Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Legal Unit – avukati — warrant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm avukati fil-Legal Unit tal-istess Ministeru li għandhom warrant ta’ avukat sabiex jipprattikaw din il-professjoni? Kemm-il darba dawn l-lawrjati rrappreżentaw lill-Ministeru tiegħu mingħajr warrant, quddiem maġistrat u/jew imħallef?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li f’din it-Taqsima hemm uffiċċjal li għandu l-warrant. L-ebda uffiċċjal minn din it-Taqsima qatt ma kien avukat in kawża f’isem il-Ministeru quddiem xi Maġistrat jew Imħallef. Il-każijiet li għandu l-Ministeru jidhru għalihom avukati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

PAM — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-Istituzzjoni tal-Parliamentary Assembly of the Mediterrean (PAM)? Jista’ jgħid jekk il-ħaddiema tal-PAM għadhomx joperaw minn Malta? Jew telqu minn Malta kif jindika fuq il-websajt tagħhom u jinsabu r-Rumanija u/jew l-Italja, https://www.pam.int/default.asp?m=contact?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, peress li ttieħed l-impenn li jsiru xogħlijiet ta’ restawr fuq il-binja ta’ Palazzo Spinola, li jospita s-Segretarjat tal-Parliamentary Assembly of the Mediterranean (PAM), il-Gvern Malti, f'konformità mal-obbligi tiegħu bħala stat ospitanti, kera temporanjament uffiċji xierqa f’Aragon House Business Center f’San Ġiljan, sabiex iservu bħala l-uffiċċju tal-PAM f’Malta. Dan il-pass ittieħed wara konsultazzjonijiet mas-Segretarjat tal-PAM stess fejn intalab spazju għall-sebgħa uffiċjali fl-uffiċċju li ġie mikri f’Aragon House.

Laqgħat barra mill-pajjiż — attendenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9046, jista’ l-Ministru jippreżenta lista tal-vjaġġi kollha li saru minnu fis-sena li għaddiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vjaġġi li seħħew matul is-sena li għaddiet huma: Pajjiż Dati Laqgħat Jannar Liechtenstein 14 ta’ Jannar 2018 14 ta’ Jannar 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, żar Vaduz fil- Prinċipat ta’ Liechtenstein fejn kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ġustizzja u l-Kultura, Aurelia Frick. L-Isvizzera 16 ta’ Jannar 2018 16 ta’ Jannar 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela żar Bern, il-kapitali tal-Konfederazzjoni Svizzera, fejn kellu taħdidiet uffiċjali ma’ Ignazio Cassis, Kunsillier Federali u Kap tad-Dipartiment għall-Affarijiet Barranin tal-Konfederazzjoni Svizzera. Isvizzera 17 ta’ Jannar 2018 Laqgħa mal-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, William Lacy Swing Alġerija 21 ta’Jannar 2018 Laqgħa bilateral mall-ex Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Alġerija, l- E.T. Abdelkader Messahel fil-marġini tal- tal-Laqgħa Ministerjali tal-5+5 Alġerija 21 ta’ Jannar 2018 L-Onor. Ministru Carmelo Abela pparteċipa fl-Erbatax-il-Laqgħa Ministerjali tad-Djalogu tal-Punent tal-Mediterran magħruf bħala ‘Id-Djalogu 5+5’ Belġju 22 ta’ Jannar 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Italja 29 ta’ Jannar 2018 Konferenza Internazzjonali tal-OSCE fuq ir-Responsabilita’ ta’ Stati, Instituzzjonijiet u Individwi fil-ġlieda kontra l-anti-Semitiżmu Frar Il-Bulgarija 5-6 ta’ Frar 2018 Bejn il-5 u 6 ta’ Frar 2018 l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, marret Sofija fuq ¯jara Statali. Waqt din iż-żjara l-E.T. il-President tar-Repubblika ta’ Malta, kienet akkumpanjata minn delegazzjoni li kienet komposta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, fost oħrajn. Matul iż-Żjara ġew iffirmati ħames Memoranda ta’ Ftehim, fosthom wieħed bejn il-MEDAC u Università f’Sofija. 20 ta’ Frar Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup Belġju 24-25 ta’ April 2018 Konferenza III fi Brussell għas-Sirja Belġju 26 ta’ Frar 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Il-Kroazja 26-27 ta’ Frar 2018 Bejn is-26 u s-27 ta’ Frar 2018 kien hemm ¯jara Statali fil-Kroazja. L-E.T il-President tar-Repubblika ta’ Malta, kienet akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, delegazzjoni ta’ Kummerċ, u uffiċjali oħra. Ġenevra 27 ta’ Frar 2018 Il-37 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet Tal-Bniedem (Human Rights Council) Svizzera Fit-28 ta’ Frar 2018 L-Onor. Carmelo Abela ltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin l-E.T. Pham Binh Minh waqt is-37 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem. Marzu Indja Mill-5 sat-8 ta’ Marzu 2018 Żjara uffiċjali ġewwa l-Indja fejn il-Ministru Abela mexxa delegazzjoni ta’ 26 negozjant Malti. Hu ltaqa’ wkoll mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Indjan l-E.T. Sushma Swaraj, mal-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija l-E.T. Suresh Prabhu u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Barranin l-E.T. Mobashar Jawed Akbar. Italja 15 ta’ Marzu 2018 Konferenza Ministerjali Straordinarja ghal-UNRWA Belġju 19 ta’ Marzu 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Awstralja Mill-28 ta’ Marzu sas-7 t’April 2018 L-Onor. Carmelo Abela akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Dott. Joseph Muscat għall-ftuħ uffiċjali tal-Gold Coast Commonwealth Games April Belġju 16 t’April 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Ir-Renju Unit 16-20 April 2018 CHOGM Belġju, Brussell Fil-25 ta’ April 2018 Brussel Milll-24 sal-25 ta’ April 2018 Il-Ministru Carmelo Abela attenda it-Tieni Konferenza dwar is-Sirja Istati Uniti u l-Kanada 25 ta’ April – 7 ta’ Mejju 2018 Il-Ministru Carmelo Abela, akkumpanja lill-President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca fuq żjara lill-komunitajiet Maltin f'Detroit u f'San Francisco kif ukoll lill-komunitajiet Maltin f’Toronto u Vancouver. Mejju Rabat 2 ta’ Mejju 2018 Laqgħa Ministerjali tal-Proċess tar-Rabat Belġju, Brussell 6 ta’ Mejju 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministri responsabbli għad-Difiża Belgju 14 ta’ Mejju 2018 Konferenza Dwar Il-Vittmi Tal-Vjolenza Etnika u Reliġjuża fil-Lvant Nofsani Il-Portugal 15-17 ta’ Mejju 2018 Bejn il-15 u s-17 ta’ Mejju 2018. L-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, marret il-Portugal fuq Żjara Statali u kienet akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela li ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Portugal, Augusto Santos Silva. Bratislava 17 ta’ Mejju 2018 Fis-17 ta’ Mejju 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela pparteċipa fil-‘Globsec Forum 2018’ fejn kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tas-Slovakkja, Miroslav Lajèák. Danimarka 17 – 18 ta’ Mejju Il-128 Sessjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa Belġju 22 Mejju 2018 Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup / Konferenza Internazzjonali għal Gambja Belġju 28 ta’ Mejju 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Pariġi 29 ta’ Mejju 2018 L-Onor. Carmelo Abela akkumpanja lill-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Joseph Muscat għas-Summit fuq il-Libja Ġunju L-Italja 15 ta’ Ġunju 2018 Fil-15 ta’ Ġunju 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, żar il-belt kapitali Ruma, fejn iltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Italja Enzo Moavero Milanesi. It-tnejn urew ix-xewqa li jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Iżrael Mit-18 sal-20 ta’ Ġunju 2018 L-Onor. Carmelo Abela għamel żjara ufficjali l-Iżrael. Palestina Mill-20 sal-21 ta’ Ġunju 2018 L-Onor. Carmelo Abela għamel żjara ufficjali il-Palestina. Belġju 25 ta’ Ġunju 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Lulju Franza 13 ta’ Lulju 2018 Fit-13 ta’ Lulju 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela, żar Franza fejn kellu laqgħat uffiċjali mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Jean-Yves le Drian, f’Pariġi. Belġju 16 ta’ Lulju 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Stati Uniti 18 ta’ Lulju -Forum Politiku ta’ Livell Għoli -Laqgħa mal-Uffiċċju ta’ Prof. Virginia Gamba, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Maqgħuda għat-Tfal u l-Kunflitt Armat Bo¿nija-Ħerzegovina 23-24 ta’ Lulju 2018 Bejn it-23 u l-24 ta’ Lulju 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela, żar Sarajevo fejn kellu laqgħat uffiċjali mal-E.T. Igor Crnadak, Ministru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll mad-Deputat Chairman tal-Kunsill tal-Ministri u l-Ministru tal-Kummerċ u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi tal-Bożnija-Ħerzegovina, l-E.T. Mirko Šaroviæ. Ġappun, Tokyo Mit-30 ta’ Lulju 2018 sa t-2 t’Awwissu 2018 L-Onor. Ministru Carmelo Abela akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat waqt ýjara ġewwa l-Ġappun bejn it-30 ta’ Lulju 2018 u t-2 t’Awwissu 2018. Waqt din iý-ýjara kien hemm laqgħat mal-Onor. Prim Ministru Shinzô Abe u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Barranin l-Onor. Kazuyuki Nakaneto. Awwissu Dubrovnik Mill-31 t’Awwissu u sal-1 ta’ Settembru 2018 Il-Ministru Abela ltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran l-E.T. Nasser Kamel fil-marġini tal-Forum ta’ Dubrovnik Settembru Bled Strategic Forum 10-11 ta’ Settembru 2018 Bejn l-10 u l-11 ta’ Settembru 2018. