B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22501, tista’ l-Ministru tgħid:
a) kemm mill-104 li kienu ilhom inqas minn xahar jirreġistraw għax-xogħol kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex;
b) kemm mid-59 li kienu ilhom xahar jew aktar, iżda inqas minn xahrejn jirreġistraw għax-xogħol kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex;
ċ) kemm mit-38 li kienu ilhom xahrejn jew aktar, iżda anqas minn tliet xhur jirreġistraw għax-xogħol kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex; u
d) kemm mill-171 li kienu ilhom iktar minn tliet xhur jirreġistraw għax-xogħol kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
47 kienu ilhom inqas minn xahar jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex .
F’Għawdex, 14 kienu ilhom xahar jew aktar, iżda inqas minn xahrejn jirreġistraw għax-xogħol.
8 kienu ilhom xahrejn jew aktar, iżda inqas minn tliet xhur jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex
46 kienu ilhom iktar minn tliet xhur jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex
B'referenza għall-Kulleġġ Sir Thomas Moore, tista' l-Ministru tgħid fejn hu l-post li fih se jintbagħtu l-istudenti tal-iskejjel sekondarji tas-subien u l-bniet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 21554 tas-Seduta 289.
Għalliema — problemi ta' saħħa - a light teaching load
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema li jinsabu fuq a light teaching load in vista ta' problemi ta' saħħa? Kemm huma dawn l-għalliema? Fejn jgħallmu dawn l-għalliema? X'suġġetti jgħallmu? X'inhi t-teaching load tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm qed iħallas flus għal kull programm il-produttur tal-programm Kontra Attak lill-Public Broadcasting Services minħabba li din il-kumpanija privata qed tuża apparat, ħin u filmati tal-Public Broadcasting stess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-arranġament li jeżisti bejn il-Public Broadcasting Services u l-
producers
tal-programm Kontra Attakk huwa
joint venture
. Għal dan il-programm jintuża spazju u apparat provdut kemm mill-
producers
ta’ Kontra Attakk u mill-PBS.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jirċievi l-war pension mill-Ingilterra - u dan dejjem irċieva din il-pensjoni mill-Ingilterra - u issa wara 11-il sena qed jiġi mġiegħel iħallas ammont ta' £19,000 għax skont huma tħallsu żejda, meta dan dejjem irċieva l-ammont li huwa kien intqal minnhom stess li huwa dovut? Taħseb il-Ministru li dawn qatt ma setgħu jiġu miltuba lura lil ċittadin Malti stante li huwa qed jirċevihom f'Malta u oltre minn dan, li mingħajr preġudizzju dawn huma preskritti skont il-liġi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha jew iċċempel fuq in-numru 159 għal aktar informazzjoni.
persentaġġ tal-pensjoni mitluba lir-Residenza f'San Vinċenz de Paule
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-persentaġġ tal-ammont finanzjarju meħud lill-koppja anzjana mill-pensjoni tagħhom meta wieħed minnhom jispiċċa rikoverat fir-Residenza San Vinċenz De Paule b'mod permanenti? Tista' tgħid għaliex qed jittieħed ukoll parti mill-imgħaxijiet ta' flus li jista' jkollhom il-bank?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li kull resident ta’ servizz residenzjali finanzjat mill-Istat għall-kura u l-benesseri ta’ l-anzjani għandu jikkontribwixxi lill-Gvern talli jżommu u jmantnih.
Il-kontribuzzjoni ta’ resident ikun jiddependi mill-livell ta’ trattament. Hemm żewġ livelli ta’ trattament. Waħda fejn jiġi provdut servizz residenzjali bi trattament biss bażiku u minimu u ieħor fejn is-servizz residenzjali provdut ikun jinkludi dak il-livell ta’ trattament li jkun jmur lil hinn minn trattament bażiku u minimu.
Għalhekk kull resident li jipperċepixxi pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali rikoverati fir-Residenza San Vinċenz De Paule jikkontribwixxu 60% mill-pensjoni u mill-bonusijiet li jirċievu mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nett mit-taxxa fuq l-
income
u 60% minn kull qliegħ ieħor fejn qed jingħataw trattament tal-ewwel livell.
Kull resident li qed jirċevi trattament tat-tieni livell jikkontribwixxi 80% minn kull pensjoni u bonus li jirċevi mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nett mit-taxxa fuq l-
income
u 60% minn kull qliegħ ieħor li jkun irċeva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha ssir l-istima ta' qliegħ ieħor nett mit-taxxa fuq l-
income
.
