Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – ftehim ta’ prestazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta' prestazzjoni tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati u li ġie milħuq bejn is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru responsabbli għall-ġustizzja u l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati skont dak li jipprovdi l-artikolu 9 tal-Ordni għat-Twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (Leġizlazzjoni Sussidjarja 595.34)?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nirreferi lill-Onor interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18777.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sat-2 ta’ Frar li għadda, l-impjegati u r-rwoli tal-ħaddiema fl-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati – impjegati li rriżenjaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna rriżenjat mill-impjieg tagħha minn mal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mit-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jagħti l-kariga ta' kull persuna li rriżenjat u d-data u r-raġuni tar-riżenja tagħha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li mid-data tat-twaqqif tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati, Malta u Għawdex irriżenjaw mill-impjieg tagħhom 12-il impjegat.
Jista' l-Ministru jgħid x'pariri rċieva mingħand l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati mid-data tat-twaqqif tagħha fis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija tkun f’kuntatt kontinwu mal-Ministeru u mal-Ministru, u jsiru diskussjonijiet b’mod regolari dwar is-set up tal-Aġenzija, dwar ir-ri¿orsi umani, dwar inizzjattivi fl-użu tal-informatika, dwar proġetti kapitali, dwar is-sitwazzjoni tal-Pandemija u kif qed timpinġi fuq l-operat tal-Qrati, dwar proġetti kapitali, dwar emendi legali u dak kollu li jkun ta’ mportanza u li tkun tinħtieġ diskussjoni f’livell ta Ministeru.
Convention on Access to Official Documents tal-Kunsill tal-Ewropa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jiffirma l-Convention on Access to Official Documents tal-Kunsill tal-Ewropa, b'referenza CETS No. 2015? Jekk le, jista' jindika r-raġuni għalfejn mhuwiex se jiffirmaha?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess se jibda jitmexxa b'mod immedjat, sabiex l-ewwel u qabel kollox isir Impact Assessment mill-Uffiċċju tal-Avukat ta' l-Istat a bażi ta' liema Assessment jittieħdu l-passi neċessarji favur il-firma u/jew ir-ratifika ta’ tali Konvenzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta’ probation, jew sentenza sospiża jew b’superviżjoni ġiet mogħtija tul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ pajjiżna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta fl-2020 kien hemm 153 sentenza sospiza mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati u 45 sentenzi sospiza mogħtija mill-qrati superjuri. Ma tinzammx statistika fir-rigward ta’ probation jew supervizjoni.
Fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm 4 sentenzi ta’ ħabs sospizi, 3 sentenzi ta’ Probation Order u sentenza ta supervizjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi li fihom kien hemm ordni ta’ Community Order tul is-sena li għaddiet fil-Qrati tagħna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 fil-Qorti ta’ Malta kien hemm tmien (8) sentenzi ta’ Community Order u fil-Qorti ta’ Għawdex kien hemm sentenza waħda (1) ta’ Community Order.
Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri – Każijiet u persuni reġistrati fir-Reġistru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet u persuni reġistrati fir-reġistru taħt l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti tagħna fl-aħħar tas-sena 2020?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar tas-sena 2020 kien hemm 85 persuna reġistrata fir-Reġistru tal-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Ġurisdizzjoni Volontarja), għalkemm hemm 86 reġistrazzjoni mniżżla fl-istess Reġistru. Dan minħabba l-fatt li persuna waħda hija reġistrata darbtejn b’żewġ sentenzi separati.