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela attenda l-Forum Strateġiku ta’ Bled, fejn kellu laqgħat ta’ korteżija mal-E.T. Miro Cerar, Prim Ministru tar-Repubblika tas-Slovenja, mal-E.T. Igor Darmanovic, Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Montenegro u l-E.T. Andrej Zhernovski, Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Maċedonja. Ċina, Beijing Mit-12 sal-15 ta’ Settembru 2018 l-Onor. Carmelo Abela matul din iż-żjara iltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin l-E.T. Wang Yi biex ukoll imexxi l-laqgħa tal-Medium Term Cooperation Plan. Matul iż-żjara iltaqa’ wkoll mal-Ministru tal-Kummerċ, l-E.T. Zhong Shan, u mal-Ministru tal-Kultura u Turiżmu l-E.T. Luo Shugang. New York 24-28 ta’ Settembru 2018 73Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda: -Nelson Mandela Summit -Global Call to Action on the World Drug Problem -High Level Side Event: The Global Compact for Refugees – A greater solidarity and cooperation, organised by UNHCR -High Level Event: Youth 2030 convened by UNICEF & UNSG Envoy for Youth -EU Foreign Affairs Meeting -High Level Panel on Migration and Structural Transformation in Africa -High Level Event on Action for Peacekeeping -Transatlantic Dinner -EU Hosted High Level Meeting on the Syria -Declaration of Human rights- A prevention tool to achieve peace adn sustainable development -High Level Debate: Africa-Open for Business -Opening of the United General Assembly (UNGA) -Ensuring justice for Syria and the role of the International, Impartial and Independent Mechansism (IIIM) in the process -Africa Forum- Sustaining a peaceful and prosperous Africa -Laqgħa ma’ Peter Thomson, Mibgħut Speċjali tal- tal-Ġnus Maqgħuda dwar l-Oċeani -Laqgħa ma’ Prof. Virginia Gamba, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Maqgħuda għat-Tfal u l-Kunflitt Armat -17thCommonwealth Foreign Affairs Ministers’ Meeting (CFAMM) -Malta Side-Event: Giving Voice to Evidence: Overcoming a Distorted Narrative on Migration and Moving Towards Evidence Based Migration Policy Development -Fil-marġni tal-Laqgħa tal-Assemblea tal-Ġnus Magħquda, il-Ministru Abela kellhu laqgħa mal-President tal-Fondazzjoni Anna Lindh, is-Sinjura Elisabette Guigou -Waqt il-Laqgħa Ġenerali tal-Ġnus Magħquda ta’ Settembru saret laqgħa bilaterali bejn l-Onor. Carmelo Abela u d-Deputat Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin H.E. Pham Binh Minh waqt it-73 sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. -Fis-27 ta’ Settembru 2018 l-Onor. Ministru Carmelo Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Onor. Shri Mobashar Jawed Akbar, Ministru tar-Relazzjonijiet Barranin tal-Indja, fil-marġini tat-73 Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York. New York 26 ta’ Settembru 2018 Amerka, New York (UNGA) Mil-24 sas-27 ta’ Settembru 2018 Ottubru Emirati Għarab Magħquda Fl-1 ta’ Ottubru 2018 Fl-1 ta’ Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela żar l-Emirati Għarab Magħquda għall-laqgħat uffiċċjali mal-għola awtoritajiet. Matul din iż-żjara ta’ ħidma, huwa akkumpanja lill-E.T il-President tar-Repubblika li mexxiet delegazzjoni ta' livell għoli b’numru ta’ uffiċjali minn Property Malta u rappreżentanti kummerċjali li attendew is-Cityscape Global Expo f’Dubai. Kuwajt Fit-3 ta’Ottubru 2018 Fit-3 ta’Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela żar il-Kuwajt għall-laqgħat uffiċċjali mal-Emir, il-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru u il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Kuwajt. Għal din iż-żjara, kien ukoll, akkumpanjat minn uffiċjali ta’ Trade Malta, Malta Enterprise, l-Universita’ ta’ Malta u l-MCAST. Waqt din iż-żjara, ġie ffirmat l-Memorandum of Understanding fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka Xjentifika bejn iż-żewġ pajjiżi. Barċelona 8 ta’ Ottubru 2018 L-Onor. Ministru Abela attenda t-Tielet Forum Reġjonali li jiġbor il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni għall-Mediterran bl-isem ta’ "Għaxar snin tal-Unjoni għall-Mediterran’ Belġju 15 ta’ Ottubru 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Belġju, Brussell 18-19 ta’ Ottubru 2018 Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ akkumpanja lill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat għal-Laqgħa bejn il-Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi Asjatiċi (ASEM) waqt is-Summit Spanja 25-26 t’Ottubru 2018 Il-Konferenza Annwali tal-Mediterran tal-OSCE Ateni, Greċja Fid-29-30 ta' Ottubru 2018 Fid-29-30 ta' Ottubru 2018, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor. Carmelo Abela attenda It-Tielet Samit Dinji bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Għarab f' Ateni. Novembru Ċina, Shanghai 5-10 ta’ Novembru 2018 Fis-6 ta’ Novembru 2018, waqt żjara fiċ-Ċina mill-Onor. Prim Ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Onor. Carmelo Abela, ġie ffirmat Memorandum ta’ Ftehim fil-qafas tal-inizzjativa Ċiniza Belt and Road. Palermo Mit-12 sat-13 Novembru 2018 L-Onor. Carmelo Abela akkumpanja lill-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Joseph Muscat għall-Konferenza ghall-Libja Il-Maċedonja ta’ Fuq 14 ta’ Novembru 2018 14 ta’ Novembru. Il-Prim Ministru l-Onor Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ, għamel l-ewwel żjara uffiċjali fil- Maċedonja ta’ Fuq, fejn kellu laqgħa mal-Prim Ministru tal-Maċedonja ta’ Fuq, l-E.T. Zoran Zaev. Belġju 19 ta’ Novembru 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Belġju, Brussell 20 ta’ Novembru 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministri responsabbli għad-Difiża Italja 23 ta’ Novembru 2018 Laqgħa mal-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, António Vitorino Italja, Ruma 24 ta’ Novembru 2018 L-Onor. Ministru kellu laqgħa bilaterali fil-marġini tar- Raba’ Djalogu tal-Mediterran f’Ruma mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġappuniz l-Eċċellenza tiegħu Tarô Kôno, fejn ġew diskussi r-relazzjonijet bilaterali kif ukoll il-ftuħ ta’ Ambaxxata Maltija fil-Ġappun. Il-Polonja 25 ta’ Novembru 2018 Fil-25 ta’ Novembru 2018, l-Onor. Carmelo Abela, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, kien kelliem ewlieni fil-ħames edizzjoni tal-Forum annwali tas-Sigurtà ta' Varsavja (Warsaw Security Forum) li sar fil-Varsavja. Belġju 26 ta’ Novembru 2018 Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin għall-Iżvillup Svizzera, Ġinevera 29 ta’ Novembru 2018 L-Onor. Carmelo Abela attenda it-13-il konferenza ministerjali dwar l-Afganistan f’Ġinevra. F’din l-okka¿joni, l-Ministru tkellem dwar il-progress li sar fejn jidħlu r-riformi mnehdija mill-gvern Afgan u l-iżviluppi lejn il-paċi fil-pajjiż. Diċembru Italja 6 ta’ Diċembru 2018 OSCE Laqgħa tal-Ministri f’Milan Belġju 10 ta’ Diċembru 2018 Kunsill tal-Affarijiet Barranin Marokk 10 – 11 ta’ Diċembru Konferenza Intergovernattiva fuq il-Patt Globali għall-Migrazzjoni Laqgħa mal-Direttur Ġenerali taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Iżviluppatur tal-Politika tal-Migrazzjoni (ICMPD), Michael Spindelegger Awstrija 17 - 18 ta’ Diċembru 2018 F’ Diċembru 2018. Il-Prim Ministru, l-Onor. Joseph Muscat, flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Onor.Carmelo Abela, kienu fi Vjenna ghall-Forum Afrika-Ewropa fuq koperazzjoni fl-era digitali.

Trade Malta – inizjattivi mar-Repubblika tal-Ghana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta mar-Repubblika tal-Ghana tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2019 TradeMalta kompliet bil-ħidma tagħha biex tkattar iktar opportunitajiet ta' kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi. Għal dan il-għan TradeMalta ħadmet biex isir business forum bejn intrapriżi Maltin u Ghaniżi waqt iż-Żjara Statali ta’ l-E.T. il-President tar-Repubblika tal-Ghana. TradeMalta ltaqgħat ma numru ta’ intrapriżi li diġà qiegħdin jagħmlu kummerċ jew mħajjra jagħmlu negozju fil-Ghana biex iżżomm ruħa aġġornata ma' żviluppi li saru jew inkella biex tagħti pariri lil imprendituri fuq opportunitajiet fil-Ghana. Dan kollu dejjem jsir b’kollaborazzjoni stretta u b’konsultazzjoni mal-Kumissarju Għoli fil-Ghana.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistqosija parlamentari 7828.

Proġett marbut mal-ISF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsab il-proġett marbut mal-ISF (Fond għas-Sigurtà Interna) b’mod partikolari wara l-Avviż numru TMFA 002/2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tender TMFA 002/2019 Ex-Post Evaluation of Internal Security Funds (ISF) (2014-2020) projects implemented by the Ministry for Foreign Affairs and Trade Promotion jinkludi l-ingaġġ ta’ konsulenti biex jevalwaw proġetti li l-Ministeru ser ikun qed jimplimenta taħt il- Programm Fond ta’ Sigurta’ Interna 2014-2020. Taħt dan il-programm il-Ministeru ser ikun qed jimplimenta erba’ progetti: - 7.01: Training in Schengen and Immigration Matters - 7.02: Operational Costs - 7.03: Re-engineering and Operational Costs of the National Visa Information System (N-VIS) - 8.03: Upgrade and Refurbishment of Consular Posts Il-proġetti kollha għadhom fl-istadji inizjali. L-iskop tal-ingaġġ kmieni fil-proġetti huwa sabiex il-konsulent/i ikun/u qed jevalwa l-andament tal-proġetti tul it-twettiq tagħhom u mhux fl-aħħar meta jiġu konklużi.

