Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27354 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jiddaħħlu fl-iskali taċ-Ċivil l-impjegati li qed jaħdmu bħala dental surgery assistants?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minħabba li preżentament m’hemmx ftehim kollettiv, il-grad ta’ Dental Surgery Assistants ikun jista’ jidher biss fl-iskeda ta’ gradi tal-Gvern meta jkun hemm qbil bejn il-partijiet kollha interessati.
Madankollu persuni li jokkupaw il-post ta’
Dental Surgery Assistants
diġa jitħallsu skont l-iskali tas-Servizz Pubbliku u fil-fatt jiħallsu fi Skala 13.
Dipartiment tas-Saħħa — Physiotherapy Aides - ward allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li jokkupaw il-kariga ta' Physiotherapy Aides mad-Dipartiment tas-Saħħa u/jew l-FMS humiex se jingħataw allowance magħrufa bħala ward allowance bħalma jieħdu n-nursing aides li jinsabu presso o poco fl-istess livell fl-iskala Governattiva, iktar u iktar meta wieħed iqis li dawn il-Physiotherapy Aides ikollhom kuntatt mal-pazjenti tmien sigħat kuljum, bl-istess mod li n-nursing aides ikollhom kuntatt mal-pazjenti f'rati ta' sigħat differenti? Huwa sewwa li l-Physiotherapy Aides ma jingħatawx din l-allowance?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità qiegħed jagħmel stħarriġ fuq id-diversi allowances li jeżistu fid-diversi karigi u skali biex b’hekk ikun f’pożizzjoni aktar ċara x’deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu f’dan ir-rigward.
L-analiżi qiegħed ibbażat fuq id-diversi allowances li jeżistu fid-diversi karigi u skali li hemm fil-Ministeru tas-Saħħa, l- Anzjani u l- Kura fil- Kommunita’. B'din l-informazzjoni wieħed ikun f'pożizzjoni aktar ċara x' deċiżjonijiet għandhom jittieħdu dwar l-allowances offruti fi ħdan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qiegħed iċċaħħad lill-poplu Għawdxi mis-servizzi li f'Għawdex ikun hawn full complement tal-ECG technicians bil-konsegwenzi li diġà dehru fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u meta fir-realtà dawn l-ECG technicians anke mill-work load tagħhom fl-Isptar Mater Dei qed jiġu trasferiti lejn Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 27127.
Jista' l-Ministru jiddentifika lil dawk il-persuni li jidher li jintbagħtu fir-Residenza San Vinċenz de Paule min-naħa tas-Segretarjat Parlamentari għall-anzjani biex jaraw kemm imutu anzjani kuljum? Jista' jgħid x'awtorità għandom dawn il-persuni? Min qed jagħtihom din l-awtorità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-uffiċċju tas-Supretedent Mediku jinforma lid-Direttorat tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ b’kopja lis-Segretarjat tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’ bin-numru ta’ mwiet li jkun hemm kuljum fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Dan l-eżercizzju jsir ukoll mill-Managers responsabbli mid-djar tal-anzjani tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu d-Dipartiment tas-Saħħa sabiex l-alka valenuża li hemm fil-Palermitano fl-Italja ma tidħolx fl-ibħra Maltin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistqosija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25693 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk biex tingħata s-servizz tal-home help iridx ikollok iktar minn 60, 61 u 62 sena jew le? Tista' tgħid jekk dan is-servizz huwiex maħsub għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, anke jekk ikollhom inqas minn din l-età stabbilità? Tista' tgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li jkollhom diversi kundizzjonijiet li jimpedixxuhom milli jagħmlu diversi attività fiżika u għalhekk ma jkunux jistgħu jagħmlu x-xogħol personali tagħhom imma jkunu għadhom ma għalqux din l-età, jekk dan is-servizz jistgħux japplikaw għalih u jekk jeżistix xi servizz ieħor simili li jistgħu japplikaw għalih?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li għas-servizz tal-Home Help huma eliġibbli:
1. Dawk il-persuni li meta japplikaw ikunu għalqu s-60 sena.
2. Irrelevanti mill-età, persuni bi bżonnijiet speċjali u li jkollhom karta tal-identità maħruġa mill-Kummissjoni Persuni b'Diżabilità jistgħu japplikaw għas-servizz tal-Home Help.
Persuni oħra li ma jaqgħux taħt dawn iż-żewg kategoriji m'humiex eliġibli li japplikaw għal dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux pjanijiet biex iċ-ċimiterju tal-Mosta jikber biex ikun jista' jaqdi il-bżonnijiet tal-Mosta tal-lum fejn l-popolazzjoni tagħha kibret ġmielu, meta jaħseb li jista' jsir dan x-xogħol u jekk dawn l-oqbra l-ġodda humiex se jkunu għall-bejgħ jew jekk humiex se jkunu parti mill-komun?
