-żwieġ iżda għaddej fir-rigward ta’ numru ta’ liġijiet oħra li kif elenkat għadhom jiddiffernzjaw jew saħansitra jiddiskriminaw bejn irġiel u nisa mingħajr raġuni valida.
Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 1
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jitnaqqsu l-isterjotipi tal-ġeneru u s-sessiżmu hekk kif identifikat fl-istrategic objective 1 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?
Response (DALLI, HELENA)
Twaqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b’mod sistematiku fil-politika tal-gvern.
Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 2
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna nipprevjenu u niġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa u l-Vjolenza Domestika hekk kif identifikat fl-istrategic objective 2 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Gvern qed jaħdem bla sfiq sabiex il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika ikunu miġġielda bl-aktar mod effettiv possibbli.
Kien għalhekk li dan il-Gvern:
- Irratifika l-Konvenzjoni ta’ Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa;
- Ħadem fuq livell Ewropew sabiex l-Unjoni Ewropea tiffirma l-Konvenzjoni ta’ Istanbul waqt il-Presidenza Maltija;
- Addotta strateġija nazzjonali sabiex il-ġlieda kontra l-vjolenza tkun waħda sistematika;
- Addotta liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika li tilħaq l-għola standards internazzjonali ;
- Qed imexxi diversi proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea sabiex jitjiebu s-servizzi li jingħataw lill-publiku u jkun hemm koordinazzjoni bejniethom fost l-oħrajn.
Kampanji ta’ għarfien dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru
Id-Direttorat għad-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni nieda żewg kampanji ta’ għarfien dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru matul l-2017 u l-2018 (b’din tal-aħħar għadha għaddejja fil-preżent). L-għan ta’ dawn il-kampanji kien sabiex titqajjem kuxjenza u għarfien, kemm mal-persuni li għaddejin minn xi forma ta’ vjolenza domestika, kif ukoll persuni li potenzjalment jistgħu jgħaddu minn każijiet simili.
Il-kampanji kienu indirizzati wkoll lejn il-pubbliku in ġenerali sabiex jiġu mħeġġa jitkellmu dwar il-kwistjoni u jirrappurtaw dan it-tip ta’ abbuż.
Dawn il-kampanji saru permezz ta’ video clips fuq midja soċjali, gazzetti online, kennijiet tal-karozzi tal-linja, posters f’postijiet ta’ divertiment, kif ukoll avviżi fuq ir-radju.
Dawn il-kampanji huma parti mill-implimentazzjoni tal-proġett ‘Full Cooperation: Zero Violence’, li huwa kofinanzjat mill-UE.
Proġett ieħor kofinanzjat mill-UE huwa dak bl-isem ‘Breaking the cycle of violence’, li permezz tiegħu ġew organizzati laqgħat ta’ għarfien ma’ gruppi vulnerabbli, bħal nisa immigranti, nisa b’diżabilità u persuni mill-kommunità LGBTIQ bl-għan illi dawn il-gruppi jiġu mħeġġa u jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u x’servizzi jeżistu. Dawn saru matul is-sajf tal-2018.
Dan l-istess proġett fassal video clips, li dehru fuq gazzetti online, flimkien ma’ avviżi ta’ għarfien fuq il-midja soċjali dwar il-vjolenza domestika bi skop li jitkisser iċ-ċiklu ta’ vjolenza.
Matul l-2017, il-Kummissjoni dwar il-vjolenza domestika nediet kampanja ta’ għarfien ta’ 16-il ġurnata sabiex tlaqqa’ professjonisti li jaħdmu fil-qasam u b’hekk jitkellmu dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq il-mezzi tax-xandir. Il-berġa ta’ Kastilja u Porte des Bombes nxtiegħlu bil-kulur oranġjo bħala simbolu ta’ solidarjetà ma’ dawk il-persuni li għaddejin minn xi tip ta’ vjolenza.
L-istess kampanja ta’ 16-il jum ser titnieda wkoll din is-sena fit-23 ta’ November 2018.
Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 3
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex in-nisa f'pajjiżna jkollhom aktar aċċess ekwu għall-ġustizzja hekk kif identifikat fl-istrategic objective 3 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Ministeru waqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b’mod sistematiku fil-politika tal-gvern.
Din l-istrateġija, bħal oħrajn qabilha se tolqot diversi Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, inkluż il-qasam tal-ġustizzja.
Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 4
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jinħoloq bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi hekk kif identifikat fl-istrategic objective 4 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?
Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 5
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jiġu protetti d-drittijiet ta' nisa u bniet emigranti hekk kif identifikat fl-istrategic objective 5 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?
Response (DALLI, HELENA)
Id-drittijiet tan-nisa u l-bniet migranti huma indirizzati mill-ħidma tal-Ministeru kemm permezz ta’ dik li għandha x’taqsam l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u kif ukoll permezz tal-politika ta’ integrazzjoni tal-migranti.
Il-Ministeru qed jaħdem ukoll sabiex tissaħħaħ il-liġi tal-ugwaljanza u għall-ewwel darba, każijiet ta’ diskriminazzjoni multipla ikunu jistgħu ikunu kkunsidrati mill-istituzzjoni li tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżna.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – informazzjoni maħruġa bil-Malti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6592, tista’ l-Ministru tgħid jekk ġewx tradotti għall-Malti d-dokumenti Society’s Concern u Who is Who? Jekk iva, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-dokument Society’s Concern ġie tradott għall-Malti u se jkun ippublikat f’din il-lingwa fil-ġimgħat li ġejjin filwaqt li d-dokument Who is Who qiegħed preżentament fil-proċess li jiġi tradott għall-Malti.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hi responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Attachments:PQ 4378 - Ministeru ghall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza - festini-parties-ricevimenti-ikliet-xiri ta alkohol - nefqa.xlsx
Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali – talbiet għall-għajnuna
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif id-Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jgħin lil persuni b’diżabilità meta jkunu ddiskriminati fuq il-post tax-xogħol? Tista’ tgħid kemm-il talba għal għajnuna ta’ din it-tip kellu matul dawn l-aħħar tliet snin, u x’kien l-eżitu tal-proċess ta’ għajnuna li wettaq id-Dipartiment?
Response (DALLI, HELENA)
Il-provvedimenti inklużi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament dwar Trattament Ugwali fl-Impjiegi (LS 452.95) jippermettu lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg biex iħares lil persuni b’diżabilità kontra diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità tagħhom fuq il-post tax-xogħol.
Infurmata li waqt it-twettiq ta’ spezzjonijiet ġenerali f’postijiet tax-xogħol varji, l-Ispetturi tad-Dipartiment jaraw li bħal kull kundizzjoni oħra tax-xogħol stipulata fil-liġi, dawn il-provvedimenti ma jkunux qed jinkisru. Minn dawn l-ispezzjonijiet li saru jirriżulta li ma nstabet l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol ma’ persuni b’ diżabilità.
Id-Dipartiment pero jista’ jirrapporta li matul dawn l-aħħar tliet snin ma rċieva l-ebda rapport speċifiku ta’ allegat diskriminazzjoni abbażi ta’ diżabilità fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, fit-Tribunal Industrijali l-ebda każ ma tressaq jew ġie konkluż b’rabta ma’ allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità.
Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – diskussjonijiet u analiżi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi, x’diskussjonijiet u x’analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Wara li twaqqaf Unit dedikat biex isegwi d-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell Ewropew marbuta ma’ Brexit, bdiet ħidma iffukata biex ikun hemm koordinament fil-Gvern dwar Brexit. F’dan ir-rigward, il-Ministeru:
- Segwa d-diskussjonijiet kollha relatati ma’
Brexit
li saru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-livelli kollha tal-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
- ¯amm kuntatt kontinwu mat-
Task Force
mmexxija minn Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni, Michel Barnier, biex jiddiskuti oqsma speċifiċi li jista’ jkollhom impatt fuq Malta;
- ¯amm kuntatt kontinwu mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit f’Malta biex ikun jista’ jifhem aħjar il-pożizzjoni tar-Renju Unit f’dawn in-negozjati;
- Ikkonsulta mal-Ministeri kollha l-oħra biex jistudja x’jista’ jkun l-impatt fuq Malta fid-dekasteri differenti;
- Ikkonsulta ma’ Ministeri differenti biex fassal il-pożizzjonijiet tal-Gvern għal-laqgħat dwar in-negozjati li saru dwar temi differenti fil-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
- Kien parteċipi, flimkien ma’ esperti minn Ministeri differenti, f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni dwar l-impatt li
Brexit
jista’ jkollu f’setturi differenti;
