Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Broadcasting Services Ltd – Public Service Obligation Agreement

Question

Jista' l-Ministru jispjega xi proċedura ntużat sabiex ġie konkluż il-Public Service Obligation Agreement mal-Public Broadcasting Services Ltd? Jista' jpoġġi kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dwar il-PSO saru diskussjonijiet li kienu jinvolvu lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Bord ta’ Sorveljanza fuq Għajnuna Mogħtija mill-Istat.

Public Broadcasting Services Ltd — riforma

Question

Jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-programm ta' riforma li tħabbar li pprepara l-bord tal-Public Broadcasting Services Ltd fl-1 ta' April 2021? Jista' jpoġġi kopja ta' dan il-programm fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operat tal-Public Broadcasting Services Limited, kemm bħala kumpanija u kif ukoll bħala xandir pubbliku huwa wieħed awtonomu mill-Gvern. Il-pjan ta’ riforma mħejji mill-Bord huwa wieħed kunfidenzjali peress illi jikkontjeni informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva.

Public Broadcasting Services Ltd – Chairman eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kif intgħażlet il-persuna li nħatret bħala Chairman Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd fl-1 ta' April 2021? X'esperjenza għandha din il-persuna fil-qasam tax-xandir? X'remunerazzjoni u benefiċċji għandha din il-persuna u għalkemm hu twil il-kuntratt ta' ingaġġ tagħha? X'tibdiliet oħra saru fl-istess data fil-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services Ltd li kien ilu biss seba' xhur ikkostitwit?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif ġara tul dawn l-aħħar snin u taħt amministrazzjonijiet differenti, il-Gvern bħala azzjonista jaħtar id-diretturi, fosthom Chairperson biex imexxu il-kumpanija Public Broadcasting Services Limited. Dwar l-irwol eżekuttiv ta’ Chairperson, dan l-irwol jingħata mill-Bord tad-Diretturi stess u mhux mill-Gvern. L-informazzjoni l-oħra mitluba tirrelata direttament mal-operat ta’ kumpanija kummerċjali u għaldaqstant hija waħda kummerċjalment sensittiva. Ma kien hemm l-ebda tibdil ieħor fil-Bord tad-Diretturi.

Public Broadcasting Services –ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin, kemm ingħataw career breaks, secondments jew opportunitajiet lill-ħaddiema tal-Public Broadcasting Services Ltd sabiex iwettqu xogħol ma entitajiet governattivi, entitajiet pubbliċi, kumpaniji privati jew bnadi oħra? Meta ngħataw dawn l-opportunitajiet, sena b'sena? Għal kemm tul ta' żmien? Kemm kien hemm minn dawn l-individwi li rritornaw lura mal-Public Broadcasting Services Ltd?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Talbiet għal career breaks jew secondments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks jew secondments li ma ġewx milqugħa fl-aħħar 8 snin? Għal liema raġuni dawn it-talbiet ma ġewx milqugħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma jżommux informazzjoni tal-impjegati tagħhom skont jekk għandhomx diżabilità.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19268 u jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ 19253.

MCESD – riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux maħsuba riforma fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) biex ikun iżjed rappreżentattiv tas-soċjetà ċivili, b’oqsma varji jkunu iżjed rappreżentattivi mil-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Liġi Sussidjarja 431.01 m’hemm xejn li jżomm milli organizzazzjoni volontarja tindika l-interess tagħha, kif ukoll li tipparteċipa fin-nomina u fl-elezzjoni ta’ rappreżentanti fil-kumitat u dan kif deskritt fl-istess liġi sussidjarja.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19253.

Direttiva Ewropea tas-Single Use Plastics

Question

F'Lulju 2019 daħlet fis-seħħ id-Direttiva Ewropea tas-Single Use Plastics li tinkludi l-għan nobbli li jitnaqqas l-iskart tal-plastic, speċjalment dak 'disposable'.Ġo pajjiżna hawn diversi workshops u fabbriki li jipproduċu materjali bil-plastik li kellhom jadattaw għal din id-Direttiva. Uħud minn dawn, jinsabu fi stat ta' inċertezza dwar il-materjali u proċessi li jistgħu jużaw issa, li parti mill-produzzjoni tagħhom tiġi meqjusa projbita għax tmur kontra d-Direttiva. B'mod partikolari, hemm ċerta materjali li għalkemm mhux espressament projbiti mid-Direttiva jistgħu jiġu koperti bl-effetti tagħha bħalma huma l-użu tal-plastic bio-degradabbli u l-użu ta' kartun u karti li jkun jinkludi plastic-coating. Jista' l-Ministru jindika x'qed isir min-naħa tal-Gvern sabiex jiċċara dawn id-domandi mill-Industrija u x'ħidma qed iwettaq il-Gvern biex jirrapreżenta l-interessa tal-industrija Maltija fuq livell Ewropew anke fil-livell ta' implimentazzjoni ta' din id-Direttiva?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Minsiteru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — proġetti mill-fondi tal-EU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’proġetti saru mill-fondi tal-EU 2014-2021?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 18838.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegġutiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-linformazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kien hemm 7 talbiet minn mindu twaqqaf dan il-portafoll. Ninsab infurmat ukoll li l-ebda talba għall-informazzjoni ma tiġi rrifjutata. Kull talba titwieġeb skont kif tgħid il-Liġi li ddaħħlet fis-seħħ fis-sena 2012.

MCESD – chairman – salajru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju jew onararja jew dħul taċ-Chairman ta’ MCESD? X’benefiċċju hemm lil min jokkupa din il-pożizzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-salarju taċ-Chairman ta’ MCESD jammonta għal € 17,900, filwaqt li għandu wkoll € 2,685 disturbance allowance u € 4,650 car allowance.

PBS – IT Department

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala l-PBS qatt ma ħasset il-ħtieġa li jkollha IT Department u jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf wieħed fil-futur qarib? Kemm sar ħlas kull sena mill-2010 'l hawn għas-servizzi u x-xiri ta' hardware u software għas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika tal-PBS?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.