Inżid li f’każ fejn hemm konjuġi li għadha/għadu jirresjedi fid-dar tagħha/tiegħu u li ma jipperċepixxix pensjoni seperatament għaliha/għalih, il-pensjoni tal-pensjonant rikoverat tinqasam billi tingħata 40% lill-pensjonant rikoverat u 60% lil konjuġi li tibqa/jibqa jgħix fid-dar residenzjali tagħha/tiegħu. Għaldaqstant f’dawn il-każijiet it-tnaqqis ta’ 80% jew 60% imsemmi aktar ‘l fuq jitnaqqas mill-40% pensjoni u minn xi
income
ieħor li jista’ jkun qiegħed jirċievi il-pensjonant rikoverat.
Tajjeb inżid ukoll li fl-ebda każ imsemmi hawn fuq m’għandiex tkun waħda tali li tħalli lir-resident b’inqas minn €1398 (Lm600) fis-sena għad-disposizzjoni tiegħu.
Il-kunċett li jittieħdu ukoll parti mill-imgħaxijiet ta’ flus li jista’ jkollhom il-bank ġie fis-seħħ sabiex kulħadd jikkontribwixxi għaż-żamma tiegħu skont l-
income
totali tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid meta se toħroġ xi skema sabiex inkwilini fi proprjetà tal-gvern ikunu jistgħu jsiru sidien ta' darhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-iskema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post tinsab magħluqa. Għalkemm ma kienx ppjanat li din l-iskema terġa’ tiftaħ bħalissa qed jiġi kkunsidrat jekk għandux ikun hemm xi skema li tagħti opportunità li wieħed jixtri l-post tar-residenza li mikrija mingħand il-gvern.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna li kellha blue sticker tilfet din il-faċilità matul l-2010? Kemm minn dawn il-każijiet rifjutati jirriżulta li għandhom diżabilità ta' natura kronika, fejn wieħed jistenna li l-każ isir aktar restrittiv fuq l-aċċessibilità tal-bniedem mal-mogħdija taż-żmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kien hemm 84 persuna b'diżabilità li kellhom il-blue sticker u tilfu din il-faċilita' matul is-sena 2010.
Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija , peress li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità ma żżommx rekord elettroniku tad-dijanjożi tal-persuni reġistrati magħha, mhux possibbli li jingħataw dawn id-dettalji. Però l-persuna għandha dritt terġa' tapplika wara sena jekk hija tħoss il-ħtieġa li tagħmel dan minħabba d-diżabilità tagħha.
Furjana — stallar ta' lifts f'appartamenti tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar hijiex qiegħda tikkonsidra l-possibilità li jiġi stallat lift fl-appartamenti tal-gvern f'71 Triq il-Miratur u 13, Triq is-Suq Furjana?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-każ tal-indirizz Nru. 71, Triq il-Miratur, Furjana l-installazzjoni tal-lift mhix teknikament possibbli minħabba wiesa’ ristretta tat-tromba tat-taraġ. Il-bitħa wkoll ma setgħetx takkomoda l-lift għax kienu ser jiġu ristretti d-dawl u l-arja għat-twieqi kif ukoll l-ispazju meħtieġ għall-manutenzjoni tas-servizzi ta’ katusi u pajpijiet li jkopru l-ħitan.
Fil-każ tal-indirizz Nru. 13, Triq is-Suq, Furjana sar kejl u ġew ippreparati pjanti li juru l-għamla eżistenti tat-tromba tat-taraġ u dawn urew li ma setax jiġi nstallat lift ġo dan il-blokk għal raġunijiet dwar l-għamla u l-pożizzjoni tat-tromba.
Barra minn hekk ix-xaft tal-
lift
ma jistax isir fil-bitħa nterna li tiġi wara t-taraġ komuni tal-appartament għax hemm kmamar tal-banju/WC’s privati li jifirdu t-taraġ komuni mill-bitħa nterna.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk persuni li joqogħdu f'post bil-kera li iżda m'għandhomx il-ktieb tal-kera, jistgħux jibbenefikaw minn skemi t'għajnuna għall-kera (sussidju tal-kera) li għandha l-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika mil-iskema tas-sussidju tal-kera, l-Awtorita’ tad-Djar titlob xi evidenza li turi li l-kera qed tiġi mħallsa. Jekk l-applikant ma jkollux ktieb tal-kera, kopja ta’
cheque/bank statement/money order
indirizzati lis-sid jew xi evidenza oħra, l-applikazzjoni ma tkunx tista’ tigi pproċessata. L-Awtorità tad-Djar titlob ukoll jekk l-applikant jkollux kuntratt tal-kera li jkun ġie ffirmat mis-sid mal-applikant.
