Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liġijiet emendati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux jew jekk hux ser jittieħdu xi miżuri biex jiġi emendat l-Att dwar il-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi, Kap. 544 u/jew xi liġijiet oħra fid-dawl tas-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Otturbu 2018 mill-Qorti Kostituzzjonali fl-ismijiet Thake Rosette noe et versus Kummissjoni Elettorali et.?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ammonti ta’ multi riveduti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew bediex il-proċess biex jiġu riveduti l-ammonti minimi u massimi tal-multi kif preskritti fl-artikolu 11 tal-Kodiċi Kriminali?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BONNICI, OWEN)

It-taghrif ghadu qed jingabar.

Għawdex – Triq Għajn Mhelhel – xogħol ta’ asfaltar

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9817, jista’ l-Ministru jgħid jekk f'April li għadda x-xogħol ta' asfaltar u xogħol ieħor fuq Triq Għajn Mhelhel, it-triq li miż-Żebbuġ Għawdex twasslek għall-Bajja tax-Xwejni, bedix u tkompliex b'mod regolari? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan ix-xogħol fuq din it-triq huwiex ser jitlesta kollu kemm hu, sal-aħħar ta' Lulju 2019, kif kien ġie imwieġeb fil-mistoqsija parlamentari 9817? Jekk le x'sar s’issa u x'inhuma r-raġunijiet li din it-triq mhux ser tkun lesta sal-aħħar ta' Lulju 2019, u f’liema xahar tas-sena 2019 hu ppjanat li titlesta kompletament din it-triq u tibda titgawda mis-sewwieqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li x-xogħol beda iżda minħabba xogħlijiet oħra ta’ urġenza l-kuntrattur ma kompliex ix-xogħol b’mod regolari. Ix-xogħol ser jitkompla b’mod regolari fil-jiem li ġejjin. Ninsab infurmat wkoll li minħabba l-aċċessibiltà għall-bajja tax-Xwejni u Marsalforn dan ix-xogħol ser jieħu ftit aktar żmien minn kif pjanat biex jitlesta kollu kemm hu.

Wied il-Għajn – CCTV Cameras

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm installati CCTV cameras fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn u fejn huma installati? X’qed jagħmel il-kunsill lokali sabiex jiġu installati aktar CCTV cameras minħabba ż-żieda ta’ serq li qed ikun hemm f’diversi toroq ta’ din il-lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Marsaskala li għandu 4 CCTV cameras installati li jinsabu fi Ġnien Żonqor, Ġnien San Tumas u Pjazza Mifsud Bonnici kif ukoll fuq Bring In Site li tinsab fi Triq il-Blajjiet. Għalkemm is-sorveljanza fil-lokalità għal skop ta’ infurzar mhix fil-kompitu speċifiku tal-kunsill, l-istess Kunsill Lokali ta’ Marsaskala qed jagħmel sforz sabiex jitnaqqsu l-abbużi fil-lokalità. Naturalment, is-sorveljanza għal skop ta’ deterrent għall-kriminalità hi fir-responsabbiltà tal-Pulizija.

Belt Valletta – Barrakka t’Isfel – manutenzjoni tal-qanpiena

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament x'manutenzjoni ssir fis-sit fejn tinsab il-qanpiena l-kbira taħt il-Barrakka t'Isfel ġewwa l-Belt Valletta? Kif qed jiġi reklamat is-sit mill-Gvern? Kemm-il darba fis-sena tindaqq il-qanpiena msemmiha biex jitfakkru l-vittmi tal-gwerra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-manutenzjoni ta’ dan il-post qed issir mill-Valletta Management Unit fi ħdan Heritage Malta bl-għajnuna diretta tal-Cleansing and Maintenance Division. Dan il-post huwa inkluż fil-kumplament tar-reklamar li jsir dwar il-Belt Valletta bħala attrazzjoni turistika u Sit ta’ Wirt Dinji. Bħalissa għaddejja evalwazzjoni minn Heritage Malta sabiex jinstab l-aħjar metodu ta' intervent fuq il-qanpiena mingħajr il-ħtieġa li jiżżarma l-monument.

Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-okkju tal-ilmenti kollha li mis-sena 1997 'il quddiem ġew ippreżentati quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji, li ġie mwaqqaf bis-saħħa tal-Att dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji (Kap. 394 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Uffiċjali tal-Komunità – għoti ta’ ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat minn Uffiċjal tal-Komunità minn Jannar 2019 sal-lum? Kemm kien il-valur taċ-ċitazzjonijiet f’daqqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2019 ingħataw 94,647 ċitazzjoni. F’dan l-istadju huwa diffiċli tiddetermina il-valur totali ta’ dawn iċ-ċitazzjonijiet peress li hemm uħud li għadhom iridu jiġu deċiżi.

Il-Fgura – Triq Valperga – tindif u rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu għat-tindif u rijabilitazzjoni taż-żona u t-Triq Valperga, fil-Fgura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li ż-żona msemmija, fejn jidħlu toroq u bankini dawn qegħdin jitnaddfu fuq bażi kontinwa u d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni twettaq xogħol ta' qtugħ ta’ ħaxix u tneħħija ta’ rimi ta skart illegali meta jkun meħtieġ. Intant infurmat ukoll li d-Direttorat tar-Restawr qed jagħmel xogħol ta’ dokumentazzjoni fuq is-sur ta’ San Ġwann li jinstab fil-viċinanzi ta’ Triq Valperga. Dan qed isir bil-ħsieb li jinħareġ tender għar-restawr ta’ dan is-sur fix-xhur li ġejjin, kif ukoll infurmat li hemm l-intenzjoni li jinħareġ tender ieħor għar-restawr ta’ parti oħra tal-istess sur matul is-sena d-dieħla.

Għawdex, Għajnsielem– Triq l-Imġarr – problema ta’ sewqan eċċessiv

Question

Fid-dawl tal-inċidenti li seħħew fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem, Għawdex, jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x'miżuri qed jieħu jew beħsiebu jieħu l-Gvern jew l-entitajiet tiegħu biex tiġi indirizzata l-problema ta' sewqan eċċessiv jew abbużiv f'din it-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Public Broadcasting Services – xandira tal-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret biex il-kumpanija Public Broadcasting Services Limited xandret l-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers li jiffurmaw parti mill-Marsa Junction Project u li saret nhar l-20 ta' Settembru 2019? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija xandira?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Public Broadcasting Services m'għamlet l-ebda nefqa biex twassal l-istess stream li kienet qed tixxandar fuq Youtube mic-channel ta' Infrastructure Malta.

Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Television Malta – persuni li ħadu sehem f’programmi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni li ħadu sehem fi programmi ta' ġrajjiet kurrenti, diskussjonijiet, inkluż programmi mtella' mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Television Malta matul il-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull waħda mill-persuni f'liema kapaċità ġiet mistiedna jew lil min kienet qiegħda tirrappreżenta?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Konsulenzi minn ditta legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma għamlet użu mid-ditta legali msemmija bejn l-1998 u l-2003.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — contract of service u contract for service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.

