Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji privati u parastatali — ħlas ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li huma regolari to date fil-ħlas ta' National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS 7s u FS 3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 5,213 kumpanniji privati u parastatali li kienu to date fil-ħlas ta’ National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom.

Kumpaniji privati u parastatali — Ħlas ta' National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li m'humiex to date fil-ħlas ta' National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom? Kemm hi ċ-ċifra globali li hija f'arretrati u/jew trid titħallas minn kumpaniji eċċ. in kwestjoni fil-preżent?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS7s u FS3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 950 kumpaniji privati u parastatali li ma kinux to date fil-ħlas ta’ National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom u l-arretrati jammontaw għal €5,214,134.

Kumpaniji privati u parastatali — ħlas ta' taxxa tal-income

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li huma regolari to date fil-ħlas tat-Taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS 7s u FS 3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 5,837 kumpanniji privati u parastatali li kienu to date fil-ħlas tat-Taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-kont tad-dawl u l-ilma lill-koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilhom ma jirċievu l-kont ix-xhur?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

rapport dwar l-inkjesta tal-mercaptans

Question

Billi r-rapport dwar l-inkjesta tal-mercaptans ilu f'idejn il-Ministru mill-bidu ta' Jannar, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jistenna r-reazzjoni uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta qabel jippubblikah? Jista' jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra b'seħħ immedjat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed nistenna reazzjoni uffiċċjali mill-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta, u deċiżjoni dwar jekk hemmx passi dixxiplinari x’jittieħdu fil-konfront ta’ xi uffiċċjali, qabel ma npoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.

banek u istituzzjonijiet finanzjarji — holdings Iranjani

Question

Jista' l-Ministru jikkwantifika kemm rriżulta li l-banek Maltin u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn f’pajjiżna kellhom b’kollox holdings Iranjani matul din il-leġislatura sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi m’hemmx figuri u data speċifiċi għal “holdings Iranjani” matul din il-leġislatura, skond it-termini tad-domanda. Din it-tip ta’ informazzjoni ma tinġabarx, u f’dan ir-rispett id-domanda lanqas ma hi preċiża biżżejjed. Ninsab f’pożizzjoni, iżda, li niċċara illi Malta timplimenta is-sanzjonjiet internazzjonali bħala parti mil-liġi ordinarja tagħha u bħala riżulatat ta’ dan jirriżulta illi xi banek Maltin iffriżaw xi ammonti li kienu fl-ismijiet msemmija fis-sanzjonjiet u ninsab mgħarraf illi dawn l-ammonti ġew debitament rapportati lill-awtoritajiet u m'huma xejn ħdejn il-figuri konsiderevoli li issemmew fil-media fl-aħħar jiem, imma ħafna inqas. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità imposti mill-liġi stess, mhux se nsemmi figuri aktar preċiżi, imma nista nassigura illi l-ammonti rapportati m’humiex ta’ natura eċċezzjonali.

Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji — ilmenti pendenti minn konsumaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ilmenti pendenti minn konsumaturi mal-Consumers' Complaints Manager tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji għal perjodu bejn is-sena 2008 u Jannar 2012? Minn kemm ilhom pendenti, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta — privatizzazzjoni tal-Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta hix se tiġi privatizzata? Jekk se tiġi privatizzata, x'se jiġri mill-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li jaħdmu f'din id-diviżjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22825.

Korporazzjoni Enemalta — spezzjonijiet regolari fuq l-arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta tagħmilx spezzjonijiet regolari fuq l-arbli li għandha kemm biex tipprovdi d-dawl (arbli bil-bozoz fuqhom) kif ukoll dawk l-arbli li magħhom hemm imwaħħla l-cables tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ssir spezzjoni fuq arbli ta’ vultaġġ għoli waqt li arbli ta’ vultaġġ baxx jinbidlu skont il-ħtieġa.

Malta Enterprise — Investiment u impjieg

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kumpaniji li l-Malta Enterprise qalet li nvestew €320 miljuni f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jagħti breakdown tat-3,200 impjieg li qegħdin jgħidu li ħolqu dawn il-proġetti ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Parents' Rate Tax

Question

B'referenza għall-parent rate ta' taxxa li ġiet imħabbra fl-aħħar Budget, jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri li jistgħu jibbenefikaw minn tali rata jkoprux: a) single parents ; u b) ġenituri li jgħixu flimkien, imma mhux miżżewġin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-parent rate imħabbra fl-aħħar budget tapplika għal kull ġenitur li jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin, irrispettivament mill-istat ċivili; jiġifieri 1. trid tkun qed tmanti wild taħt il-kustodja tagħha jew tkun qed tħallas manteniment (stabbilit jew awtorizzat mill-qrati) għar-rigward ta’ wild tagħha; 2. dan il-wild ma jkunx għalaq it-18-il sena, jew ma jkunx għalaq 21 sena jekk jirċievi tagħlim full-time fi stabbiliment edukattiv ta’ livell terzjarju; u 3. il-wild ma kellux dħul minn attivita bi qligħ.

