Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fast ferry mill-Imġarr, Għawdex għall-Belt Valletta – Vjaġġ tad-8:45 a.m.

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-vjaġġ tad-8:45 a.m. mhuwiex inkluż fl-iskeda tas-servizz tal-fast ferry mill-Imġarr, Għawdex għall-Belt Valletta? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li dan il-vjaġġ jiġi introdott?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Fontana – Triq tal-Għajn – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tender relatata max-xogħlijiet fi Triq tal-Għajn, il-Fontana, u jindika jekk dawn ix-xogħlijiet jinkludux ukoll l-isqaqien li jagħmlu parti minn jew li jagħtu għal din it-triq? Jekk l-imsemmija sqaqien mhumiex inklużi fil-proġett, jista’ jgħid ukoll ir-raġuni għaliex dawn ġew esklużi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender CT2146/2026 - Works - Tender for the Reconstruction and Resurfacing of Triq Tal-Għajn, Fontana in an Environmentally Friendly Manner ġie ppublikat nhar is-7 ta’ Mejju 2026. Is-sottomissjonijiet għalqu nhar l-10 ta’ Ġunju li għadda. Bħalissa qed jiġu evalwati s-sottomissjonijet. Il-proġett – li huwa wieħed ħolistiku – għandu l-għan li jtejjeb l-aċċessibilita tat-toroq, fl-istess waqt li jagħti importanza lill-aspett l-ambjentali u lill-karatteristiċi partikolari taż-żona.

Ix-Xagħra u r-Rabat, Għawdex – Triq Karkar u triq ġdida fi Triq l-Ewropa – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet ta' asfaltar fi Triq Karkar, ix-Xagħra u fi triq ġdida mingħajr isem fi Triq l-Ewropa, ir-Rabat, Għawdex u kif ukoll jindika timelines speċifiċi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li dawn ix-xogħlijiet se jsiru skont il-prijoritajiet tal-Ministeru.

L-Imġarr, Għawdex – Terminal tal-fast ferry – Struttura permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex flok it-tined li hemm fit-terminal tal-fast ferry f'Għawdex, issir struttura permanenti li verament isservi ta' kenn fl-istaġuni kollha u jekk iva, meta se tkun lesta tali struttura?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex – Terminals tal-fast ferry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat illi jitlesta t-terminal tal-fast ferry fil-Belt Valletta u kif ukoll jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex isir l-investiment neċessarju fit-terminal tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sptar Ġenerali t’Għawdex - Impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex f’April, f’Mejju u f’Ġunju 2026, separatament għal kull xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għal Għawdex – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Għawdex - Port tal-Imġarr - Struttura tat-tined li jservu bħala kenn għall-passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istruttura tat-tined li sservi bħala kenn għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, hijiex struttura temporanja jew struttura permanenti?  Jekk hija struttura temporanja, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbidel għal struttura permanenti li tkun aktar adegwata għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry kemm għall-Belt Valletta kif ukoll għal Buġibba u/jew Tas-Sliema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Marsalforn - Triq prinċipali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fit-triq prinċipali ta’ Marsalforn, f’Għawdex? Jista’ ukoll jindika x’inhu l-perċentwal tax-xogħlijiet li tlestew u meta mistenni li l-imsemmija triq titlesta kompletament b’timelines speċifiċi? Jekk sakemm jitlestew ix-xogħlijiet fl-imsemmija triq, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq tinfetaħ b’mod temporanju fuq żewġ karreġġjati, sabiex l-aċċess ma jkunx limitat biss għall-vetturi li jkunu sejrin fid-direzzjoni ta’ Marsalforn, iżda jkun possibbli wkoll għall-vetturi li jkunu telgħin minn Marsalforn fid-direzzjoni tar-Rabat, Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa tlestew madwar 93% tax-xogħlijiet fit-Triq Ġorġ Pisani, Patri Giacintu Camenzuli u l- junction ta’ bejn Triq il-Kappuċini u Triq Marsalforn, 70% minn wara l-bridge tal-Grazzja sa Ta’ Mena u 57% mit-tarf tal-proġett sad-daħla tal-Wied ta’ Marsalforn.  Ix-xogħol minn ħdejn Ta’ Mena sad-dahla tal-Wied ta’ Marsalforn mistenni jibda hekk kif tinfetaħ it-triq fuq zewġ karregjati.  Ix-xogħol kollu huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena Diċembru 2026. Bhalissa ix-xogħol għaddej simultanjament fuq diversi bnadi tul din it-triq t’aktar minn 3km. Għandek xogħol fuq il-karreġġjata tax-xellug fil-parti bejn il-Wied tal-Grazzja sa Ta’ Mena u għaddej ukoll xogħol fuq iz-zewġ karreġġjati mid- diversion tal-wied ta’ Marsalforn sar- Reef Hotel . Ser inkunu qed nagħtu l-ewwel saff ta’ tarmac f’dawn iz-zoni msemmija fil-ġimgħat li ġejjin peress li ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq u tpoġġija ta’ servizzi ġodda jinsab fi stadju avvanzat. Waqt li qed isir dan ix-xogħol qed isiru ukoll xogħlijiet relatati ma’ tibdil u tpoġġija ta’ servizzi ġodda li ġew mitluba minn entitajiet diversi. Il-ħsieb huwa li t-triq tinfetaħ b’mod temporanju fuq zewġ karreġġjati fil-ġimgħat li ġejjin biex tiffaċilita aktar l-accessibilita’ minn u lejn Marsalforn.

