Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14351 u jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din l-aħħar sena ma’ ngħatat l-ebda direct order għall-fotografi jew vidjografi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx deċiżjoni li tinbena High Commission ġdida ġewwa l-Ghana, wara li sena ilu, f’Jannar tal-2023, il-Ministru kien inawgura l-ftuħ tal-ewwel High Commission f’dan il-pajjiż?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi wara investiment sostanzjali li kien sar fil-binja li llum isservi bħala Kummissjoni Għolja fil-Ghana, kont jien stess li inawgurajt din l-istess binja f’Jannar 2023.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li ngħatatli ma jirriżultax li hemm persuni fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13861 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jgħid jekk kellimx lill-Ministru għall-Intern u lill-Kummissarju tal-Pulizija, biex jitolbu lill-Kummissarju Għoli Malti għall-Ghana għal aktar tagħrif u anke biex jekk ikun il-każ, tiġi involuta l-INTERPOL?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat. Intenni li l-Ministeru li jien responsabbli minnu huwa dispost li jikkollabora mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż fi kwalunkwe stħarriġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13860 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12638, jista’ l-Ministru jipprovdi d-data ta’ meta ġie maħtur il-Kummissarju ta' Malta għall-Ghana u sa meta twassal din il-kariga? Jista’ jgħid jekk dan l-uffiċjal hux se jerġa’ jgħaddi għall-iskrutinju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi biex jiġi kkonfermat jew le?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkarigu tal-Kummissarju Għoli inkwestjoni beda fis-26 ta’ Frar 2019, liema terminu f’dan l-istadju huwa maħsub li jintemm fl-24 ta’ Frar, 2025. Skont il-provvedimenti tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, sa issa ma kienx hemm il-ħtieġa li l-persuna inkwestjoni tgħaddi għal darba oħra mill-iskrutinju tal-Kumitat Parlamentari dwar il-Ħatriet Pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13859 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12640, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx verifika tad-dokument uffiċjali tal-Ministeru tiegħu, datat 24-28 Lulju 2017, liema dokument jikkonferma illi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament kien gideb lill-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi meta ma semmiex li kien għadu fin-negozju mal-individwu maħrub minn Malta (‘fugitive’) li skont il-Kummissarju tal-Istandards, kellu international arrest warrant? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk l-istess individwu nħallx biss mir-rabta wara l-ħatra tiegħu bħala Kummissarju Għoli u allura jekk kienx fin-negozju mal-maħrub kemm meta huwa kien uffiċjalment Konslu għal Malta kif ukoll waqt li kien taħt l-iskrutinju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, kif inhuwa mistenni li jsir, ma jindaħalx fl-iskrutinju parlamentari li jitwettaq mill-Kumitat Parlamentari dwar il-Ħatriet Pubbliċi. Dwar f’liema stadju ġew maħlula r-rabtiet azjendali, nitolbu jirreferi għal ‘Dokument F’ anness mar-rapport maħruġ mill-Kummissarju għall-iStandards dwar Każ K/023. F’dik l-ittra datata 12 ta’ Mejju tas-sena 2020 mgħoddija lill-Kummissarju għall-iStandards mill-predeċessur tiegħi, fiha kien għadda wkoll dikjarazzjoni mressqa mill-persuna inkwestjoni fejn kiteb hekk: ‘Allow me to reiterate that after my appointment I took the decision to slowly remove all the companies I had, as not to create any possible doubt of conflict of interest as this was raised by the public appointments committee. I did this knowing I had the right to keep ownership of such companies’. Mill-konfermi li waslu bil-miktub, diġà riferuti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12640, nikkonferma li tali rabtiet azjendali kienu kollha maħlula sas-7 ta’ Frar 2020.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13332 u 13820 u jgħid x’passi kienu ttieħdu mill-Ministeru tiegħu dwar l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika kif jidher f’paragrafu 81 tar-rapport Case No.: K023 datat 20 ta' Jannar 2020?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat. Intenni li l-Ministeru li jien responsabbli minnu huwa dispost li jikkollabora mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż fi kwalunkwe stħarriġ.
Nikaragwa — Persekuzzjoni fil-konfront tal-Knisja Kattolika - Pożizzjoni li ttieħdet mill-Istat Malti
Question
In vista tal-arresti u persekuzzjoni li għaddejja fin-Nikaragwa fil-konfront tal-Knisja Kattolika, jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni ttieħdet mill-Istat Malti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta tinsab imħassba ħafna bis-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar fin-Nikaragwa fejn membri tal-Knisja Kattolika qed jiġu ppersegwitati u mċaħħda mil-libertà tagħhom speċjalment matul il-perjodu tal-Milied. Inħeġġeġ lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa biex jeħilsu lil dawk il-membri tal-kleru li ġew detenuti inġustament u jimpenjaw ruħhom fi triq ta’ djalogu biex jegħlbu kwalunkwe diffikultajiet.
Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda — Rapport ta’ ħidma
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda matul is-sena li għaddiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda ta’ matul l-aħħar sena.
Ministeru għall-Affrijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Nefqa fuq rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m'hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13729.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Nefqa fuq fjuri għal funeraliNefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu n-negozjati u għala qed isiru bejn il-Gvern u s-Santa Sede dwar ftehim ġdid li jirregola l-proprjetà immobbli li l-Knisja Kattolika għaddiet lill-Istat Malti fl-1991?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati bejn il-Gvern u s-Santa Sede dwar Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim tal-1991 bejn iż-żewġ partijiet dwar propjetà immobbli li l-Knisja Kattolika għaddiet lill-Istat Malti bdew fl-14 ta’ Frar 2023 wara t-talba min-Nunzjatura Appostolika tas-Santa Sede f’Malta. L-għan ta’ dawn in-negozjati huwa li jinstabu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet pendenti u diffikultużi fl-implimentazzjoni tal-ftehim tal-1991. Għan ewlieni ieħor huwa li jitqiesu r-realtajiet preżenti tal-pajjiż, tletin sena wara li ġie ratifikat il-ftehim.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13997.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12640, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx verifika tad-dokument uffiċjali tal-Ministeru tiegħu, datat 24-28 Lulju 2017, liema dokument jikkonferma illi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament kien gideb lill-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi meta ma semmiex li kien għadu fin-negozju mal-individwu maħrub minn Malta (‘fugitive’) li skont il-Kummissarju tal-Istandards, kellu international arrest warrant? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk l-istess individwu nħallx biss mir-rabta wara l-ħatra tiegħu bħala Kummissarju Għoli u allura jekk kienx fin-negozju mal-maħrub kemm meta huwa kien uffiċjalment Konslu għal Malta kif ukoll waqt li kien taħt l-iskrutinju tal-Kumitat dwar il-Ħatriet Pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.