kwestjoni dwar ħlas ta' kont

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ARMS Ltd tinvestiga l-każ ta' mara, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tiġi obbligata tħallas kont ta' €391.23 ta' anzjan familjari tagħha li miet fid-9 ta' Ġunju, 2011 u l-proprjetà ta' fejn kien jgħix ingħatat lura lis-sid?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31433, 31041, 30654, 30486 u 30119 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

impenn favur it-tisħiħ tal-ewro

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31276 u cioè: Filwaqt li wieħed jawgura li jkompli l-impenn favur it-tisħiħ tal-munita tagħna lkoll l-ewro, jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartimenti, aġenziji jew entitajiet governattivi, jew inkella xi korporazzjonijiet jew istituzzjonijiet li fihom għandu xi sehem il-Gvern Malti jew xi entitajiet ikkontrollati minnu, f'dawn l-aħħar xhur għamlux xi studji dwar worst-case scenario fl-eventwalità li tikkollassa l-munita ewro?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Gvern Malti qiegħed jaħdem b’mod attiv sabiex il-problemi finanzjarji u ekonomiċi fiż-żona tal-Ewro jkomplu jiġu ndirizzati u jingħelbu. Il-munita Ewro kienet u għadha b’saħħitha.

Għawdex — Dipartiment tal-Vat - kwestjoni dwar il-ħinijiet li l-uffiċċju jkun miftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tal-VAT f'Għawdex ħafna drabi qed ikun magħluq? (per eżempju dan id-dipartiment kien magħluq l-Erbgħa 4 ta’ Jannar u t-Tnejn 23 ta’ Jannar 2012)? Jaf li konsegwenza ta’ dan li l-pubbliku li jkollu bżonn imur fdan l-uffiċċju mhux qed jinqeda kif suppost u qed ikollu jerġa' jmur diversi drabi oħra? Jaf li skrivana waħda f’dan l-uffiċċju li taħdem bir-reduced hours ma tistax tagħti servizz effiċjenti lill-pubbliku? Jista’ jgħid meta se jintbagħat replacement għall-principal officer li spiċċa f’Marzu tas-sena l-oħra biex forsi x-xogħol f’dan l-uffiċċju jkun jista' jibda jiffunzjona kif suppost?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi filwaqt li d-Dipartiment tal-VAT qiegħed jieħu l-passi neċessarji sabiex timtela’ l-vakanza ġewwa l-uffiċċju tiegħu f’Għawdex, is-servizz provdut qiegħed temporanjament jingħata min skrivani tal-Inland Revenue f’Għawdex kull meta l-iskrivana tal-VAT li aċċennajt għaliha ma tkunx disponibbli.

trasferiment ta' ilma minn Malta għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-2009 sal-2011? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

informazzjoni dwar il-konsum totali tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31323 u jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Malta u Għawdex separatament mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dan il-konsum kif kien imqassam fuq l-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ u dak domestiku?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31756.

informazzjoni dwar konsum tal-ilma fl-oqsma differenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31317 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma fl-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ, tat-turiżmu, tal-agrikoltura u fil-qasam domestiku f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2000 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

każini tal-baned li rċevew fondi mill-Good Causes Fund

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-każini tal-baned li fl-aħħar erba’ snin irċevew għotjiet mill-Good Causes Fund? Jista’ fl-istess tweġiba jgħid kemm kien l-ammont li ngħataw u għal liema raġuni ngħataw din l-għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Impjant tal-Purifikazzjoni tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex l-Impjant tal-Purifikazzjoni tad-Denaġġ ta' Malta - North, Malta - South u Għawdex jibdew jipproduċu ilma msoffi għal-livell terzjarju?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi bil-għan illi l-ilma li joħroġ mill-Impjanti tal-Purifikazzjoni tad-Drenaġġ ta’ Malta Tramuntana, Malta Nofsinhar, u dak ta’ Għawdex, liema ilma bħal issa qiegħed jintefa’ l-baħar, jista’ jibda jintuża għall-użu sekondarju. Għal dan il-għan ġew iddiżinjati mpjanti ta’ purifikazzjoni fuq bażi ta’ ultra-filtrazzjoni u reverse osmosis biex b’hekk l-ilma ikun msoffi għall-livell ogħla minn dak terzjarju. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma applikat għall-ħruġ tal-permessi neċessarji mill-MEPA, qed tipprepara d-dokumenti għat-tenders u għamlet talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista’ tattwa dan il-Proġett Nazzjonali.