Għawdex – xogħlijiet fit-toroq

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1672, 3681 u 9004, li ngħataw fil-21 ta' Ġunju 2022, fis-16 ta' Novembru 2022 u fit-22 ta' Mejju 2023 rispettivament, dwar kemm fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex (Triq tal-Ħanaq Nadur, Triq Franġisk Portelli Għarb, Triq l-Imgħallem Victoria, Triq Daħlet Qorrot Nadur u Triq Papa Piju XII Qala) li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali, fejn ġie mwieġeb li, “Ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej u se jingħataw il-wearing course daqt.”, jista’ l-Ministru jgħid f'kull triq li ssemmiet fit-tweġiba meta nbeda x-xogħol fuqha, kemm tħallsu flus sa issa fuq kull triq, liema xogħlijiet għad fadal isiru, fiex jikkonsistu, u meta se jingħata l-wearing course? Jista’ jgħid ukoll f’kemm minn dawn it-toroq tlesta x-xogħol kollu, inkluż il-wearing course, f'dawn l-aħħar ħames xhur u nofs?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq l-Imgħallem tlesta kollu bħala parti mill-xogħol li qed issir f’Triq l-Imgħallem u Triq ta’ wara s-Sur. S’issa tħallsu Euro 785.061.12 (incl VAT). F’Triq Daħlet Qorrot s’issa tħallset is-somma ta’ Euro 1,640.35 (incl VAT) mentri f’Triq Papa Piju XII il-Qala ix-xogħol għadu ma tħallasx. Filwaqt li f’triq Frangisk Portelli Euro 658,799 (incl VAT) tħallas Euro u Triq tal-Ħanaq tħallas Euro 105,222,66 (incl VAT).

Għawdex — Pjazza tax-Xewkija - cables tad-dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6298 dwar xogħlijiet ta’ cables tad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor fil-Pjazza tax-Xewkija, Pjazza San Franġisk fir-Rabat u l-waterfront ta’ Marsalforn, fejn kien ġie mwieġeb li "t-tender ser joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.", jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender ħarġitx u jekk iva, meta nħarġet u meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender SPD3/2023/011 – Tender to provide cable management systems and laying of Enemalta cable ħarġet f'Mejju 2023, u għalqet fis-6 ta’ Ġunju 2023. Ma rċivejna l-ebda sottomissjoni għal din it-tender.

Ministeru għal Għawdex — proġetti mill-Connecting Europe Facility of the European Union Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom sa issa u liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru mill-programm 'Connecting Europe Facility of the European Union' (Perjodu 2021-2027), kemm ingħataw flus s’issa u kemm se jingħataw flus minn dan il-fond lill-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 12882.