Kunsilli Lokali — rivisti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9789 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li joħorġu rivista u jibagħtuha lir-residenti tal-lokalità tagħhom b’mod speċjali biex jinfurmawhom x’qiegħed jiġri fil-lokalità? Kemm-il darba fis-sena dawn il-kunsilli jibagħtu dawn ir-rivisti?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Kunsill Lokali Kemm-il darba fis-sena Il-Belt Valletta Kważi darba fix-xahar. Ħal Qormi 3 Is-Siġġiewi 2 Iż-Żejtun 1 Ħ’Attard 2 Ħad-Dingli 2 Il-Fgura Minn 2 sa 3 darbiet fis-sena. Floriana Darba fit-tmiem ta’ kull leġislatura. Il-Fontana 2 Għajnsielem 4 L-Għarb 1 Ħal Għargħur 2 L-Għasri 7 Il-Ħamrun 3 Il-Kalkara 2 Ħal Luqa 1 Marsaskala Il-kunsill lokali joħroġ rivisti bejn darbtejn sa tlett darbiet fis-sena. Però fis-sena 2018 il-kunsill ma ħareġ l-ebda rivista mentri għal din is-sena 2019 il-kunsill lokali qed jipprepara biex joħroġ rivista fix-xahar t’April. Il-Mellieħa 4 L-Imġarr Il-kunsill kien jippublika tali rivista darba jew darbtejn fis-sena, iżda ilu ma jagħmel dan ghal dawn l-ahhar sentejn. Il-Mosta 3 L-Imqabba Minn 3 sa 4 darbiet fis-sena. In-Nadur 2 In-Naxxar madwar 4 Paola Bejn darba u darbtejn fis sena. Tal-Pietá Kważi 1 fix-xahar. Il-Qala Il-kunsill joħroġ leaflets madwar darbtejn fix xahar. Il-Qrendi 2 Ir-Rabat (M) 1 Ħal Safi 12 San Ġiljan 1 San Ġwann 4 San Lawrenz Il-kunsill joħroġ leaflet darba fix–xahar jew forsi iżjed drabi, skont l-urġenza tal-avviżi. Santa Luċija Ġeneralment tinħareġ waħda fis-sena fi żmien il-Milied. Din is-sena ma ħarġitx. Tas-Sliema 2 Is-Swieqi 2 Ta’ Xbiex 1 Ix-Xewkija 2 Ix-Xgħajra Darba fis-sena bl-eċċezzjoni tas-sena 2018. Iż-Żurrieq 2 L-Imtarfa 1

Marsaskala — Pjazza quddiem il-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10770 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28815 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħditiet tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala mal-Foundation for Tourism Zone Development rigward it-tisbiħ tal-pjazza ta’ quddiem il-Knisja ta’ Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li mhemmx żviluppi oħra x'wieħed jirrapporta.

Il-Fawwara — Kappella tal-Madonna tal-Karmnu – studju fuq il-ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jinkariga d-Direttorat tar-Restawr sabiex jagħmel studju fuq il-ħsarat fil-Kappella tal-Madonna tal-Karmnu fil-Fawwara, li minkejja li hi proprjetà tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karità ta' San Pawl fil-Belt Valletta, wieħed ikun jista' jasal għal ftehim ta' għajnuna kofinanzjata mal-Knisja kif ġara f'każijiet simili?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ġa jeżistu rapporti fuq dan is-sit. Niġbed l-attenzjoni għad-diversi skemi li matul iż-żmien jinħarġu, fosthom l-iskema Restoration Works Scheme for Local Councils li tinħareġ minn dan il-Ministeru, li permezz tagħhom entitajiet differenti jistgħu jibbenefikaw minn fondi u/ jew proġetti ta’ restawr.

Marsalforn – Triq il-Port — tabelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min awtorizza l-erba’ tabelli li tpoġġew sabiex jipprojbixxu d-dħul fi Triq il-Port, Marsalforn, f’ċerta ħinijiet, anke għar-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ illi t-tabelli b’restrizzjoni ta’ dħul f’ċerta ħinijiet kienu hemm minn dejjem. Dawn kienu fit-tarf ta’ Triq Ulisse, fit-tarf ta’ triq il-Forn u fi Triq il-Port k/m Triq il-Munġbell (ħdejn Plajja Guesthouse). Bi qbil mal-Pulizija saru erba’ tabelli oħra ġo l-istess żona msemmija aktar qabel minħabba l-abbużi li kienu qed isiru. Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba li f’dawk il-ħinijiet ikun hemm l-imwejjed tar-ristoranti u nies jippassiġjaw.