Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 20985

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infrumat li ma sar l-ebda ħlas lid-ditta li tirreferi għaliha din il- mistoqsija mis-sena 2013 sal-lum.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej dejjem ta l-attenzjoni meħtieġa sabiex il-binjiet tiegħu ikunu miżmuma fl-aħjar mod possibbli anke f’dak li huwa l-ambjent tal-binjiet. Fost il-manutenzjoni kontinwa li ssir, matul is-snin 2013/2014 tqiegħdu 6 siġriet taż-żebbuġ fil-bitħa ta’ Palazzo Parisio. Dawn saru wara li ġie innutat li s-siġar taċ-ċitru li kien hemm kienu qed jimirdu u kellhom bżonn jiġu kkurat l-Għammieri. Fl-2016 inxtraw 74 pjanta li tqassmu f’postijiet differenti tal-Ministeru fosthom fl-entratura sabiex isebbħu l-ambjent tal-binja. Fl-2018 inxtraw 11-il pjanta sabiex jissebbħu sezzjonijiet tal-Ministeru fosthom f’waiting room li tilqa’ lill-pubbliku. Mill-2012 sal-2018 l- Farm tal-Għammieri kien jibgħat numru ta’ Ponsjetta fil-Milied sabiex jintużaw bħala dekorazzjoni għall-istaġun tal-Milied. Dan ma baqax isir fis-snin ta’ wara minħabba li l-Għammieri ma baqax jissupplixxi dawn il-pjanti. Xitel u pjanti jinbidlu regolarment, sallum, minn ELC skont il-ħtieġa.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza ministerjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej hija BMW 7 Series. Din l-istess karozza tinkera bi prezz ta’€ 32.66 kuljum.

Vjaġġi ta' Trasport ta' Ikel u Xorb minn Malta għal-Libja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21349 u jagħti rendikont ta' kemm saru vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja bħala għajnuna umanitarja għal immigranti maqbuda fil-Libja minn nhar l-1 ta' Marzu 2020 sa nhar it-30 ta' April 2020? Jista' l-Ministru jgħid f'liema data sar kull wieħed minn dawn il-vjaġġi, jgħid l-isem u l-kunjom tal-persuna u/jew tal-kumpanija li ġiet inkarigata biex tikkordina u/jew torganizza kull wieħed minn dawn il-vjaġġi kif ukoll jgħid l-isem ta' kull bastiment li wettaq dawn il-vjaġġi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-parametri tar-riżorsi tagħha, Malta hi dejjem lesta li tgħin kull fejn ikun hemm sfidi umanitarji, mhux l-inqas fil-pajjiżi ġirien tagħna. Iċ-ċirkostanzi jvarjaw f’kull każ.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — persons of trust u positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej m’għandux entitajiet jaqgħu taħtu.

Senior Councillors

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19527, jista’ l-Ministru jivverifika mill-ġdid il-pożizzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'żieda ma' dak li kien imwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 19527, nista' nikkonferma wkoll li hemm senior counsellor li bħalissa jinsab iservi bħala Ambaxxatur u ieħor li jinsab iservi bħala Konslu Ġenerali. Nikkonferma wkoll li l-unika senior counsellor li għadu qatt ma serva bħala Ambaxxatur, Kummissarju f'Kummissjoni Għolja jew Rappreżentant Permanenti diġà kien offrut il-possibilità li jagħmel dan, iżda tali proposti eventwalment ma mmaterjalizzawx għal raġunijiet li l-individwu in kwestjoni diġà huwa mgħarraf bihom. il-Ministeru jinkoraġġixxi ħatriet ta' diplomatiċi tal-karriera fl-irwoli msemmija kif uwa bix-xieraq li jsir.