- Kien parteċipi f’laqgħat mal-imsieħba soċjali biex jispjega x’kien għaddej fil-laqgħat li qed isiru fi Brussel b’rabta ma’ dawn in-negozjati u kif jistgħu jintlaqtu n-negozji u ċ-ċittadini Maltin;
- Kien parteċipi f’laqgħat tat-
Task Force
tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru imwaqqfa
biex tattira l-investiment mir-Renju Unit biex jispjega l-mod kif qiegħda tiġi mfassla r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u biex jagħti rendikont ta’ fejn waslu n-negozjati;
- Iċċirkola materjal informattiv mħejji mill-Kummissjoni Ewropea lill-Ministeri differenti tal-Gvern u l-entitajiet tagħhom b’rabta mal-impatt li diversi xenarji marbuta ma’
Brexit
jista’ jkollhom;
- Beda proċess ta’ koordinazzjoni interna fil-Gvern biex jibdew il-preparamenti fil-każ li ma jkunx hemm qbil fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea;
- Ħadem mill-qrib mal-Aġenzija
Identity Malta
biex ikunu mħejjija l-proċeduri interni tal-Gvern biex ikun implimentat l-arranġament tat-tluq;
- Beda ħidma flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jidentifika liġijiet nazzjonali li jista’ jkun jeħtieġ li jiġu riveduti minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;
F’din il-ħidma, l-uffiċjali fil-Ministeru ħadmu u ħejjew diversi analiżi – skont il-ħtieġa tan-negozjati f’dak iż-żmien u l-proposti mressqa (kemm mill-Kummissjoni u kif ukoll mit-tim tan-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni) f’perjodi differenti. Uħud minn dawn l-analiżi kienu settorali u saru f’konsultazzjoni ma’ esperti f’oqsma differenti bi tħejjija għal-laqgħat li kienu qed isiru fi Brussell, filwaqt li oħrajn kienu aktar orizzontali. Dan ix-xogħol hu kontinwu u se jibqa’ għaddej sakemm ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2014-2020 – Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi proġetti/skemi taħt il-Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2014-2020 – Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni – li huma proposti u li qed jistennew l-approvazzjoni tal-gvern li minnhom se jibbenefika Għawdex? Liema huma dawn il-proġetti/skemi? Kemm se jibbenefika f’kull każ? Meta mistennija li jiġu approvati?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti approvati s’issa li minnhom se jibbenifika Għawdex minn diversi Fondi Ewropej (2014/2020).
Peress li f’Ġunju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet linji gwida li fihom tat informazzjoni prattika fuq kif il-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jippreparaw lil pajjiżhom f’eventwalità ta’ Brexit mingħajr qbil (No Deal Scenario) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fid-29 ta’ Marzu 2019, għaldaqstant, tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-miżuri kollha li l-Gvern Malti qed jieħu bħala prekawzjoni f’każ li din l-eventwalità sseħħ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant, għall-fini ta’ kjarifika li l-linji gwida dwar in-negozjati jiġu adottati mill-Prim Ministri u l-Kapijiet ta’ Stat fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u mhumiex maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea. Apparti minn hekk, fil-linji gwida li ġew adottati f’Ġunju, il-Kunsill Ewropew reġa' tenna l-importanza li l-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha jkunu preparati għal kull eventwalità, inkluż għal no deal.
F’Lulju u mhux f’Ġunju li għadda, il-Kummissjoni ħarġet komunikazzjoni li fiha spjegat li għalkemm in-Negozjati għal tluq ordnat kienu għadhom għaddejjin, kienet qiegħda ssir ħidma fuq miżuri ta’ preparazzjoni li kienu qed jittieħdu biex l-Unjoni tkun preparata għal tluq mhux ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Din il-komunikazzjoni spjegat fost l-oħrajn id-differenza bejn il-miżuri ta’ preparazzjoni u l-pjanijiet ta’ kontinġenza; li apparti fuq livell ta’ Unjoni, jeħtieġ li ssir ħidma wkoll mill-Gvernijiet u minn entitajiet privati; u x’kienet qiegħda tagħmel il-Kummissjoni biex tipprepara għat-tluq tar-Renju Unit. Rigward il-miżuri li ġew meħuda mill-Kummissjoni, il-komunikazzjoni spjegat li:
a. Kien għaddej xogħol biex jiġi identifikat
acquis
tal-Unjoni li kien meħtieġ jiġi emendat minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni. Dan il-proċess inbeda u x-xogħol leġiżlattiv bejn l-istituzzjonijiet għadu għaddej;
b. Kienu ppubblikati numru ta’ ċirkulari li jispjegaw l-impatt ta’ tluq mhux ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni f’diversi setturi;
c. Kien għaddej proċess biex jiġu rilokati żewġ aġenziji tal-Unjoni mir-Renju Unit lejn stati membri;
d. Kienet għaddejja ħidma biex l-Unjoni tkun preparata biex tinnotifika lill-isħab tagħha li r-Renju Unit m’għadux jifforma parti mill-Unjoni u biex isiru xi adattamenti għal
databases
tal-Unjoni.
