Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pubblikazzjoni ta’ dokumenti minn soċjetà — pagamenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-pagamenti kollha li saru b’referenza għad-dokumenti li ppubblikat is-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 6981 tal-Leġiżlatura XIV.

Uffiċċju tal-Prim Minsitru – persuni rreġistrati bħala self-employed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li fil-Ministeri ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).

Tnaqqis fit-teleworking għall-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li r-remote working għall-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku ser jitnaqqas għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7655.

Tnaqqis fir-remote working għall-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku

Question

Peress li f'Ottubru 2021 l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kien qal li r-remote working ħadem u ħadem tajjeb, tant li qal li s-Servizz Pubbliku baqa’ għaddej u ħadem b'mod normali waqt il-pandemija tal-COVID-19, jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn ser jitnaqqas ir-remote working għad-detriment ta’ ħafna ħaddiema Maltin u Għawdxin?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7655.

Tnaqqis fir-remote working għall-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex sena ilu waqt il-kampanja elettorali kien jiftaħar bl-introduzzjoni tar-remote working u kien qal li dan irid jissaħħaħ u jitjieb għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin u issa dan ser jiġi ridott għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa? Għaliex dan ma ntqalx sena ilu, minflok li l-ħaddiema tas-Servizz u s-Settur Pubbliku ser jiġu ingannati issa, sena wara?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jemmen bi sħiħ f’miżuri favur il-familji u favur bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja personali. Tant hu hekk li l-Gvern huwa meqjus bħala xempju anke għas-settur privat f’dan il-qasam. Ir-remote working mhux biss se jibqa’ jiġi attwat imma se jkun imtejjeb fi struttura aħjar, li tinkudi titjieb ta’ miżuri oħra biex jikkumplimentaw bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Dan kollu jwassal għal ħaddiema motivati.

Fondi mill-Baġit tal-Gvern dwar festini tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inbidlitx id-direttiva fis-Servizz Pubbliku dwar il-festini tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena fis-sens li ma jinħarġux fondi mill-Baġit tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din id-direttiva ma nbidlitx.

Ministeru għas-Saħħa – festin annwali tal-Milied

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li s-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-Servizz Pubbliku ta l-approvazzjoni tiegħu biex seta' jsir festin annwali tal-Milied organizzat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa, liema festin tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena sar fis-6 ta' Jannar li għadda f'lokal fil-Belt Valletta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dan l-avveniment sar wara diskussjoni bejn is-Segretarju Permanenti Ewlieni u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa. Nirreferih ukoll għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 7108 u 7110.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Prim Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li kien hemm erba' okkażjonijiet ta’ xogħol barra l-pajjiż f’din l-Leġiżlatura li fihom sar użu minn roaming. Il-ħlas tal-Prim Ministru kien total ta’ € 605.31 u rigward l-istaff tiegħu l-ħlas kien ta’ € 3,259.68.

Tas-Sliema — Triq Rodolfu - Servizzi.Gov

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7135, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk l-uffiċċju fejn mexa s-servizz.gov fi Triq Rodolfu (li qabel kien jingħata fi Triq Dingli u Triq tal-Katidral) f'Tas-Sliema, huwiex aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Inteterpellant li ninsab infurmat li l-uffiċċju l-ġdid tas-servizz.gov f’Tas-Sliema huwa aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità mill-entratura prinċipali tal-għassa tal-Pulizija li tinsab fl-istess binja fejn jinsab l-istess uffiċċju ta’ servizz.gov u b’aċċess dirett għall-istess uffiċċju.

Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ma ltaqax ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ukoll.

Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti ta’ soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik l-informazzjoni mhijiex fil-pussess tiegħi.

Severance Packaged ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7352 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7134, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jiswa lill-poplu Malti kull oġġett tas-severance package tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif approvat f’Diċembru 2019, kull sena, u x'inhi l-ispiża totali ta' dan is-severance package fuq bażi annwali?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik l-informazzjoni mhijiex fil-pussess tiegħi.

Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik l-informazzjoni mhijiex fil-pussess tiegħi.

Individwu li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ukoll?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik l-informazzjoni mhijiex fil-pussess tiegħi.

Pagamenti lil soċjetà

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6750, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6986 tal-Leġiżlatura XIV.

Laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ltqajtx mar-rappreżentanti tal-Vitals Global Health Care. Il-laqgħat mar-rappreżentanti ta’ Steward kienu diversi u l-eżitu finali tagħhom kien li t-talbiet ta’ Steward għar-rinegozjar tal-kuntratti ġew riġettati.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7115, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 7115.

Sa Maison – uffiċċju okkupat minn individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sa liema żmien l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament se jkompli jokkupa l-uffiċċju f’Sa Maison, liema uffiċċju huwa proprjetà tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 2150 u 7134 tal-Leġiżlatura XIV.

Użu minn servizz ta’ xufier u karozza

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6887, jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid x'tip ta' karozza qed tintuża u jekk il-karozza hijiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern? Jekk inxtrat, kemm inxtrat, meta u mingħand min? Jekk qed tinkera, kemm hi l-kera kuljum u mingħand min qed tinkera? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa pubblika għax-xiri jew kiri ta' din il-karozza?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-vettura tal-għamla Land Rover Discovery inxtrat b’direct order fl-2018 mingħand Muscat Motors għall-prezz ta' €36,014.00.