Trade Malta — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu minn Trade Malta tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inizjattivi li ttieħdu minn TradeMalta minn Jannar sa Mejju ta’ din is-sena kienu dawn: 1. Implimentat il-‘ Go Global’ li hu taħriġ dwar l-esportazzjoni mifrux fuq għaxar ġimgħat bejn Jannar u Marzu, b’kollaborazzjoni mal-Universita’ ta' Malta u ma’ bank ewlieni. 2. TradeMalta akkumpanjat lill-Prim Ministru b’delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Gujarat, l-Indja, bejn il-15 u l-20 ta’ Jannar. 3. F’Jannar ukoll, TradeMalta, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, tellgħet delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Istanbul waqt iż-żjara statali fit-Turkija tal-President Emeritus l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-prezenza tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-Promozzjoni tal-Kummerċ. 4. Fl-istess xahar ukoll, TradeMalta akkumpanjat lill-President Emeritus fuq żjara istituzzjonali ġewwa l-Iżrael u l-Palestina. 5. Business Seminar fit-28 ta’ Frar dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ ikel u xorb, kif ukoll ħejjiet sessjoni ta’ informazzjoni fit-18 ta’ Marzu dwar it-Tieni Esebizzjoni ta’ Importazzjoni fiċ-Ċina ( Second China Import Expo ), flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ. 6. TradeMalta kkumplimentat iż-żjara statali tal-President Ganiż f’Malta waqt il- Malta-Ghana Business Forum fl-26 ta’ Marzu fejn tħejjew ukoll numru ta’ B2Bs bejn intrapriżi Maltin u dawk Ganiżi. 7. TradeMalta ħadet sehem f’delegazzjoni ta’ kummerċ lejn Seoul u Singapore bejn it-2 u l-10 ta’ April. 8. TradeMalta ħadmet mal-Ambaxxata Maltija f’Ruma biex intrapriżi Maltin jattendu taħriġ speċjalizzat fuq opportunitajiet ta' kummerċ man-Nazzjonijiet Magħquda fis-16 ta’ Mejju. 9. F’Mejju wkoll, fuq stedina tal-Gvern Etijopjan, il-Kap Eżekuttiv ta’ TradeMalta akkumpanja lill-Ambaxxatur Malti għall-Etijopja, l-E.T. Ronald Micallef, sal-Etijopja fuq żjara esplorattiva.

Ambaxxata ta’ Malta fl-Italja — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Ruma tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għal din il--mistoqsija li, wara t-tweġiba li ngħatat is-sena l-oħra għall-mistoqsija parlamentari 5425, tatna l-opportunità mill-ġdid li niddeskrivu x-xogħol importanti u siewi li twettaq l-Ambaxxata Maltija f’Ruma b’ħarsa lejn l-ewwel xhur ta’ din is-sena. Il-Bilaterali L-Ambaxxata hija akkreditata għall-Italja u San Marino u għaldaqstant tippromwovi r-relazzjonijiet bejn Malta u dawn iż-żewġ pajjiżi. Il-kuntatti li ħolqot l-Ambaxxata mal-Awtoritajiet Taljani wasslu għal bosta laqgħat bilaterali ta’ dinjitari Maltin man-naħa Taljana, inkluż il-laqgħa bejn l-E.T. Coleiro Preca, il-President ta’ Malta, u l-President Taljan l-E.T. Sergio Mattarella, u l-bosta laqgħat li saru bejn il Ministru Abela u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Enzo Moavero Milanese. L-aspett bilaterali ma jieqafx hawn għax insibu iktar minn tmenin pajjiż li huma akkreditati għal Malta proprju minn Ruma. Dan iffiser li l-Ambaxxata tintuża biex tippromwovi r-relazzjonijet ma’ dawn il-pajjiżi ukoll minkejja li Malta mhux akkreditata għall-istess pajjiżi minn Ruma. Barra minn hekk l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Italja hija d-Dekan tal-Ambaxxaturi Ewropej. Għaldaqstant hi tirċievi l-Ambaxxaturi ġodda li jibdew it-terminu tagħhom Ruma. Kemm ilu fit-tmun il-Gvern ta’ koalizzjoni tal-Lega u Cinque Stelle, l-Ambaxxata affaċċjat sfida oħra fuq l-immigrazzjoni. Infatti, l-Ambaxxata kienet impenjata li tikkoreġi r-retorika skorretta Taljana fuq l-allegazjonijiet li bdew jagħmlu kontra Malta u d-dover tagħha f’dan il-qasam. Saru bosta laqgħat ma’ Ministri u dinjitarji Taljani fejn ġew spjegati mhux biss il-pożizżjoni ta’Malta iżda wkoll l-obbligi tagħha skond il-liġi Internazzjonali. Ambaxxatur irsistiet taghmel diversi laqgħat bilaterali u diversi kuntatti saru ma’ uffiċjali fil-Kabinett tal Ministeru tal-Intern Taljan u bis-saħħa ta’ dawn il-kuntatti l-attakki kontra Malta li kienu jsiru fuq is-Social Media waqfu u issa Malta u l-iTalja qed jikollaboraw fuq il-migrazioni fil-Mediterran. L-Ambaxxata sabet ruħha ukoll aktar involuta f’laqgħat fuq sforzi ta’ rilokazzjoni tal-immigranti li jaslu fl-Ewropa tant li minn Jannar sa Mejju saru 25 laqgħa bilaterali u 12 il-laqgħa fuq il-migrazzjoni. Il-Kummerċjali Minn Jannar sa’ Mejju, l-Ambaxxata kienet impenjata bis-sħiħ fil-qasam kummerċjali. Bl-għajnuna tal-uffiċjal kummerċjali ta’ Malta Enterprise, l-Ambaxxata organizzat bosta laqgħat fl-Italja kif ukoll f’Malta bl-għan li ssaħħaħ u ttejjeb il-kuntatti ta’ kumpaniji Maltin ġewwa l-Italja. Permezz ta’ dawn il-laqgħat, numru ta’ kumpaniji Maltin iltaqgħu ma’ kumpaniji Taljani biex jiddiskutu kif jistgħu jikkolaboraw bejniethom. Huma dawn it-tip ta’ laqgħat li fl-aħħar mill-aħħar jwasslu għal iktar kummerċ u skambju ekonomiċi bejn Malta u l-Italja. Eżempju konkret huwa proprju l-proġett BAT fil-qasam tal-avjazzjoni li kien inawgurat f’Sardinja iktar kmieni din is-sena. Għal din l-inawgurazzjoni saħansitra attenda l-Onor. Prim Ministru Dr. Joseph Muscat. Barra minn hekk l-Ambaxxata wetqet rwol importanti li wassal biex numru ta’ kumpaniji Maltin ipparteċipaw fl-Interternational Procurement Seminar ġewwa Ruma li kien organizzat min-Nazzjonijiet Uniti. L-għan ta’ dan is-seminar kien li jagħti l-possibilità lill-kumpaniji preżenti biex jesploraw x’tip ta’ prodotti u servizzi jistgħu joffru lill-Aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti. Hija din it-tip ta’ ħidma li tkompli ssaħħaħ l-irwol li l-Ambaxxata tħaddan, b’kuntatt u koordinament kontinwu mal-entitajiet kummerċjali Maltin bħal Malta Enterprise, Trade Malta, Malta Stock Exchange u Finance Malta, biex jiżdied ix-xogħol għall-kumpaniji Maltin u l-iskambju kummerċjali bejn Malta u l-Italja. L-Ambaxxata kkoordinat laqgħat bejn Malta Enterprise, l-Awtorità tal-Mediċini f’Malta u l-Univerisità La Sapienza ġewwa Ruma biex jiġi konkluż MOU fuq riċerka dwar il-kannabis. Permezz tal-MOU, id-dipartiment tal-kimika u t-teknoloġiji farmakoloġiċi tal-Università La Sapienza ser twettaq testijiet, validazzjonijiet u verifiki biex jiġi studjat tal-kannabis għal skopijiet mediċi f’Malta skond il-leġiżlazzjoni Maltija. L-Ambaxxata qiegħda taħdem ukoll mal-Awtorità tal-Mediċini f’Malta biex issib bejjiegħa alternattivi ġewwa l-Italia għall-akkwist tal-mediċini li bħalissa jinxtraw mill-Ingilterra biex Malta tkun preparata hekk kif l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Kultura Bħal kull sena, fix-xahar ta’ Frar, l-Ambaxxata organizzat avveniment għall-Komunità Maltija f’Ruma biex tfakkar in-nawfraġġju ta’ San Pawl. Dan l-avveniment sar fil-kunvent tas-sorijiet Franġiskani Maltin f’Ruma. L-Ambaxxata kompliet tinvolvi ruħha fil-laqgħat tal-EUNIC Rome (EU National Institutes of Culture) bi preparament għall-avveniment tal-ġurnata mondjali tal-poeżija li saret f’Marzu. L-Ambaxxata ħadet sehem f’dan il-proġett billi ibbenifikat mill-għajnuna finanzjarja mill-fond kulturali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. F’Marzu ukoll, l-Ambaxxata rnexxiela tikkonkludi l-proċeduri għat-trasferiment tal-lapida ddedikata lil Fortunato Mizzi mill-Bażilika ta’ Santa Croce f’Firenze lejn Malta. L-Ambaxxata hija involuta ukoll fid-Diplomatic Education Project. Dan il-proġett huwa kkordinat minn assoċjazzjoni mhux għall-profitt li tlaqqa’ studenti f’Ruma mal-Ambaxxati bl-għan li jiskopru fiex tikkonsisti d-diplomazija u kif jaħdmu l-Ambaxxati. Infatti, l-uffiċjal kulturali fi ħdan l-Ambaxxata żar l-istudenti fl-iskola li ġiet magħżula biex taħdem mal-Ambaxxata Maltija f’dan il-proġett u tahom preżentazzjoni dwar Malta. Wara dan, kien imiss li l-istudenti jżuru l-Ambaxxata u saħansitra jiltaqgħu u jiddiskutu mal-Ambaxxatur fuq Malta, d-diplomazija u l-politika barranija Tagħha. Sar ukoll kuncert gewwa Tuin bl-isem “Ilhna Mitlifa” finazjata minn Teatru Malti u coordinat mal-Ambaxxata f’Ruma fis-Sala Scicluna; l-ewwel palk internazzjonali għal dan l-ispettaklu. Reċentement, ġiet imwaqqfa paġna Facebook tal-Ambaxxata kif ukoll profil fuq Twitter skond il-politika ta’ Social Media tal-Ministeru bl-iskop li l-ħidma tal-Ministeru u anke l-Ambaxxati tkun iktar viżibli u qrib iċ-ċittadini Maltin. Il-Konsulari In-Netwerk Konsulari huwa ffurmat mill-Ambaxxata kif ukoll minn għaxar Konsli Onorarji mifruxin fuq it-territorju Taljan u anke wieħed f’San Marino li flimkien jiffurmaw in-Netwerk Konsulari. Dawn jipprovdu servizzi konsulari lill-komunità Maltija