Response (CASSAR, JOSEPH)
B’referenza għal mistoqsija parlamentari nru 17666, infurmat li l-pożizzjoni baqgħet l-istess jiġifieri li bħalissa m’hemm l-ebda ħsieb li ċ-Ċimiterju tal-Mosta jiġi estiż.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Zocor qed ikunu out of stock regolarment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurements ħareġ sejħa għall-offerti (kuntratt tat-tliet pakketti) permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Din it-tender għalqet fil-11 ta’ Awwissu 2009. L-istima ta’ din it-tender kienet ta’ €2,417,531.
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni gie mtawwal minħabba li kien hemm oġġezzjoni u d-Dipartiment tal-Kuntratti dam biex ifinalizza dan il-proċess. Għalhekk id-Dipatiment tal-Procurements beda joħroġ sejħiet pubbliċi varji biex tinxtara din il-mediċina f’ammonti żgħar li l-valur tagħħom ma’ jaqbiżx il-limitu Dipartimentali kif stabbilit mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Wara sejħa pubblika għall-offerti, il-Gvern ta kuntratt għal sena lil kuntrattur lokali iżda dan il-kuntrattur informa lid-Dipartiment li kien qiegħed jabbanduna l-kuntratt peress li skont hu hemm unavailability of raw material from our API Manufacturer. Minnufih id-Dipartiment tal-Procurements ħa passi biex jixtri dawn il-pilloli minn sorsi alternattivi u d-dipartiment beda jirċievi konsenji varji fuq bażi regolari. Dawn il-konsenji qegħdin jitqassmu mill-ewwel lill-ispiżeriji kollha tal-Gvern u lid-dipartiment tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għazla Tiegħek. Konsenji oħra mistennija jaslu fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet xebbiet li matul l-ewwel 6 xhur tas-sena weldu f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar t’April ta’ din is-sena ġew irreġistrati 306 ommijiet irrapportati bħala ‘single’ - 296 f’Malta u 10 f’Għawdex.
Minn dawn il-306 ommijiet xebbiet, 33 kienu ta’ nazzjonalità barranija.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa intitolat li jieħu l-pilloli tal-cholesterol mingħajr ħlas?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċini tal-kolesterol ’statins’ jistgħu jingħataw lil dawk il-pazjenti li għandhom Skeda V għal dawn il-kundizzjonijiet: mard iskemiku tal-qalb, sindromu nefrotiku, indeboliment kroniku renali u pressjoni għolja. Pazjenti li għandhom id-Dijabete Mellitus jistgħu jieħdu dawn il-mediċini permezz tal-kartuna r-roża. Għall-kundizzjonijiet kollha msemmija dejjem irid japplika konsulent awtorizzat skont il-protokolli tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li enrolled nurses li jkunu rriżenjaw minn mal-gvern u li jagħmlu talba biex jiġu reinstated qed ikollhom it-talba tagħhom rifjutata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjonijiet għal reinstatement ta’ enrolled nurses jiġu ikkunsidrati jekk kemm il-darba fil-passat l-applikanti jkunu ħadmu bħala enrolled nurses mad-Dipartiment tas-Saħħa, f’liema każ dawn jerġgħu jiġu impjegati.
Residenza San Vinċenz de Paule — swali mingħajr air conditioning
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali fir-Residenza San Vinċenz de Paule mingħajr il-faċilità tal-air conditioning? Huwa ppjanat li jiġi stallat matul ix-xhur li fadal tas-sajf? Jekk iva, meta se jinbeda x-xogħol u meta se jispiċċa? Jista' jassigura li l-fannijiet li qed jintużaw f'dawn is-swali mhumiex ta' periklu għall-istess anzjani? Kif? Fejn qed jintużaw il-portable air conditioning? Ma jidhirlux il-Ministru li dawn jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa tal-anzjani peress li dawn jixħtu arja fuq naħa waħda u mbagħad meta l-anzjani jduru fuq in-naħa l-oħra jkunu qed jipperikolaw li jieħdu l-irjieħat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-unika sala mingħajr arja kundizzjonata hija s-sala St Francis 4. Bħalissa, din is-sala hija fornuta b’31 fan u 6 portable air conditioners. Rigward il-fannijiet u portable air conditioners, kemm il-management kif ukoll l-istaff huma attenti sabiex dawn ma jkunux ta’ periklu għall-anzjani. Il-bqija tas-swali kollha fir-Residenza San Vincenz de Paule għandhom il-faċilita tal-air conditioning.