Fir-rigward tal-korsijiet li jwasslu għal diploma fl-accounts fl-MCAST, tista' l-Ministru tgħid kemm-il ġimgħa xogħol naqset li tattendi għalliema tqila mingħajr ma nstabet sostituta għaliha? B'mod ġenerali, f'Jannar 2011 kemm-il għalliema tqila fid-diversi skejjel u istituti tal-MCAST ma nstabux sostituti għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għalliema tal-
accounts
li qed jirreferi għaliha kienet tliet ġimgħat biċ-ċertifikat tal-mard tul Jannar 2011.
Matul l-istess xahar fl-MCAST ma kien hemm l-ebda għalliema tqila oħra li ma nstabx sostitutha għaliha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema bi kwalifika professjonali ta' librara fis-Servizz tal-Libreriji fl-Iskejjel? Ħarġu xi applikazzjonijiet biex jiżdied l-istaff? Jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm żewġ ħaddiema minn erba’ li għandhom kwalifika professjonali (Diploma mill-Università ta’ Malta). Il-Kap tas-Sezzjoni u Teacher.
Fl-2010 ħarġet applikazzjoni għall-post ta’
Library Officer
. Applikaw 11, iżda ħadd minnhom ma kien eleġibbli skont il-kundizzjonijiet imposti miċ-ċirkulari. Qed jittieħdu passi biex tinħareġ applikazzjoni oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jistax ikun possibbli li Dar il-Kaptan li fiha jkun hemm numru ta' residenti kuljum, li jinbidlu ta' kuljum ukoll, ikollhom energy benefit li fuq kollox ikun qed jagħmel tajjeb biex jgħin istituzzjoni bħal din li tieħu ħsieb 32 persuni kuljum u 17-il persuna li jorqdu f'din l-istituzzjoni ta' kuljum peress li tajjeb li nsemmu li Dar il-Kaptan tieħu ħsieb toffri respite lill-persuni b'diżabilità u lill-ġenituri tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhi s-sistema preżenti, Dar il-Kaptan ma tikkwalifikax għall-Benefiċċju tal-Enerġija madanakollu se nara kif wieħed jista’ jgħin lil Dar il-Kaptan f’dan ir-rigward.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fis-settur privat, fi produzzjoni diretta u f’servizzi tas-suq separatament, rġiel għalihom u nisa għalihom, f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010? Tista’ tagħti din l-informazzjoni kategorizzata skont in-NACE Code?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23023.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 23344, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu r-raġunament li wassal biex subien minn Raħal Ġdid li se jattendu l-iskola sekondarja mis-sena d-dieħla, se jagħmlu l-Form 1 tas-Sliema u Form 2 l-Ħamrun? Ma taħsibx li dan iħalli effetti negattivi fuq l-istudenti li f’sentejn ikollhom jibdlu darbtejn l-ambjent tagħhom u sforzi finanzjarji fuq il-familji peress li jkollhom anki spejjeż doppji fejn jidħlu l-uniformijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid jiffurmaw parti minn Kulleġġ San Ġorġ Preca, fil-livell sekondarju s-subien jattendu Kulleġġ San Gorġ Preca Sekondarja Subien, Ħamrun (Il-Liċeo). Għall-ewwel sena tas-sekondarja jkunu tas-Sliema. Mill-Form 2 ‘l hemm imorru l-Ħamrun. Din is-sitwazzjoni ilha hekk diversi snin u ma ħalliet l-ebda effetti negattivi fuq l-istudenti. M’hemm l-ebda piż finanzjarju peress li l-uniformi hi waħda. Dik tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca.
Tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li kotba klassiċi ta’ Voltaire u xi kittieba oħrajn tneħħew mil-librerija tal-iskejjel? Jekk iva, għaliex?
X’wassal għal dan kif ukoll għat-tneħħija ta' xi kotba ta’Mario Azzopardi mill-i
school library list
?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kotba fil-libreriji tal-iskejjel huma kklassifikati skont l-età tal-qarrejja.
Dwar il-ktieb ‘Vampir’ ta’ Mario Azzopardi li tneħħa minn xi libreriji fl-iskejjel sekondarji, ħtart grupp ta’ nies biex jevalwa l-ktieb u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tiegħu u dwar il-klassifikazzjoni ta’ kotba fil-libreriji tal-iskejjel.