Ministeru għal Għawdex – Ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha fil-gradi ta' Manager, Senior Manager, Manager Operations Manager I u Manager fil-Ministeru għal Għawdex, bid-dettalji tar-responsabbiltajiet tagħhom u l-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull uffiċjal u kemm ilhom (inkluż snin u xhur) f'din il-kariga?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu impjegati miegħu 22 Manager I, 21 Manager II, 3 Operations Manager, żewġ Senior Managers u wieħed bħala Programme Manager. Ir-responsabilitajiet ta’ dawn l-uffiċjali varjaw minn compliance, research, human resources, accounting and finance u project management, fost l-oħrajn. L-uffiċjali fi grad ta’ Senior Manager, Manager I u Manager II huma eliġibbli għal bonus ta’ massimu ta’ 15%, apparti l-paga bażika skont l-iskala rispettiva.

Ministeru għal Għawdex — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Sena 2023 – Xogħol ta’ back office f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol ta' back office taċ-Ċivil ġdid inġab f'Għawdex matul is-sena 2023? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan ix-xogħol ġdid ta' back office f'Għawdex u minn fejn qed joperaw? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu f'Malta sa meta nġab dan ix-xogħol f'Għawdex u issa, per konsegwenza ta' dan ix-xogħol, bdew jaħdmu f'Għawdex? X’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Minn fejn qed isir dan ix-xogħol ta' back office ġdid f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà rrispondejt fil-mistoqsija parlamentari 10752, il-Ministeru qed ikompli bil-ħidma biex iħeġġeġ u jgħin Ministeri u Entitajiet jespandu l-operat eżistenti tagħhom jew jintroduċu servizzi ġodda li jingħataw minn Għawdex kemm ta’ back office kif ukoll ta’ front office. Mill-2013 sal-lum, barra mill-ħaddiema li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex f’Direttorati fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u uffiċini li jaqgħu taħt Ministeri oħra, kien hemm 71 ħaddiem li beda jaħdem minn Għawdex f’xi wieħed mill-back offices li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex jew f’xi Entità/Awtorità li l-Minsteru għen biex jingħataw uffiċċji ġodda jew akbar u li setgħu jibdew jaħdmu minn Għawdex jew ikabbru l-operat tagħhom f’Għawdex. Fl-2023 infetħet ukoll id-Dental Teaching Clinic.

Rabat, Għawdex – Triq l-Arċisqof Pietru — tiswija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10499 li ngħatat fis-26 ta' Ġunju 2023 rigward tiswija fi Triq l-Arċisqof Pietru ġewwa r-Rabat Għawdex peress li maġenb il-Kappella ta' Santa Marta, ċeda l-ħajt u sfrondat it-triq fejn kien ġie mwieġeb "li t-tender qed jiġi abbozzat", jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-tender ġietx abbozzata u jekk iva, meta ħarġet is-sejħa, kemm hu l-valur ta’ din is-sejħa u għal kemm hu t-tul ta' żmien (eżekuzzjoni) ta’ din is-sejħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq il-ħajt li ċeda u l-parti tat-triq li sfrondat mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għal Għawdex — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Gozo Channel – Dgħajjes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gozo Channel xtratx jew krietx dgħajsa matul dawn l-aħħar sentejn? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien il-prezz, kif sar dan ix-xiri u għal xiex tintuża/jintużaw?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dgħajsa nxtrat għas-somma ta’ Euro 4,000.00 (VAT eskluż), liema prezz kien jinkludi l-magna (outboard) u l-karru tal-ħadid. Id-dgħajsa inxtrat wara li sar tiftix fis-suq lokali u ġiet identifikata bħala l-aħjar waħda li kienet taqdi l-esiġenzi neċessarji tal-Gozo Channel. Id-dgħajsa nxtrat bl-iskop li tkun tista' tiġi użata għall-emerġenzi li jistgħu jinqalgħu fuq il-baħar.

Għarb, Għawdex – Triq Albert W. Ketelby – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir it-tarmak u l-culverts tal-ilma fi Triq Albert W. Ketelby, fl-Għarb?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għadda l-fondi lill-Kunsill Lokali biex din it-triq tkun tista' ssir.

Ministeru għal Għawdex – Positions of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20989 tat-Tlettax-il Leġiżlatura.