Legislature:
Category:
Reset
Active:

FSWS - STOP! the Violence & Abuse Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta‘ vjolenza domestika fejn l-aggressur ġie ordnat jagħmel il-programm ‘STOP! the Violence & Abuse Service’ mmexxi mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Vjolenza domestika – Każijiet assenjati lill-maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' vjolenza domestika assenjati għal kull maġistrat bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm tlett maġistrati li bejnithom hemm assenjati total ta’ 1,509 sommarji u 247 kumpilazzjonijiet.

Vjolenza domestika – Ordnijiet ta’ protezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu ordnijiet ta’ protezzjoni f’każijiet ta’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm nisa li bħalissa qegħdin taħt ordni ta‘ protezzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Vjolenza domestika – Tipi ta’ abbuż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ vjolenza domestika li kienu rrapurtati matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu jinvolvu abbuż fiżiku, emozzjonali jew sesswali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kellhom iktar minn tip wieħed ta’ abbuż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżomx din it-tipta’ statistika.

Vjolenza domestika – Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ kawżi li jinkludu kawżi sommarji u kumpilazzjonijiet 2021 110 2022 124 2023 184 2024 425 2025 541 2026 222 sat-13 ta’ Lulju, 2026 Total 1606

Użura – Persuni akkużati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati bl-użura mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi: Sena Numru t’akkużati li tressqu bl-akkuża ta’ użura Każ pendenti Kawżi Deċiżi 2021 0 0 0 2022 4 1 3 2023 1 1 0 2024 0 0 0 2025 0 0 0 2026 1 1 0

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 704.

Xjenza Malta – Fondi nazzjonali u Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi nazzjonali u fondi Ewropej disponibbli għal Xjenza Malta sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għall-estimi finanzjarji tal-budget, li kopja tagħhom diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, infurmat li b’mod addizzjonali, hemm ukoll fondi attribuiti mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp Reġjonali (ERDF), permezz tal-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali.

Malta – Kontribut lill-ESA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut ta’ Malta lill-European Space Agency (ESA) li tmexxi riċerka u programmi spazjali mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-relazzjoni istituzzjonali tal-Gvern Malti mal-Agenzija Spazjali Ewropea (ESA) ġiet stabilita permezz tal-ftehim PECS li gie iffirmat nhar il-25 ta’ Ottobru 2023, f’Larnaka, Ċipru, u imbaghad irratifikat b’vot unanimu mill-Kamra tad-Deputati, waqt is-seduta parlamentari no. 250 tal-leġislatura preċedenti li tlaqqghet nhar it-Tnejn, 24 ta’ Gunju 2024. Il-ftehim PECS mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) ikopri perjodu ta’ 5 snin (2024 – 2028). Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 35139  li ngħatat fis-Seduta 457 tal-14 -il leġislatura li nżammet fit-22 ta’ April ta’ din l-istess sena, ninfurmaha li l-kontribuzzjoni għas-sena 2026 mistennija tkun ta’ €1,725,859.20.

Qorti tal-Familja - L-itwal każ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħala perjodu ta’ żmien, kemm ilu għaddej l-itwal każ fil-Qorti tal-Familja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurnat li l-itwal kawża li għadha pendenti kienet reġistrata fil-15 ta’ Ġunju 2005. It-tul tal-proċeduri huma attribwiti għan-natura, il-partijiet u l-prosegwiment tal-kawża.

Entitajiet pubbliċi - Ksur ta’ GDPR

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ksur tal-GDPR minn entitajiet pubbliċi matul l-2025 u x’passi ttieħdu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li matul is-sena 2025, mill-investigazzjonijiet imwettqa mill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad- Data - riżultat ta’ ilmenti mressqa minn suġġetti tad-data ai termini tal-artikolu 77(1) tal-GDPR - il-Kummissarju sab tlettax-il każ li wasslu għall-ksur tal-GDPR minn awtoritajiet pubbliċi. Fir-rigward ta’ notifiki ta’ ksur ta’ data personali li saru minn awtoritajiet pubbliċi skont l-artikolu 33(1) tal-GDPR, il-Kummissarju sab li tliet awtoritajiet pubbliċi wettqu ksur tal-GDPR. Il-Kummissarju eżerċita l-poteri korrettivi hekk kif ġej: Artikolu 58(2)(b) tal-GDPR (ċanfar lill-awtorità pubblika) 2 Artikolu 58(2)(c) tal-GDPR (ordni lill-awtorità pubblika sabiex tikkonforma mat-talbiet tas-suġġetti tad-data) 3 Artikolu 58(2)(d) (ordni sabiex l-awtorità pubblika twettaq l-operazzjonijiet ta’ pproċessar konformità mad-dispożizzjonijiet tal-GDPR) 13

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Assistenza fuq Servizzi Diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema tal-€500 għall-ġenituri ta’ studenti tal-Year 10 u l-Year 11 biex jintefqu fuq servizzi diġitali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minnhom li għamlu użu minn din l-iskema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.