Ir-rapport li wasalli u jien ippublikajt, ikklassifika l-ktieb Vampir bħala wieħed li jista’ jinqara minn persuna ta’ 14 u 15-il sena. Il-grupp għamel ukoll rakkmandazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni ta’ kotba fil-libreriji tal-iskejjel u kif għandhom jitqassmu l-kotba fl-imsemmija libreriji biex l-istudenti jkunu ggwidati aħjar lejn kotba adattati għalihom.
Diġa’ ddikjarajt li aċċettajt u se nimxi ma’ dawn ir-rakkmandazzjonijiet.
Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol — persuni li tilfu l-impjieg
Question
Tista' l-Ministru tgħid -
a) kemm daħlu appelli minn persuni li qed jirreġistraw jew oħrajn li tilfu l-impjieg u ġew impoġġija fuq
part 2
f'dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena;
b) kemm-il seduta saret mill-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol biex tisma' l-appelli;
ċ) kemm kien in-numru ta' ħaddiema kull sena li jgħinu fix-xogħol tal-Awtorità u x'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema; u
d) x'inhu jsir mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sabiex dawk il-persuni li minħabba problemi ta' età, saħħa, soċjali u nuqqas t'esperjenza jinstabilhom xogħol adattat u mhux sempliċiment jitneħħew minn
part 1
?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ appelli minn persuni li qed jirreġistraw jew oħrajn li tilfu l-impjieg u ġew impoġġija fuq part 2 f’dawn l-aħħar tliet snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-numru ta’ seduti matul l-2008 kienu ħamsin (50), fl-2009 wieħed u tletin (31) u fl-2010 tlieta u erbgħin (43).
In-numru ta’ impjegati
fl-2008 kien 7 (4 Klerikali , 2 Minor staff u 1 I.P.S.L.)
fl-2009 kien 7 (4 Klerikali , 2 Minor staff u 1 I.P.S.L.)
fl-2010 kien 5 (3 Klerikali , 1 Minor staff u 1 I.P.S.L.)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig għandha diversi programmi ta’ skemi u taħriġ sabiex tgħin lil dawk li jkunu qed ifittxu xogħol. Fost dawn l-iskemi hemm l-iskema “ Work Trial Scheme” li propju hija intenzjonata sabiex tgħin lil dawk li m’għandhomx esperjenża ta’ xogħol. Barra minn dan għandna wkoll skema “ Employment Aid Programme” li hija skema ko finanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew li toffri sussudju fuq il-Paga u l-Bolla tal-imgħallem meta dan jimpjega nies żvantaġġjati bħal persuni li għandhom iktar minn 50 sena, persuni b’Diżabilita, persuni li ilhom barra mid-dinja tax-xogħol fost oħrajn.
Programm ieħor huwa l-Youth Employment Programme li jagħti parir u diversi servizzi lil dawk iż-żgħażagħ li jkunu waqfu mill-istudju tagħhom.
Il-Korporazzjoni għandha wkoll sezzjoni għall-persuni b’Diżabilita’ u kif ukoll persuni li għandhom problemi soċjali u persuni li ilhom ma jaħdmu għal bosta snin. Għal dawn tal- aħħar ġie introdotta skema “Community Work Scheme” fejn persuni li ilhom ma jaħdmu jagħmlu 30 siegħa fil-ġimgħa xogħol fil-Komunita’ għal perjodu ta’ ġimgħat. Skema oħra hija l-Bridging the Gap Scheme li toffri esperjenża ta’ xogħol lill-persuni b’Diżabilita u persuni bi problemi soċjali.
Barra minn dan il-Korporazzjoni toffri firxa wiesa’ ta’ taħriġ, apprentistat, traineeships u skemi ta’ sussidju fuq taħriġ bħal ma hija t-Training Aid Framework u Training Subsidy Scheme.
Iktar informazzzjoni dettaljata tinsab fuq il-Website tal- Korporazzjoni www.etc.gov.mt
Tista' l-Ministru tgħid f’liema lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex hawn housing estates u meta inbena kull housing estate? Kemm huwa n-numru ta’ units f’kull housing estate? Kemm minn dawn il-units huma b’kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, housing estate b’housing estate ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni dwar propjetà li l-Awtorità tad-Djar bniet f’Housing Estates u li qegħdin preżentement jinkrew qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru responsabbli mill-Artijiet.