Il-Gvern kontinwament qiegħed isegwi l-ħidma tal-Kummissjoni fuq dan il-binarju u kien parteċipi wkoll fil-laqgħat li saru mas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, li qiegħed imexxi l-ħidma fuq dawn il-preparamenti, fil-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza kien kontinwament f’konsultazzjoni mal-Ministeri l-oħra biex ikunu wkoll koordinati pjanijiet simili fuq livell nazzjonali. Dwar dan kien hemm ukoll diskussjoni fil-livell ta’ Kabinett.
F’dan ir-rigward, tajjeb li wieħed jinnota li għalkemm il-Gvern jippreferi wkoll li jiġu konklużi b’suċċess in-negozjati dwar l-Arranġament tat-Tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni u li dan jidħol fis-seħħ, qed isiru wkoll preparamenti oħra. Il-ħidma hawn inkludiet:
a. Iċ-ċirkolazzjoni taċ-ċirkolari maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea lill-isħab soċjali u l-partijiet konċernati;
b. Studju flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali dwar jekk hemmx bżonn ta’ reviżjonijiet għal xi liġijiet fuq livell nazzjonali;
c. Ħidma biex jiġu implimentati il-provedimenti fl-Arranġament tat-Tluq speċjalment dawk relatati ma’ proċeduri amministrattivi għaċ-ċittadini, inkluż pjanijiet għal
no deal.
Hawn, flimkien mal-aġenzija
Identity Malta
qiegħda ssir ħidma kontinwa biex jiġu preparati l-proċessi amministrattivi għall-eventwalitajiet kollha;
d. Ħidma dwar komunikat ma’ ċittadini Maltin fir-Renju Unit biex ikun spjegat kif dawn se jintlaqtu;
e. Preparamenti f’oqsma sensittivi bħal: prodotti mediċinali; id-dwana; t-trasport (speċjalment fl-avjazzjoni) biex kemm jista’ jkun bħala Gvern ikun lest anke għal
no deal.
Hawn qed jiġu ingaġġati aktar riżorsi umani biex inkampaw ma’ influssi u ħidma proċedurali oħra li tista’ tiġi ikkawżata minn
no deal
.
Fl-aħħar nett, tajjeb ukoll li wieħed jinnota li f’setturi meqjusa aktar importanti, il-Kummissjoni – wara li ġiet ukoll imħeġġa mill-iStati Membri, qiegħda tħejji pjanijiet ta’ kontinġenza. Għal raġunijiet tattiċi (partikolarment biex ma tagħtix l-impressjoni li tilfet il-fidi li n-negozjati se jkunu konkluzi b’suċċess), il-Kummissjoni ma tantx żvelat dettalji dwar dawn. Però, l-Gvern jinnota u hu infurmat li setturi kruċjali għal Malta huma inklużi f’dawn il-pjanijiet. Dawn jinkludu:
a. Iċ-ċittadini u d-drittjiet tagħhom;
b. Is-servizzi finanzjarji;
c. Il-farmaċewtika u prodotti mediċinali;
d. It-trasport (b’enfasi fuq l-avjazzjoni);
Aktar dettalji dwar dawn mistennija aktar ‘il quddiem u f’każ li l-Kummissjoni tkun tista’ tikkonferma b’ċertezza li n-negozjati għal tluq ordnat fallew.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni kollha li għandha disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni fejn konċernata mitluba mill-Onor. Interpellant. Il-lista hi skont l-ordni mniżżla fil-lista tal-PQ.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — car leasing
Question
Tista’ l-Ministru telenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtha, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ tista’ tgħid liema kienu b’direct order?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista’ l-Ministru tgħid f’kemm-il każ ħadet passi legali l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li mill-1 ta’ Jannar 2014 sa l-aħħar ta’ Settembru 2018, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ħadet 977 pass legali. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Nirrimarka li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tista’ tibda proċeduri legali skont in-numru ta’ seduti assenjati lilha minn żmien għal żmien mill-istess Qorti. Fil-perjodu msemmi, l-OHSA ġiet assenjata seduti skont kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Irrid insemmi wkoll li apparti dawn il-kawżi, l-OHSA kienet involuta f’numru ta’ kumpilazzjonijiet li jinvolvu numru ta’ seduti għas-smiegħ tax-xhieda.