fl-Italja u San Marino kif ukoll lil turisti Maltin li jsibu ruħhom f’xi problema jew diffikultà. L-Ambaxxata kompliet tassisti bosta Maltin li tilfu d-dokumenti t’identità waqt il-mawra tagħhom, Maltin li ġew misruqa, Maltin li kellhom bżonn assistenza medika, Maltin li ġew arrestati fit-territorju Taljan jew f’San Marino, ripatrijazzoni ta’ iġsma ta’ Matlin li traġikament jitilfu ħajjithom fl-Italja jew San Marino kif ukoll assistenza lil Maltin li jiżżewġu ċittadini Taljani. Il-Konsulat jgħin ukoll lill-Maltin jakkwistaw visas mingħand l-Ambaxxati ta’ dawk il-pajjiżi li jkopru lil Malta minn Ruma u li m’għandhomx Ambaxxati f’Malta. Tajjeb li jingħad li dan is-servizz jinvolvi ħafna ħin u riżorsi jiġifieri t-tqassim tal-applikazzjonijiet tal-visas lill-Ambaxxati konċernati u l-irtirar tal-visas pero’ dan is-servizz huwa kompletament bla ħlas; il-Maltin iħallsu biss il-miżata li l-Ambaxxati jitolbu biex tinħareġ il-visa. Tingħata ukoll assistenza biex residenti u kumpaniji Maltin jillegalizzaw diversi tipi ta’ dokumenti minn dawn il-pajjiżi. Malta għandha ukoll numru ta’ ftehim fil-qasam mediku mal-Italja fejn il-Maltin jistgħu jirċievu ċertu trattament u trapjanti speċifiċi fosthom trapjanti tal-pulmun fiċ-ċentru ISMET ġewwa Palermo. F’dawn il-każijiet delikati, l-Ambaxxata tintervjeni billi tassisti lill-awtoritajiet tas-saħħa Maltin jittrassferixxu l-pazjenti lejn l-Italja. S’issa fl-2019, il-Konsulat ipproċessa 268 visas, għamel 77 legalizzazzjoni, ipproċessa 95 kwittanza lill-baħħara li jaħdmu fuq vapuri li jtajru l-bandiera Maltija u offra 59 servizz ieħor. Apparti minn hekk, l-Ambaxxata saħħet ir-rabta mal-Konsli Onorarji fl-Italja billi nħoloq Grupp fuq Whatsapp biex l-Ambaxxata tkun tista’ tinforma u taġġorna lill-Konsli fuq politiki tal-gvern, inizjattivi tal-ambaxxata u stqarriiet nazzjonali fuq l-Immigrazzjoni. Promozzjoni ta’ Malta Wieħed mill-objettivi aħħari ta’ kull Ambaxxata huwa li tippromwovi lill-pajjiżha ġol-pajjiż fejn l-Ambaxxata hija bbażata, f’dan il-każ l-Italja. Għaldaqstant, l-Ambaxxata kompliet taħdem biex jitkattar l-għarfien tat-Taljani dwar Malta u dak li pajjiżna għandu x’joffri. Il-promozzjoni ta’ Malta ssir kontinwament f’diversi oqsma bħall-kultura, l-kummerċ u t-turiżmu. Din is-sena, l-Ambaxxata assistiet lill-uffiċju tal-Awtorità tat-Turiżmu Maltija f’Ruma biex ikunu promossi t-titjiriet minn Malta u destinazzjonijiet ġodda fl-Italja per eżempju Peruġa, Genova u Cagliari bl-iskop li jkompli jiżdied u jissaħħaħ it-turiżmu bejn Malta u l-Italja. Intant, fix-xhur ta’ Marzu u April, l-Ambaxxata u l-uffiċju tal-Awtorità tat-Turiżmu Maltija organizzaw avveniment f’Ruma u f’Milan mal-Istitut tad-Disinn Ewropew fejn ġie inawgurat il-katalogu IED for Malta li jiġbor fih opri tal-arti ta’ studenti Taljani. Dawn l-opri kienu ispirati minn postijijiet u elementi Maltin wara vjaġġ li dawn li l-istess studenti kellhom ġewwa Malta. Bħal ma diġà ġie spjegat fis-sezzjoni kummerċjali, ma naqsitx il-promozzjoni tal-ekonomija Maltija fis-setturi tas-servizzi finanzjarji u intrapriża, speċjalment fis-settur tal-blockchain, permezz ta’ seminars f’Milan, Genova, Turin, Verona u Roma bis-sostenn ta’ Malta Enteprise u l-Uffiċju tal-BOV f’Milan. Oħrajn Din is-sezzjoni tinkludi l-ħidma u l-funzjonijiet l-oħra li mhux imsemmija fis-sezzjonijiet ta’ qabel. Funzjoni primarja hija l-amministrazzjoni fejn l-Ambaxxata hija qabel kollox obbligata timxi mar-regoli u proċeduri stabiliti mill-Gvern u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ biex twettaq l-ħidma ta’ kull ġurnata fl-aspett bilaterali, kummerċjali, kulturali, konsolari u l-oħrajn. L-amministrazzjoni tinkludi l-kontabilità, il-kuntratti tal-impjegati u tal-kumpaniji li joffru s-servizzi lill-Ambaxxata, il-posta diplomatika ta’ kull ġimgħa u l-assistenza lill-dinjitarji Maltin li jżuru Ruma jew jgħaddu minn Ruma fi triqthom lejn destinazzjoni oħra. L-Ambaxxata assistiet diversi dinjitarji Maltin li zaru Ruma fi triqthom lejn destinazzjonijiet ohra. L-Ambaxxata tipparteċipa fil-konferenzi u seminar t’interess kif ukol tattendi d-diversi pre-briefings fuq il-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħal per eempju l-FAC (Foreign Affairs Council), GAC (General Affairs Council),ECOFIN (Economic and Financial Affairs Council) u l-JHA (Justice and Home Affairs Council). Aparti l-aspett bilaterali, l-Ambaxxata hija akkreditata għal numru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-parti l-kbira tal-laqgħat li tkopri l-Ambaxxata huma dawk li jsiru fil-FAO u fid-diversi konfigurazzjonijiet tagħha fosthom l-ERG (European Regional Group). B’rabta mal-FAO, isiru diversi laqgħat ta’ koridinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE. Apparti l-FAO, insibu ukoll il-WFP, l-IFAD, l-IDLO, l-ICCROM u l-UNIDROIT. Tramite l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, l-Ambaxxata tikkonsulta lill-Ministeri responsabbli għal dawn l-organizzazzjonjiet sabiex tirrapreżenta l-pożizzjoni u/jew l-interessi kif indikat mill-Ministeru konċernat. F'Jannar 2019, Malta assumiet l-irwol ta' Viċi President tal-European Regional Group (ERG) fi ħdan il-FAO. Il-Gruppi Reġjonali jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu xogħol relatat mal-FAO, partikolarment mill-aspett tar-reġjuni rispettivi tagħhom. L-ERG huwa magħmul minn 48 Stat Membru tal-UN. Malta se tassumi l-irwol ta' President f'Lulju 2019. Ix-xogħol intensifika f'termini ta' laqgħat ta' tħejjija u ta' koordinazzjoni. Malta qed taħdem mill-qrib mal-Finlandja (il-President attwali tal-ERG), il-Presidenza u d-Delegazzjoni tal-UE biex tiżgura li x-xogħol tal-ERG jikkumplimenta x-xogħol tal-UE. Minn Jannar sa Mejju, saru 9 laqgħat tal-UE u 25 il-laqgħa relatati mal-ERG.

Ambaxxata ta’ Malta fi Franza — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Pariġi tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din kienet il-ħidma diplomatika fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Pariġi tul din is-sena. Bilaterali Matul dawn l-aħħar xhur l-Ambaxxata kienet involuta b’mod dirett f’ numru ta' delegazzjonijiet Ministerjali Maltin lejn Franza, b’mod partikolari: L-Ambaxxata assistiet fit-tħejjijiet li wasslu għaż-żjara bilaterali bejn l-Ministru Franċiż għall-Ewropa u l-Affarijiet Barranin, L-E.T. Jean Yves Le Drian f'Malta mal-Onor. Carmelo Abela, u l-Onor. Michael Farrugia, Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali mis-17 sat-18 ta' Jannar. Dawn it-taħdidiet seħħew fl-kuntest tal-Laqgħa Ministerjali tal-5+5, li Malta ospitat f’dawk il-ġranet u li waqtha Franza ħabbret ukoll il-pjanijiet tagħha għal-Summit fuq il-Mediterran li ser isir aktar tard din is-sena. Żjara oħra kienet dik tal-Onor. Segretarju Parlamentari Clint Camilleri għall-“Salon International de l’Agriculture’. Ġurnata qabel l-avveniment, is-Segretarju Parlamentari attenda seminar Ministerjali dwar kif iż-żgħażagħ jiġu attirati fis-settur agrikolu. Iż-żjara kienet waħda ta’ suċċess, b’żewġ uffiċjali tekniċi mill-Ministeru tal-Ambjent iżuru l-istess fiera għal-follow up ma’ uffiċċjali Franċiżi. L-Ambaxxat tat sehemha wkoll fit-tħejjijiet għal żjara fi Franza mill-Onor. Ministru Dr. Ian Borg fit-22 u l-24 ta’ April, fejn kellu hemm taħditiet uffiċjali mal-kontroparti tiegħu l-E.T. Ministru Elizabeth Borne, u fejn kellu l’oppurtunità li jżur siti ta’ infrastruttura u trasport pubbliku mportanti f’Pariġi. Wara n-nirien li ħakmu l-Kattidral ta’ Notre Dame fil-qalba ta’ Pariġi, l-Gvern Franċiż organizza Konferenza dwar il-Preservazzjoni tal-Wirt Kulturali Ewropew li għaliha attendew l-Onor. Ministri Helena Dalli u Owen Bonnici. L-Ambaxxata ħadet ħsieb il-koordinazzjoni ta’ dawn il-żjarat u akkumpanjat il-Ministri waqt id-diskussjonijiet. L-Ambaxxara għenet ukoll fl-organizzazzjoni ta’ żjara f’ Pariġi mill-Onor. Ministru Joe Mizzi li attenda Konferenza dinjija tal-UNESCO dwar l-ilma, matul ix-xahar ta’ Mejju. Ir-relazzjonijiet bilaterali ma’ Franza komplew jissaħħu fl-ambitu tar-rwol il-ġdid ta’ Malta bhala osservatur ta' l-‘Organisation de la Francophonie’. Ittieħdu diversi inizzjattivi, li għalihom tat kontribut tanġibbli l-Ambaxxata ta’ Malta fi Franza biex jiġi kkommemorat għall-ewwel darba il- Jum Dinji tal-Frankofonija f’Malta nhar l-20 ta’ Marzu, bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Franċiża f’Malta, u numru ta’ Ambaxxati oħra ta’pajjiżi membri fl-OIF. Kummerċjali L-Ambaxxata kompliet issaħħaħ ir-rabtiet kummerċjali bejn Malta u Franza. Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u Franza ġew diskussi fit-tul waqt avveniment organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ bejn Malta u Franċiża fid-29 ta' April. Il-membri ta’ din il-Kamra tal-Kummerċ u entitajiet oħra mill-komunitajiet tan-negozju fiż-żewġ pajjiżi ġew mistiedna jattendu. L-Ambaxxatur Mizzi tat ħarsa ġenerali tal-potenzjal tan-negozju eżistenti bejn iż-żewġ pajjiżi, il-qagħda ekonomika Maltija, il-ħidma ta’ Malta fis-settur tas-servizzi, kif ukoll iktar reċentement il-‘blockchain’, u ‘crypto currency’. Is-segwitu ta’ dan l-avveniment diġà seħħ u żewġ kumpanniji f'Malta qed jistabbilixxu kuntatti fis-settur ġenerali tas-servizzi u l-avjazzjoni. Laqgħat dwar dan l-aħħar punt ġew organizzati f'Pariġi fl-20 ta' Mejju, fosthom fl-Ambaxxata Maltija nfisha. Kulturali L-Ambaxxata kompliet tesplora aktar oqsma ta' kooperazzjoni taħt ftehim eżistenti ta' ġemellaġġ. Permezz tal-ftehim ta’ ġemellaġġ bejn Elancourt-Attard, qed nesploraw il-possibbiltà li norganizzaw skambji ta’ studenti tas-skejjel. Qed jiġu esplorati ftehimiet oħra ta’ ġemellaġġ bil-ħsieb li jieħdu xejra konkreta. Malta ntgħażlet biex tipparteċipa fl-edizzjoni ta' din is-sena ta' 'Planète du Gout' u ppreżentat diversi platti lokali prepararti minn chef Maltija residenti f’Pariġi. Il-paviljun Malti li kien ko-sponsorjat flimkien ma' MTA France, ġibed ħafna viżitaturi kurjużi li xtaqu jitgħallmu aktar dwar il-prodotti tagħna u pajjiżna, u ġiet milqugħa tajjeb fil-midja soċjali. Permezz tal-‘Cultural Diplomacy Fund’, l-Ambaxxata qegħda tħejji proġett 'Visions de Tiffany' fl-4 ta' Ġunju 2019. Il-proġett jikkonsisti fi 12-il pittura li jissimbolizzaw il-mogħdija taż-żmien u n-natura, akkumpanjati mill-kreazzjoni tal-artifiċjali. Dan il-proġett, apparti milli jwassal il-kreattivita’ Maltija fil-belt kapitali Franċiża, iwassal ukoll il-viżjoni innovattiva fil-qasam teknoloġiku li tant qed jiġi assoċċjat ma’Malta f’ dawn l-aħħar xhur. L-Ambaxxata ser ukoll tvara publikazzjonijiet ġodda ta’ zewġ awturi Maltin li joqgħodu fi Franza nhar is-6 ta’ Ġunju. B’hekk ser inkunu qed inkomplu nsaħħu l-profil kulturali ta’ Malta fis-soċjeta’ Franċiża. Konsolari L-Ambaxxata tat assistenza u ndirizzat numru ta’ mistoqsijiet mill-pubbliku ta’ kuljum. Parti mix-xogħol tal-Ambaxxata jikkonsisti fl-ipproċessar tat-talbiet taċ-ċittadinanza, reġistrazzjonijiet tat-twelid/żwieġ, applikazzjonijiet għal-passaporti u dokumenti ta’ l-ivvjaġġar ta’ emerġenza fil-każ fejn iċ-ċittadini Maltin jirrappurtaw it-telf tad-dokumenti tagħhom. Seggwejna wkoll l-inċidenti kollha fi Franza inklużi l-protesti mifruxa fuq diversi xhur tal- 'gilets jaunes' biex niżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini Maltin. Kien hemm diversi każijiet li nvolvew l-Ambaxxata b’mod dirett, fosthom każ ta’eżibitur Malti ddaħħal b’urġenza l-isptar; ii) ċittadini Malti miżmum fl-ajruport; iii) koppja Maltija wara l-isplużjoni aċċidentali; iv) ċittadin MT miżmum fi Franza u arrestat fuq serq; v)u segwiet l-każ ta’ pazjent Malti li kien qed jiġi kkurat f'Tulouse; vi) segwiet il-każ ta’splużjoni f’ Toulouse anki minħabba l-preżenza ta’ grupp ta’ studenti Maltin ġewwa dik il-Belt. Promozzjoni ta' Malta L-Ambaxxata ta’kulljum tagħmel promozzjoni attiva ta’ Malta permezz tal-għodod teknoloġiċi bħall paġna tal-Facebook u fuq l-paġna Twitter li għadha kemm ġiet imnedija. Il-midja soċjali kienet utli biex nippromovu l-attivitajiet tagħna u nilħqu l-komunità Maltija fi Franza. Barra minn hekk, l-attendenza għal avvenimenti bħal 'Salon de la Plongee' kienet opportunita għal-skejjel ta' l-għads Maltin. Ezempji ta’ attivitajiet inkluzi fuq l-FB jinkludu: i) parteċipazzjoni minn studenti żgħażagħ b'talent fil- “50 Sessjoni Internazzjonali tal-Mudell Parlament Ewropew”; ii) żjara mill-istudenti mill-Iskola ta' San Ġużepp tas-Sliema li ħadu sehem fl-attività 'She Runs, Active Girls’ Lead’; u iii) studenta ta’ nazzjonalità Maltija li qed tistudja fi Franza; u v) tim malti li rrappreżenta lil Malta f'kompetizzjoni ta' Kickboxing. Oħrajn Permezz tal-ħidma tal-uffiċċju tal-MTA fi Franza, li hu ospitat fl-Ambaxxata, saret ħidma sfiega matul is-sena sabiex ikomplu jiżdiedu l-figuri tat-turiżmu lejn Malta mis-suq Franċiż.

Ambaxxata ta’ Malta fi Spanja — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Madrid tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Bilaterali Ir-relazzjoni bilaterali bejn Malta u Spajna hija ferm pożittiva u f’dawn l-aħħar xhur l-Ambaxxata Maltija ġewwa Madrid kompliet taħdem sabiex dawn ir-relazzjoni tkompli tissaħħaħ. Fil-bidu ta’ din is-sena, kien hemm bidla fl-Ambaxxatur hekk kif l-E.T. Vanni Xuereb wasal ġewwa Madrid sabiex jibda l-ħidma tiegħu bħala Ambaxxatur fit-8 ta’ Jannar 2019. Hekk kif wasal ġewwa Madrid, l-Ambaxxatur ippreżenta l-copies d’usage lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Kooperazzjoni u Unjoni Ewropea ta’ Spanja. Għaldaqstant, il-ħidma tal-Ambaxxatur setgħat tibda minnufiħ. L-Ambaxxatur Xuereb ippreżenta l-karti tal-kredenzjali lill-Majesta Tiegħu r-Re Felipe VI fil-5 ta’ Frar. L-Ambaxxatur beda ż-żjarat ta’ korteżija lill-Ambaxxaturi ta’ pajjiżi Ewropej akkreditati għal Spanja u kif ukoll ma’ dawk l-Ambaxxaturi residenti Madrid li huma akkreditata għal Malta, li huma New Zealand u r-Repubblika tal-Gambja. L-Ambaxxatur iltaqa’ ukoll mar-Rapreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ġewwa Spanja u grazzi għal dawn il-laqgħat, ġie ffirmat l-manifest ‘DondeEstanEllas’ (fejn jinsabu huma – b’refernza għan-nisa). Dan il-manifest huwa inizjattiva tad-Direttur tal-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Madrid favur id-drittijiet tan-nisa. L-Ambaxxata ingħaqdet mal-ambaxxati tad-disa’ pajjiżi l-oħra li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju tal-2004, biex jitfakkar il-ħmistax-il anniversarju minn mindu dawn l-għaxar pajjiżi saru membri tal-Unjoni Ewropea. L-ambaxxati, flimkien mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fi Spanja, organizzaw konferenza dwar ‘It-tkabbir tal-UE fl-2004: fatti, esperjenzi u perspettivi’. Matul il-konferenza saru erba’ roundtables, bl-Ambaxxatur ta’ Malta ikun wieħed mill-kelliema fis-sessjoni dwar ‘It-tkabbir taż-żona ta’ paċi, sigurtà u demokrazija: storja ta’ suċċess?’ Ta’ kuljum, l-Ambaxxatur u l-Uffiċjal Diplomatiku fi ħdan l-Ambaxxata, jattendu diversi laqgħat u attivitajiet li jiġu organizzati mill-Awtoritajiet Spanjoli u kif ukoll mill-Ambaxxati ġewwa Madrid fuq diversi temi ta’ interess. L-Ambaxxata żżomm lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ministeri oħra nfurmati fuq dawn l-attivitajiet, b’mod partikolari, fuq temi lokali li huma ta’ interess għall-pajjiżna, per eżempju s-sitwazzjoni ġewwa Katalunja, u temi oħrajn ta’ interess internazzjonali, bħal per eżempju s-sitwazzjoni ġewwa l-Venezwela u l-Brexit b’referenza speċifika għal-Ġibilta’. L-Ambaxxata tiżgura wkoll li l-Ministeru jinżamm aġġornat fuq dak li jintqal dwar Malta fil-mezzi ta’ komunikazzjoni Spanjoli. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li f’Marzu ta’ din is-sena, il-Prim Ministru Spanjol sejjaħ elezzjoni ġenerali fir-28 ta’ April u għal daqstant l-Ambaxxata għamlet minn kollox sabiex izzomm lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin infurmat bl-aħħar żviluppi dwar din l-elezzjoni u kif ukoll dwar l-elezzjonijiet lokali, reġjonali u ewropej fis-26 ta’ Mejju. Fuq bażi regolari, l-Ambaxxata tassisti lill-Ministeru sabiex jgħaddi informazzjoni dwar kandidaturi u setturi oħrajn lill-Awtoritajiet Spanjoli, lill-Ambaxxati akkreditati għal Malta u kif ukoll lill-Unjoni għall-Mediterran li tinsab ġewwa Barċellona u lill-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu li tinsab ġewwa Madrid. Barra minn hekk, l-Ambaxxatur ippreżenta l-Instrument ta’ Adeżjoni tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona tal-Kosta fil-Mediterran lid-Direttur tad-Dipartiment tat-Trattati Internazzjonali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Spanjol. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li fi Frar 2019, l-Ambaxxata assistit lill-Prim Minstru Dr Joseph Muscat u lill-Ministru Helena Dalli waqt i¿-¿jara tagħhom ġewwa Madrid fejn attendew il-Kungress tal-Partit Soċjalista Ewropew li matulu l-Prim Ministru kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru tar-Rumanija, il-pajjiż li bħalissa għandu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Kummerċjali Fir-rigward ta’ relazzjonijiet kummerċjali, l-Ambaxxata kompliet bil-ħidma li tippromwovi l-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll it-turiżmu minn Spanja lejn Malta. Dan sar kemm permezz ta’ kuntatt ma’ numru ta’ kumpaniji Spanjoli interessati li jespandu l-operazzjoni tagħhom ġewwa Malta, inkluż fis-settur gastronomiku u farmaċewtiku, kif ukoll b’ħidma flmkien mal-konsli onorarji mxerrda mad-diversi reġjuni tal-pajjiż. Kulturali L-Ambaxxatur beda jaħdem mal-ewwel dwar inizjattivi li jistgħu jittieħdu fil-qasam kulturali. Saru taħdidiet mal-Mużew Nazzjonali tal-Antropoloġija ġewwa Madrid sabiex tiġi organizzata attivita’ żulturali bis-sehem ta’ artisti Maltin. L-Ambaxxata iltaqat ukoll mal-organizzaturi tal-‘Menorca International Film Festival’ li ser isir f’Lulju ġewwa l-gżira ta’ Menorca. Din is-sena, dan il-festival ser jiddedika ġurnata għal Malta u għaldaqstant, l-Ambaxxata flimkien mal-kumpanija NewLink ’ li tirrapreżenta lill-Awtorita’ Maltija Spanjola ġewwa Malta u l-Konslu Onorarju fil-Gżejjer Baleariċi, assistiet lill-organizzaturi sabiex din l-inizzjattiva tkun ta’ suċċess. Konsolari L-Ambaxxata dejjem kienet għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini Maltin li jgħixu fi Spanja u dawk li jivvjaġġaw lejn Spanja, u ċittadini Spanjoli li jixtiequ jivvjaġġaw lejn Malta li jeħtieġu xi għajnuna, kemm fuq temi konsolari, kif ukoll temi turistiċi u kummerċjali. Dawn l-aħħar snin, l-Ambaxxata ħadmet bla waqfien sabiex ittejjeb in-netwerk tal-Konsli Onorarji Maltin ġewwa Spanja u dan ma naqasx f’dawn l-aħħar xhur. L-Ambaxxatur Xuereb għamel mezz sabiex jiltaqa’ mal-Konsli Onorarji, kemm ġewwa Madrid, kif ukoll ġewwa Malta waqt il-laqgħa li jorganizza l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għall-Konsli Onorarji Maltin kull sentejn. Ta' min wieħed isemmi li l-Ambaxxata hija f'kuntatt mal-Assoċjazzjoni Amigos de Malta (Ħbieb ta’ Malta). Din hija organizzazzjoni li tħaddan fiha Spanjoli ta’ dixxendenza Maltija residenti f’Valencia. L-Ambaxxata kompliet taħdem sabiex jerga’ jinfetaħ il-Konsolat Onorarju ġewwa Barċellona. Fil-fatt, l-Ambaxxata infurmat lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Spanjol li l-Onor. Ministru Carmelo Abela approva l-kandidatura għall-Konslu Onorarju ġdid f’Barċellona. L-Ambaxxata qiegħda tistenna sabiex l-awtoritajiet Spanjoli jiffinalizzaw l-aħħar proċeduri sabiex tiġi approvata din in-nominazzjoni. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, l-Ambaxxata assistiet lil student Malti li jgħix Madrid u xtaq jippre¿enta ruħu għall-eżamijiet tal-Matsec. L-Ambaxxata provdiet post fejn isiru dawn l-eżamijiet, kif ukoll persunal tal-Ambaxxata bħala inviġilaturi. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li bħalissa l-Ambaxxata qiegħda taħdem sabiex fit-22 ta Ġunju tilqa’ lill-Maltin li jgħixu ġewwa Spanja fir-residenza offiċjali tal-Ambaxxatur għal attivita’ soċjali fl-okkażjoni tal-Festa tal-Imnarja. Promozzjoni ta’ Malta Wieħed mis-setturi li l-Ambaxxata tagħti importanza speċjali huwa s-settur tal-promozzjoni ta’ Malta. Għalhekk, l-Ambaxxatur flimkien mal-Uffiċjal Diplomatiku ipparteċipaw f’attivitajiet organizzati minn skejjel ġewwa Madrid fejn indirizzaw studenti sabiex jipromwovu Malta bħala destinazzjoni mhux biss ta’ turiżmu imma wkoll bħala destinazzjoni għall-korsijiet tal-Ingliż. Dan isir ukoll fuq bażi ta’ kuljum meta d-dipartiment konslari jassisti diversi Spanjoli fil-mistoqsijiet tagħhom dwar dan is-suġġett.. Fil-ġranet li ġejjin, l-Ambaxxatur ser jagħti lecture organizzata minn ISDE (International Law, Foreign Trade and International Relations) ġewwa Barċellona. Minkejja ċ-ċokon tal-missjoni Maltija f’Madrid, l-Ambaxxatur u l-Uffiċjal Diplomatiku fi ħdan l-Ambaxxata jagħmlu l-almu tagħhom biex ikunu pre¿enti f’diversi attivitajiet li jsiru ġol-kapitali Spanjola biex pajjiża ikun preżenti u jagħti kontribut, b’mod partikolari bħala Stat Membru tal-UE, fid-diskussjonijiet li jsiru fid-diversi fora. Is-settur tat-turiżmu ħa spinta ‘l quddiem f’dawn l-aħħar snin hekk kif żdiedu t-titjiriet diretti bejn Malta u diversi bliet Spanjoli operati mill-kumpanji AirMalta, Iberia Express, Ryanair, Vueling u Volotea. F’dan il-qasam, l-Ambaxxata taħdem id f’id mal-kumpanija New Link. Oħrajn L-Ambaxxata fetħet paġna ta’ Facebook u Twitter bħala mezz sabiex ikollha kuntatt iktar mill-qrib mal-Maltin li jgħixu ġewwa Spanja u sabiex iżżomm lill-pubbliku infurmat fuq ix-xogħol tal-Ambaxxata.

Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi – approvazzjoni ta’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema mill-persuni li ġew approvati bħala ambaxxaturi mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, ippreżentaw il-kredenzjali tagħhom fil-pajjiżi rispettivi? Liema le u x’kienet ir-raġuni għal tali dewmien?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. interpellant li mit-tlettax (13)-il nomina li l-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi approva għall-ħatra ta’ ambaxxatur, seba’ (7) ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom fil-pajjiżi li għalihom ġew nominati. Dawn huma kif ġej: Ambaxxatur Ronald Micallef Etijopja Ambaxxatur Paul Mifsud Iran Ambaxxatur John Spiteri Slovenja Ambaxxatur Frank Zammit Santa Sede Ambaxxatur Charles Saliba Libya Ambaxxatur Ray Bondin Bulgarija Ambaxxatur Giovanni Xuereb Spanja Il-Ministeru rċieva l-agrément għan-nomina tal-persuni l-oħra li ġew nominati u approvati mill-Kumitat Permanenti, u kif inhi l-prassi diplomatika, qiegħed jistenna li jirċievi d-data ta’ meta l-ambaxxaturi nominati jistgħu jippreżentaw l-ittri tal-Kredenzjali tagħhom. Ninforma lill-Onor. Interpellant, li erba’ (4) mill-persuni approvati kienu nominati biex ikunu Ambaxxaturi mhux residenti għal żewġ (2) pajjiżi. F’każ wieħed biss, dak tal-Panama, il-Ministeru għadu qiegħed jistenna l-agrément

Ambaxxata ta’ Malta fil-Portugall — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Lisbona tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul din is-sena fl-Ambaxxata tagħna ġewwa Lisbona saret din il-ħidma diplomatika: Bilaterali Fuq livell bilaterali ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Portugal huma posittivi u matul din is-sena l-Ambaxxata Maltija f’Lisbona qed taħdem sabiex dawn ir-relazzjonijiet ikomplu jitjiebu u jissaħħu, speċjalment wara ż-żjara statali li l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta għamlet fil-Portugal f’Mejju tal-2018. Kummercjali Qed isir ħafna xogħol biex tingħata aktar ħajja lil Malta-Portuguese Chamber of Commerce. Dan qed isir permezz ta’ diversi laqgħat ma nies midħla sew fil-Kummerċ. Laqgħat oħra ta’ networking saru mal-President tal-Portuguese Enterprise Confederation (CIP), is-Sur Antonio Saraiva, il-President tal Portuguese Trade and Investment Organisation (AICEP) is-Sur Luis Castro Henriques kif ukol mas-Sur Bruno Bobone, ic-CEO tal Portuguese Chamber of Commerce and Industry (CCIP). Iż-żieda fil-titjiriet diretti minn Malta għall-Portugal irriflettiet sew fin-numru ta’ Portugizi li vjaġġaw lejn Malta. Matul is-sena 2018 dawn kien jammontaw għal total ta’ 21782, li jfisser żieda ta’ 122% fuq is-sena 2017 fin-numru ta’ Portugiżi li vjaġġaw lejn Malta kemm għal skop turistiku kif ukoll ta’ kummerċ. I-ċifri tas-sena 2019 diġa juru aktar titjib fuq is-sena 2018. Bħalissa ir-Ryanair topera tlett titjiriet fil-ġimgħa minn Malta għal Porto, filwaqt li l-Air Malta topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn Lisbona. F’dan ir-rigward l-ambaxxata ħadmet ma l-Air Malta sabiex tkompli ttejjeb l-iskeda ta’ titjiriet lejn Lisbona. Konsolari Qed issir ħidma biex jissaħħaħ in-network tal-Konsli Onorarji fil-Portugal. L-ambaxxata qegħda fil-proċess li tinnomina persuni sabiex jiġi appuntati Konsli Onorarji f’reġjuni differenti fil-Portugal. L-Ambaxxata kompliet toffri servizz liċ-ċittadini Maltin li jgħixu fil-Portugal, kif ukol Maltin li jivvjaġġaw lejn il-Portugal u jkunu jeħtiegu għajnuna. Dawn jinkludu ħruġ u tiġdid ta’ Passaporti, ħruġ ta’ dokumenti urgenti tal-Ivjaġġar, ċertifikar ta’ dokumenti. Ix-xogħol konsolari żdied konsiderevolment minħabba n-numri dejjem jiżdied ta’ Maltin li qed iżuru l-Portugal. Dan huwa dovut għaż-żiediet ta’ titjiriet diretti minn Malta għal Portugal li bħalissa huwa ta’ ħames titjiriet diretti minn Malta fil-ġimgħa. L-Ambaxxata kienet dejjem għad-disposozzjoni taċ-ċittadini Maltin u għall-pubbliku li jeħtieġu xi għajnuna anke fuq temi kummerċjali. Promozzjoni ta’ Malta Il-Malta Tourism Authority ħadet sehem għall-ewwel darba fil-fiera speċjaliżżata tat-turiżmu f’Lisbona f’Marzu 2019 u l-ambaxxata offriet is-servizzi tagħha għal dan il-għan. Kultura L-ambaxxatur kellu laqgħa mas-Sinjura Isabel Mota, President tal-Gulbenkian Foundation fejn ippre¿entalha l-ktieb tiegħu ‘The Politics of Art’ lill-Gulbenkian Art Library.