Vjaġġi ta' Trasport ta' Ikel u Xorb minn Malta għal-Libja

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm saru vjaġġi ta' trasport ta' ikel u xorb minn Malta lejn il-Libja bħala għajnuna umanitarja għal immigranti maqbuda fil-Libja minn nhar l-1 ta' Marzu 2020 sa nhar it-30 ta' April 2020? Jista' l-Ministru jgħid f'liema data sar kull wieħed minn dawn il-vjaġġi, jgħid l-isem u l-kunjom tal-persuna u/jew tal-kumpanija li ġiet inkarigata biex tikkordina u/jew torganizza kull wieħed minn dawn il-vjaġġi kif ukoll jgħid l-isem ta' kull bastiment li wettaq dawn il-vjaġġi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Humanitarian Protection

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nies bil-Humanitarian Protection u kemm għandhom status ta’ refuġjat? Kemm minnhom ilhom b’dan l-istatus 10 snin jew iktar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill Onor. Interpellant sabiex jirrefferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mill-2017 ‘l hawn ma kien hemm l-ebda entità li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej li talbet mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union.

Estradizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn barranin qed jistennew estradizzjoni lejn pajjiżhom? Jista’ jgħid lejn liema pajjiż se jkunu estraditi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-entitajiet u awtoritajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġizlatura għall-mistoqsijet parlamentari 12908 u 18171.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi ma ngħatawx Direct Orders jew Tenders jew impjieg lill-persuna li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20482 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol. Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant. Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — position of trust – persuni mlaqqma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minnbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi, għal tagħrif personali, il- Ministeru m’għamilx l-ebda arraġamenti li biex l-ħaddiema tal-Ministru jiġu mlaqqma.

Korp Diplomatiku – ftehim kollettiv

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19014, jista’ l-Ministru jara u hekk jinforma l-Kamra jekk il-persuni kollha li huma intitolati għal żidiet ai termini tal-ftehim imsemmi, qegħdin effettivament jirċievu dan, għax jidher li ma humiex?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 19014, ninsab infurmat li biex jiġi mplimentat fis-sħiħ il-ftehim kollettiv li ġie ffirmat mal-Korp Diplomatiku, jonqos jitħallsu d-differenzi tal- Post Adjustment Allowance (PAA) , skont il-Manwal tal-Kundizzjonijet tas-Servizz, tal-uffiċjali li ġew assimilati f-iskali 6 u 8. Dawn kienu tħallsu l- PAAs fi-skali 7 u 9 rispettivament.

Malta Based Officers u Locally Engaged Staff

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’inhuwa n-numru ta’ Malta Based Officers (MBO) u Locally Engaged Staff (LES) komplessivament kif ukoll għal kull missjoni u jistax jiġi indikat x’inhuwa xogħolhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Ministeru għandu 140 Malta Based Officers u 204 Locally Engaged Personnel imqassmin kif inhuma fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Locally Engaged Personnel huma ingaġġati primarjament għal xogħol amministrattiv jew għal funzjoni ta’ segretarju, sabiex jassistu MBOs fil-proċessi ta’ Visa u dak konsolari u sabiex jagħmlu xogħol ta’ traduzzjoni. Il-funzjoni ta’ LEP tista’ wkoll tinkludi xogħol ta’ sewwieq u/jew cleaner/maids skont l-esigenzi tal-missjoni. Ir-rwol ta’ Malta Based Officer, jiġifieri uffiċjal fid-diplomazija, tvarja skont in-natura tal-missjoni. Missjoni bilaterali tiffoka prinċipalment fuq ir-relazzjoni bejn Malta u l-pajjiż li qed jospita il-missjoni. Dik multilaterali tiffoka fuq ir-relazzoni bejn Malta u organizzazzjonijiet internazzjonali u missjoni konsolari tiffoka fuq xogħol konsolari. Il-missonijijiet Bilaterali u Multilaterali jieħdu ħsieb ukoll xogħol ieħor li jkun meħtieġ. Il-missjonijiet kollha jikkontribwixxu sabiex jippromwovu lil Malta f’kull qasam possibbli.