Fil-15 ta’ Marzu 2011 inħareġ
tender
biex tiġi nstallata sistema ta’ arja kundizzjunata fis-sala St Francis 4. It-
tender
għalaq fil-5 ta’ April 2011. Dan it-
tender
għadda mill-proċessi kollha ta’ aġġudikazzjoni u l-ittra lill-kumpanija li rebħet il-kuntratt intbagħtet fl-10 ta’ Ġunju 2011. Fis-7 ta’ Lulju 2011, wara li għadda l-perjodu ta’ appell, ntbagħtet l-ittra ta’ konferma biex, skont il-kundizzjonijiet tat-
tender
, ikun jista’ jinbeda x-xogħol fi żmien sitt ġimgħat. Il-kuntrattur huwa obbligat li jlesti x-xogħol fi żmien 10 ġimgħat.
Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? X'inhuma l-aħħar żviluppi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni tal-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjonijiet għad-dħul bħala High Priority fid-Dar ta’ l-Anzjani taż-Żejtun, fit-18 ta’ Diċembru tal-2007. Din qegħda fuq il-lista ta’ stennija skont il-mertu tal-każ. Meta jkun imissha li tidħol, l-anzjana tiġi kkuntattjata mill-uffiċċjali nkarigati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iStelazine (kalmant) humiex out of stock? X'qed jagħmel il-gvern biex iġib dawn il-mediċini fi żmien qasir għall-ġid tal-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dwar Trifluperazine (Stelazine) ma kien hemm ebda tibdil mir-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26330.
Trifluperazine 5mgs jinstabu in stock filwaqt li l-pilloli Trifluperazine 1mg mhumiex in stock għaliex il-Medicines Authority waqqfet id-distribuzzjoni tagħhom.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7951, 7380 u 8263, jista’ l-Ministru jghid jekk hux se jigu mpjegati aktar ħaddiema socjali fis-Social Workers’ Unit ? Kemm kien hemm ħaddiema socjali f’din il-unit fis-snin 2008, 2009 u 2010 u kemm hemm ħaddiema soċjali llum? Għaliex f'din il-unit għadu ma ġiex appuntat uffiċjal inkarigat bħalma hemm f’units oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità għamel talba biex jiġu ngaġġati żewġ social workers ġodda.
Ħaddiema fis-Social Workers’ Unit
Sena
Numru ta’
Social Workers
2008
7
2009
6
2010
6
2011
6
Bħalissa s-Social Work Unit hija mmexxija minn Social Worker tal-esperjenza u tingħata allowance speċifikament għat-tmexxija ta’ din il-Unit.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern għall-persuni li qed jaħdmu bħala dental surgery assistants fl-Isptar Mater Dei? Hemm il-ħsieb li dawn ikollhom struttura bħal ta' professjonijiet u xogħlijiet oħra? Huwa maħsub li jiddaħħlu aktar persuni li jaħdmu bħala dental surgery assistants? Wara li jiskadi l-kuntratt preżenti ta' dawn il-persuni, hemm il-ħsieb li jiġġedded il-kuntratt jew li jiddaħħlu tal-post?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa hemm 16-il persuna li qegħdin jokkupaw pożizzjoni ta’ Dental Surgery Assistants bil-kuntratt għal tlett snin.
Hemm grupp ieħor li għamlu l-
interviews
fil-15 ta’ Ġunju 2011 u qed jistennew li jiġi pubblikat ir-riżultat.
Saru ħafna diskussjonijiet fuq ir-rwol tad-D
ental Surgery Assistants
fid-Diviżjoni tas-Saħħa u ġie mfassal pjan biex is-servizz ta’ dawn id-D
ental Surgery Assistants
ikun mifirux mad-diversi sptarijiet u entitajiet fi ħdan il-Ministeru.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tista’ iġġedded il-kuntratti ta’ dawn id-
Dental Surgery Assistants
skont il-bżonn li jkun hemm għal dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23379 u 26624 u jgħid jekk sarux energy audit fuq l-isptarijiet: Karen Grech; Boffa u Craig u fuq il-health centres? Jekk saru, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux, jista' jgħid meta dawn se jsiru u meta se jitlestew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26622 u 23847 u jgħid kif u fiex intnefqu l-€4 miljun ivvotati fil-budget tas-sena li għaddiet u li kienu maħsuba biex jindirizzaw il-waiting lists?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-somma ta’ €4,000,000 ġiet sussegwentament riveduta għal €1,250,000 li minnha intefqu kif ġej:
€600,000 għal salarji addizzjonali għall-istaff kliniku;
€178,527 fuq consumables; u
€61,000 għall-ħlasijiet lill-istaff klerikali għal xogħol amministrattiv.