Kummissjoni Għolja Maltija fir-Renju Unit — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma diplomatika saret fil-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra tul din is-sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul din is-sena fil-Kummisjoni Għolja Maltija saret din il-ħidma: Bilaterali Brexit u s-sitwazzjoni politika ġewwa r-Renju Unit iddominaw ix-xogħol bilaterali tal-Kummissjoni Għolja matul l-aħħar sena. Dawn l-aħħar xhur il-Kummissarju Għoli u l-uffiċjali tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta ġewwa r-Renju Unit attendew diversi briefings u laqgħat sabiex iżommu dan il-Ministeru aġġornat dwar in-negozjati u l-proċess tal-Brexit, is-sitwazzjoni politika ġewwa r-Renju Unit u l-impatt li dawn jistgħu ikollhom fuq pajjiżna. Il-Kummissarju Għoli kellu diversi laqgħat ma’ uffiċjali għolja fil-Foreign and Commonwealth Office (FCO), bl-istess għan, kif ukoll sabiex ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u r-Renju Unit ikomplu jissaħħu u l-ftehim li saru f’dawn l-aħħar snin jibqgħu fis-seħħ, anke wara li r-Renju Unit ikun ħareġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Għolja kompliet ukoll issegwi mill-qrib ix-xogħol u l-inizzjattivi li ġew imnedija mill-Commonwealth, kif ukoll l-iżviluppi fir-riforma tal-Commonwealth li bdew waqt il-Presidenza ta’ Malta, liema Presidenza bdiet fil-laqgħa taċ-CHOGM li saret Malta fl-2015 u ġiet fi tmiemha fl-2018. Ta’ min wieħed ifakkar, li bħalissa r-Renju Unit huwa c-Chair in Office wara iċ-CHOGM li ltaqa’ ġewwa Londra f’April ta’ l-2018 u Malta għadha taħdem fil-qrib mar-Renju Unit fl-ambitu ta’ din l-organizzazzjoni. Matul dawn l-ewwel xhur tas-sena, f’Londra kien hemm diversi żjarat tal-Ispeaker, Ministri u Segretarji Parlamentari. Dan huwa xiehda tal-ħidma kontinwa sabiex ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Renju Unit, u anke l-Commonwealth, ikomplu jissaħħu. Ta’ min issemmi l-laqgħa li kellu l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat mal-Prim Ministru Ingliż, Theresa May fil-11 ta’ Frar 2019. Waqt din il-laqgħa ġew diskussi l-aħħar żviluppi fuq il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, ta’ min wieħed jinnota li numru ta’ pajjiżi, speċjalment dawk membri fil-Commonwealth, ikunu akkreditati bħala Ambaxxaturi u Kummissjarji Għolja mhux residenti għal Malta, minn Londra. F’dan il-kas, il-Kummissjoni Għolja hija l-pont li jgħaqqad lil dawn il-pajjiżi ma’ Malta. Hija prassi li qabel l-Ambaxxaturi jew Kummissarji Għolja jinżlu Malta jippreżentaw il-Kredenzjali tagħom lill-President, jagħmlu żjara ta’ kortesija lill-Kummissarju Għoli. B’dan il-mod jinżammu wkoll ħajjin ir-relazzjonijiet bejn Malta u dawn il-pajjiżi li jkunu akkreditati għal pajjiżna minn Londra. Eżempju żgħir ta’ kif il-ħidma ma’ dawn il-pajjiżi hija kontinwa: Fl-20 ta’ Mejju ta’ din is-sena, grazzi għal ħidma kontinwa tal-Kummissjoni Għolja ta’ Malta u dik tas-Seychelles f’Londra, flimkien mal-Ministeri rispettivi tal-Affarijiet Barranin, ġie iffirmat Memorandum ta’ Ftehim (MoU) bejn iż-żewġ Ministeri għal aktar kooperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjżi, waqt ċerimonja qasira li saret fil-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra. Kummerċjali Il-Kummissjoni Għolja appoġġjat lil-Malta Business Network (MBN) fl-inizzjattivi u laqgħat li negħdiet matul dawn ix-xhur billi għenet lil dan in-network fl-organizzazzjoni ta’ xi riċevimenti li saru ġewwa l-Kummissjoni Għolja, fosthom wieħed li ġie indirizzat mill- Prof. Edward Scicluna, Ministru tal-Finanzi, f’Jannar li għadda. Il-Kummissjoni Għolja ħadmet ukoll mal-Malta Enterprise fix-xogħol li qiegħed isir mal-Organizzazzjoni għall-Kummerċ Estern tal-Ġappun (JETRO), li għandha uffiċċju ġewwa Londra, sabiex jissaħħu r-rabtiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Għolja tagħti s-sapport kollu meħtieġ lir-Rappreżentant ta’ Malta Enterprise, fid-diversi laqgħat u seminars, li jiġu organizzati minn żmien għal żmien fil-Kummissjoni Għolja. L-aħħar wieħed minn dawn is-seminars ġie organizzat fit-30 ta’ Mejju 2019. Fi Frar ta’ din is-sena, waqt il-Konferenza ICE, gathering importanti tal-iGaming li ssir Londra kull sena, il-Kummissjoni Għolja assistiet lil Malta Gaming Authority (MGA) f’organizzazzjoni ta’ riċeviment f’lukanda ewlenija f’Londra, li għalih attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-settur tal-Gaming, l-Onor. Silvio Schembri. Kulturali Matul l-ewwel ħames xhur tas-sena l-Kummissjoni Għolja kompliet bil-preparamenti tagħha ghall-Malta Day UK, li din is-sena ser tiġi ċċelebrata fis-7 ta’ Settembru 2019. F’Marzu li għadda, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Commonwealth Day (ikkommemorata kull sena fil-11 ta’ Marzu), il-Kummissjarju Għoli attenda l-Commonwealth Service f’Westminster Abbey. Bi dmir u b’sens ta’ rikonoxximent lejn dawk li taw ħajjithom waqt li kienu qed iservu waqt il-gwerer, il-Kummissarju Għoli kif ukoll l-uffiċjali fi ħdan il-Kummissjoni Għolja jattendu, b’mod regolari, memorial services organizzati f’Londra u fil-madwar. Konsolari Il-figuri u l-kummenti li ġejjin jinkludu t-totali tal-istatistika uffiċjali tas-servizzi li jiġu pprovduti fi ħdan il-Kummissjoni Għolja fit-taqsima Konsolari. Matul din is-sena kompliet ukoll il-ħidma tal-Konsolat fuq Consul on the Move. Kwa¿i kollox jinsab lest sabiex il-Konslu fi ħdan il-Kummissjoni Għolja titla’ Edimburgu, fl-Iskozja, fl-aħħar ta’ Ġunju sabiex toffri s-servizzi Konsolari minn hemm fuq jumejn. Emergency Travel Documents - Dokumenti ta’ vvjaġġar ta’ Emerġenza Mill-bidu tas-sena elfejn u dsatax, total ta’ żewġ dokumenti ta’ vvjaġġar ta’ emerġenza ngħataw lil ċittadini Maltin li ma kellhomx dokumenti validi sabiex jaslu lura Malta. Passaporti Mill-bidu ta’ din is-sena, in-numru ta’ applikazzjonijiet li rċieva l-konsolat huwa ta’ ‘l fuq minn erba’ mija u ħamsin (450) applikazzjoni. Minn dawn l-applikazzjonijiet, madwar tlett mija u ħamsin passaport inħarġu lil ċittadini Maltin li jġħixu fir-Renju Unit. Kwazi mitejn passaport minnhom, kienu l-ewwel passaport Malti tal-applikant. Ċittadinanzi Minn Jannar 2019 sa Mejju ta’ din is sena, il-Konsolat laqa’ tlett mija u ħamsa u erbgħin (345) applikazzjoni minn individwi li jgħixu fir-Renju Unit u li jixtiequ li jikkonfermaw iċ-ċittadinanza Maltija tagħhom. L-applikazzjonijiet milqugħa huma ta’ dawk l-individwi li qed jakkwistaw iċ-Ċittadinanza Maltija, permezz ta’ reġistrazzjoni, naturalizzazzjoni u permezz tat-twelid tagħhom. Ingħata ’l fuq minn mitt ċertifikat li jikkonferma ċ-Ċittadinanza Maltija ta’ dawn l-applikanti. Reġistrazzjonijiet Minn Jannar tal-2019, erba’ mija u erbgħa u tletin (434) applikazzjoni ġew sottomessi fil-Konsolat. Dawn l-applikazzjoniet kollha ġew proċessati u ntbagħtu lir-Reġistru Pubbliku Malti. Minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu ’l fuq minn mitejn u tmenin (280) reġistrazzjoni ta’ twelid, u aktar minn mitt (100) applikazzjoni ta’ żwieġ u divorzju u ’l fuq minn erbgħin (40) annotazzjoni ta’ ismijiet. Legalizzazzjonijiet Fil-Konsolat saru kważi ħamsin (50) legalizzazzjoni ta’ dokumenti Maltin li l-applikanti kellhom b¿onn awtentifikazzjoni tagħhom sabiex ikunu jistgħu jissottomettu d-dokumenti tagħhom għand l-uffiċċji pertinenti ġewwa Malta. Pensjonijiet Barra l-mistoqsijiet li ġew imwieġba b’ittri, fuq it-telefon jew bl-imejl, il-Konsolat ħareġ fuq seba’ mitt (700) ittra lil kull pensjonant li jgħix ġewwa r-Renju Unit. Total ta’ iktar minn tlett elef (3000) pensjoni ġew imħallsa. VISAS Mill-bidu tas-sena, tmien mitt (800) applikazzjoni ġew sottomessi minn applikanti residenti fir-Renju Unit u li jixtiequ jżuru l-gżejjer Maltin. Minn dawn, inħarġu seba’ mitt visa (700). Darba fix-xahar, rappre¿entati tal-Kummissjoni Għolja u VFS Global (li hija l-kumpanija inkarigata mill-Kummissjoni Għolja sabiex tilqa’ applikazzjonijiet ta’ VISAS fiċ-ċentri tagħha madwar ir-Renju Unit), jiltaqgħu sabiex jiddeterminaw l-aħjar mod ta’ kif jittejjeb is-servizz mogħti. BREXIT F’dawn l-ewwel ħames xhur tas sena, il-konsolat irċieva madwar erba’ mija u ħamsin (450) mistoqsija dwar BREXIT u d-drittjiet taċ-Ċittadini Maltin wara li jseħħ BREXIT. Minn dawn l-erba’ mija u ħamsin, tlett mija (300) minnhom ġew imwieġba fuq il-linja diretta tal-Kummissjoni Għolja. Ħmistax-il telefonata ntlaqgħu fuq il-linja dedikata għall-mistoqijiet fuq BREXIT. Rappreżentati tal-Konsolat attendew total ta’ seba’ laqgħat flimkien mal-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Ewropa mill-bidu tas-sena. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi l-problemi li qed jaffaċċjaw iċ-ċittadini Ewropej fir-Renju Unit. Flimkien ma’ rappreżentanti mill- Home Office tar-Renju Unit, ġew diskussi ukoll fid-dettall id-diversi aspetti tal-iskema l-ġdida magħrufa bħala Settled Status u kif jistgħu jiġu mħarsa d-drittijiet taċ-Ċittadini Ewropej. Informazzjoni pertinenti ġiet ikkomunikata maċ-Ċittadini Maltin permezz ta’ tagħrif fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook. Is-sezzjoni medika Il-Kummissjoni Għolja għandha rwol importanti fl-għajnuna loġistika li tingħata lill-pazjenti Maltin li jintbagħtu għall-kura fir-Renju Unit, fejn taħdem mill-qrib mal-Ministeru tas-Saħħa. F’dan il-kuntest ukoll, il-Kummissjoni Għolja estendiet l-assistenza kollha tagħha lill- E.T. Marie Louise Coleiro-Preca, President Emeritus, waqt l-aħħar żjara tagħha fir-Renju Unit sabiex iżżur pazjenti Maltin li jinsabu għall-kura fir-Renju Unit. Ta’ min jinotta li l-Kummissjoni Għolja żżomm kuntantt regolari ma’ l-ordnijiet reliġjuzi li joffru s-support tagħhom lill-pazjenti Maltin li jkunu qed jingħataw il-kura fir-Renju Unit. L-aħħar laqgħa li saret kienet fit-30 t’April. Promozzjoni ta’ Malta Il-Kummissjoni Għolja tippromwovi l-pajjiżna b‘ diversi modi, sew jekk fil-media jew avvenimenti lokali, kif ukoll billi tassisti Ministeri oħra, l-Awtorita tat-Turizmu Maltija (MTA) u l-Air Malta, fost l-oħrajn, fl-inizzjattivi u l-avvenimenti li jiġu organizzati ġewwa r-Renju Unit. Oħrajn Londra hija wkoll il-belt li tospita s-sede tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO). Bħala stat b’vokazzjoni marittima, Malta hija membru attiv ta’ din l-Organizzazzjoni Internazzjonali. Il-Kummissjoni Għolja, flimkien mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozjoni tal-Kummerċ kif ukoll mal-Ministeru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jaħdmu li l-interessi ta’ pajjiżna jiġu promossi u mħarsa. Dan anke fl-isfond tal-kandidatura ta’ Malta għal Kategorija Ċ tal-Kunsill ta’ din l-Organizzazzjoni Internazzjonali, li mistennija sseħħ fl-aħħar ta’ din is-sena, waqt l-Assemblea Ġenerali li jmiss.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċaċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9565.

Central Mediterranean Security Initiative — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex sejrin jittieħdu inizzjattivi oħra tul din is-sena fi ħdan is-Central Mediterranean Security Initiative (CMSI) u jista’ jinforma x’kien r-riżultat tal-laqgħa li saret f’ April 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tieni edizzjoni tal-Inizjattiva Dwar is-Sigurta Tal-Mediterran Centrali (CMSI) saret mill-1 sal-5 ta’ April 2019, sena wara l-ewwel edizjoni ta’ April 2018 . Din l-Inizjattiva teżamina r-rwol emerġenti u ewlieni li għandha Malta fil-qasam tas-sigurtà fil-Mediterrann Ċentrali u li ġabet flimkien l-awtoritajiet kompetenti mill-Eġittu, Italja, Franza, Libja, Malta, t-Tuneżija u l-Istati Uniti, fosthom id-Dwana, l-Forzi Armati, l-Pulizija u d-Divijoni tal-Kummerċ u esperti fuq Sanzjonijiet ta’ Malta. Matul il-jiem ta’ l-Inizjattiva, saru diskussjonijiet fuq ix-xogħol li qed isir u kif il-koperazzjoni reġjonali tista’ tiġi msaħħa iktar f’diversi oqsma. Ir-riżultat ewlieni ta' din l-Inizjattiva huwa s-suċċess tagħha: Malta kospitat din l-inizzjattiva mal-Ambaxxata Amerikana f’Malta u l-ħsieb huwa li tkompli ssir din il-ħidma fi gruppi ffukati bejn il-pajjiżi parteċipanti biex ikompli jitkattar l-iskambju ta' informazzjoni reġjonali u tissaħħaħ r-responsabbiltà reġjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organiżżata transnazzjonali.

Le Sommet des Deux Rives — sehem ta' Malta fil-Laqgħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'sehem se jkollu pajjiżna fil-laqgħa msejħa 'Le Sommet des Deux Rives' li għandu jsir f’Marsilja Franza fl-24 ta’ Ġunju 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nhar it-Tlieta, 28 ta’ Mejju 2019, waqt laqgħa teknika fil-gżejjer ta’ Les Embiez, Franza, il-gvern Franċiż ħabbar li l-laqgħa hekk imsejħa “Sommet des Deux Rives” fl-24 ta’ Ġunja 2019 ser tiġi ospitata f’Marsilja. Din il-laqgħa se ġġib flimkien għall-ewwel darba, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tad-Djalogu 5+5 tal-Mediterran tal-Punent, l-Unjoni Ewropea u l-Ġermanja, żewġ organizzazzjonijiet Mediterranji (Unjoni għall-Mediterran u l-Fondazzjoni Anna Lindh), erba' istituzzjonijiet internazzjonali (Bank Dinji, Bank Ewropew għall-Investiment, Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku) u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili miż-żewġt ixtut tal-Mediterran (kull pajjiż se jkun rappreżentat minn għaxar membri tas-soċjetà ċivili) li mistennija jippreżentaw numru ta' inizjattivi /proġetti li ħarġu mill-ħames fora preparatorji, possibilment bl-appoġġ finanzjarju tal-istituzzjonijiet preżenti. Ser issir ukoll laqgħa ta’ tħejjija f'Tunis fil-11 u t-12 ta' Ġunju 2019 fejn mistennija jiġu magħzula l-proġetti. Bi tħejjija għal dan is-Sommet, saru ħames fora preparatorji, inkluż wieħed f'Malta fl-24 u l-25 ta'April 2019 li ffoka fuq iż-Żgħażagħ, l-Edukazzjoni u l-Mobbiltà. Dan il-Forum, li ġie organizzat b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Anna Lindh u żewġ Universitajiet Svizzeri, l'Università della Sivizzera Italiana (Lugano) u l'Institut de hautes études internationales et du développement (Ġinevra), laqqa flimkien madwar 160 parteċipant mill-għaxar pajjizi membri, inkluż mexxejja żgħażagħ, edukaturi, prattikanti tas-soċjetà ċivili u esperti interkulturali. Sar bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, u b’koperazzjoni mal-Unjoni għall-Mediterran (UfM), l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (MEDAC), iċ-Ċentru għall-Integrazzjoni tal-Mediterran (CMI) u l-Grupp tal-Bank Dinji, l-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Aġenzija Żgħażagħ. Matul dan il-forum ġew ippreżentati 38 inizjattiva / proġetti li għandhom l-għan li jqiegħdu ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja. Barra minn hekk, rappreżentanti mis-soċjetà ċivili Maltija jippreżentaw numru ta’ inizjattivi ukoll fil-fora li saru dwar l-Enerġiji fl-Alġerija, il-Kultura, il-Medja u t-Turiżmu f’Montpellier, l-Ekonomija u l-Kompetittività fir-Rabat, il-Marokk u dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli f’Palermo.

European Asylum Support Office — inizzjattivi mill-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu bejn il-Ministeru u l-European Asylum Support Office tul is-sena li għaddiet u din is-sena? Jista’ jgħid jekk hemmx kwistjonijiet pendenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018 il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u l-European Asylum Office (EASO) kienu msieħba fit-tieni edizzjoni tal-inizjattiva tal-‘Migration Media Award’. Din l-inizjattiva hija mħejjija b’kollaborazzjoni bejn il-pogramm ta’ fundi tal-Unjoni Ewropea Euromed Migration IV, mmexxija mill-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) u l-Open Media Hub. Il-‘Migration Media Award’ ifittex li jippremja l-eċċellenza ġurnalistika fir-reġjun Ewro-Mediterranju u jippromwovi rappurtar dwar il-migrazzjoni ibbażat fuq il-fatti. Din is-sena l-Ministeru u l-EASO huma għal darb'oħra msieħba fit-tielet edizzjoni tal-‘Migration Media Award’, flimkien mal-Bank Ewropew għall-Investiment. Iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni hija mistennija li ssir lejn l-aħħar tal-2019. Il-kwistjonijiet imqajma mill-EASO jirrigwardaw privileġġi għall-Membri tal-Persunal u l-Organizzazzjoni nnifisha, privileġġi li kemm il-membri u l-Organizzazzjoni huma intitolati taħt il-Ftehim dwar is-Sede bejn il-Gvern ta' Malta u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Ażil, iffirmat fl-24 ta 'Mejju 2011 kif ukoll il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Avviż Legali 2016/2014