Artikolu 166a – preżentazzjoni ta’ ittri uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali fil-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet 2020 u jista’ jindika kemm kienu taħt l-Artikolu 166a?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li matul is-sena 2020:
Fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati 10,898 ittra uffiċjali. Minn dawn l-ittri uffiċjali, 3,353 kienu maħruġa taħt l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Fil-Qorti ta’ Għawdex ġew ippreżentati 567 ittra uffiċjali. Minn dawn l-ittri uffiċjali, 208 kienu maħruġa taħt l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati ta’ sekwestru tul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ pajjiżna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2020 fil-Qorti ta’ Malta ġew preżentati 1,871 mandat ta’ sekwestru u fil-Qorti ta’ Għawdex ġew preżentati 74 mandat ta’ sekwestru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati kontro-mandati tul is-sena li għaddiet fil-Qrati ta’ pajjiżna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 fil-Qorti ta’ Malta ġew ippreżentati 1,511-il kontro-manda, waqt li fil-Qorti ta’Għawdex gew ippreżentati 58 kontro-mandat.
Artikolu 166a – preżentazzjonijiet ta’ ittri uffiċjali eżekuttivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-Artikolu 166a fil-Qrati ta’ pajjiżna minn meta din ġiet fis-seħħ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li minn meta daħal fis-seħħ l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta daħlu 52,140 ittra uffiċjali ezekuttivi ai termini tal-istess artikolu fil-qrati ta’ Malta.
Fil-Qorti ta’ Għawdex, ġew preżentati 2,485 ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-Artikolu 166A.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kumpilazzjonijiet kriminali ġodda s-sena li għaddiet 2020 fil-Qrati ta’ pajjiżna?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 fil-Qorti ta Malta ġew reġistrati 726 il-kumpilazzjoni kriminali. Waqt li fil-Qorti ta’ Għawdex ġew reġistrati 48 il-kumpilazzjoni kriminali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi u terminanti kumpilazzjoni kriminali mill-Qrati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2020 fil-Qorti ta’ Malta ġew deċi¿i u terminati 520 il- kumpilazzjoni kriminali. Waqt li fil-Qorti ta’ Għawdex ġew deċiżi u terminati 54 kumpilazzjoni kriminali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi s-sena li għaddiet 2020 ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jista’ jindika n-natura tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 ġew reġistrati 245 każ li minnhom 191 huma arbitraġġi mandatorji, 42 huma arbitraġġi volontarji u 12-il każ ta’ arbitraġġ internazzjonali
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi jew ċeduti arbitraġġi s-sena li għaddiet 2020 ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jista’ jindika n-natura tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020 ġew mogħtija 228 deċiżjoni;
- 4 f’arbitraġġi internazzjonali
- 25 f’arbitraġġi volontarji
- 199 f’arbitraġġi mandatorji.
In oltre, mill-każijiet li ġew ipprezentati fl-2020 kien hemm 42 każ li l-proċeduri tagħhom ġew ċeduti. Dawn kienu;
- 40 f’arbitraġġi mandatorji
- 2 f’arbitraġġi volontarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm arbitraġġi pendenti fl-aħħar tas-sena li għaddiet 2020 ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u jista’ jindika n-natura tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien hemm 602 każ i li għadhom pendenti li minnhom 414 huma arbitraġġi mandatorji, 158 huma arbitraġġi volontarji u 30 huma arbitraġġi internazzjonali – dan minn total ta’ 6,113 każ li ġie ppreżentat minn meta beda jopera ċ-Ċentru u ċjoè minn Marzu 2000.
Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza – tender/direct orders lil kumpanija/individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-25 ta’ Jannar 2021.
Qrati – deċiżjonijiet dwar aċċess sospiż lill-ġenituri għal uliedhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il deċiżjoni ħadu l-Qrati tagħna:
(a) li jkun hemm aċċess temporanjament sospiż biex ġenituri jaraw lil uliedhom;
(b) kemm huwa n-numru ta’ missirijiet li b’deċiżjoni tal-Qorti għandhom l-aċċess għal uliedhom temporanjament sospiż; u
(c) kemm huwa n-numru ta’ ommijiet li b’deċiżjoni tal-Qorti għandhom l-aċċess għal uliedhom temporanjament miżmum?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li ma tinżammx din it-tip ta’ statistika fl-Aġenzija dwar is-Servizzi għal-Qrati, Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
L-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl.
Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità.
Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn.
Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.