Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13831 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13918 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: JOSEPH MUSCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ajruplan Amerikan — body scanners

Question

Wara l-attentat riċenti fuq ajruplan Amerikan fi triqtu mill-Olanda għall-Istati Uniti, fejn kien hemm għadd ta' pajjiżi li ħabbru li se jkunu qed jesiġu l-introduzzjoni ta' body scanners fl-ajruporti tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward? Il-Gvern eżamina din il-possibilità? Saru taħdidiet mal-mexxejja tal-Malta International Airport? Jekk ittieħdet deċizjoni li jiddaħħlu l-body scanners, meta se jiddaħħlu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-bidu tas-sena 2009, l-Aviation Security Committee kien diġà beda jeżamina l-possibilita' tal-introduzzjoni ta' body scanners. Għal dawn il-laqgħat dejjem kien hemm rappreżentant tal-Malta International Airport. Ninsab infurmat illi deċiżjoni definittivà ma ttieħditx għar-raġuni li l-użu tal-body scanners għadu qiegħed jiġi diskuss anke fost pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja li qegħdin jevalwaw l-implikazzjoni tal-inċident li seħħ fuq l-ajruplan Amerikan. Kwalunkwe introduzzjoni ta' apparat tas-sigurtà bħal ma huma l-body scanners ser jingħata kull konsiderazzjoni sabiex nassiguraw li jinżamm livell għoli ta' sigurtà fl-ajruport.
Leg 11 PQ #11320 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Rabat — kwestjoni fuq ħlas ta' liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ ta’ xerrej ta' senter li rċieva ittra mill-għassa tar-Rabat bir-referenza li qed tingħata separatament, nhar it-Tlieta 6 ta' Ottubru 2009 biex imur personalment l-għassa tar-Rabat biex iħallas din il-liċenzja ġdida. Wara li l-għada ħa gurnata leave apposta, malli jasal l-għassa tar-Rabat qalulu li ma kienx ser jinqeda għax is-surgent bil-leave u mhux dieħel qabel l-20 ta' Ottubru 2009! Jista' l-Ministru jgħid għala ntbagħtet din l-ittra meta min bagħatha kien jaf li mhux ser ikun hemm min jaqdih? Pulizija mara mill-uffiċċju ta' l-għassa tar-Rabat qaltlu li ma tistax taqdih għax is-surgent bil-leave u li hi m'għandhiex il-password tal-kompjuter u qaltlu li biex jinqeda dan irid imur l-għassa tal-Mosta. Wara li mar il-Mosta dan jiġi nfurmat minn pulizija mara oħra li ma setghetx taqdih hi mill-Mosta u riedet tkun taf il-għala bagħtuh hemm. Meta dan reġa' mar l-għassa tar-Rabat biex jipprotesta għal dan l-aġir irresponsabbli dan ġie mkeċċi 'l barra u qalulu bl-akbar arroganza li ġo għassa qatt m'għandek tmur għas-sodisfazzjon! Taħseb li hu aċċettabbli li ċittadini jiġu stmati b’dan il-mod?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dan l-ilment ġie investigat u qed jittieħdu proċeduri dixxiplinarji kontra l-membru tal-Korp involut.
Leg 11 PQ #13501 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuna li taħdem fis-segretarjat privat — kaċċa illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ma ġew meħuda l-ebda passi mill-pulizija kontra persuna li nqabet għall-kaċċa b’mod illegali u li taħdem fis-segretarjat jew fl-uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għad-domanda Parlamentari numru 13500.
Leg 11 PQ #13650 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — Work Time Directive

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8721, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sezzjonijiet li diġà bdew b'shifts ġodda? Fil-każ ta' dawk li bdew b'shifts ġodda, jista' jgħid jekk dan sarx għar-raġuni li kien qed jinqabeż l-ammont ta' sigħat stabbillit taħt il-Work Time Directive tal-Unjoni Ewropea? Fil-fatt, kull pulizija inkluż il-fizzjali, se jitħallsu b'lura jekk jirriżulta li fis-snin li Malta kienet marbuta ma' din id-direttiva dawn kienu ħadmu sigħat żejda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12828.
Leg 11 PQ #13654 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — Statistics office

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp fl-istatistic office tal-Korp tal-Pulizija? Jidhirlu li wasal iż-żmien illi d-domandi parlamentari jibdew jiġu mwieġba minn dan l-uffiċċju minflok mid-diversi distretti u sezzjonijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-uffiċċju tal-istatistika tal-Korp tal-Pulizija hemm stazzjonati Surġent u sitt Kuntistabbli. Infurmat ukoll illi meta mistoqsija parlamentari tkun tirrigwardja statistika in ġenerali, it-tagħrif meħtieġ ikun provdut minn dan l-uffiċċju. Però bħal ma jaf l-Onor. Interpellant mhux il-mistoqsijiet parlamentari kollha jkunu jikkonċernaw statistika, u għaldaqstant it-tagħrif mitlub bilfors ikun irid jinġabar mit-taqsimiet ikkonċernati.
Leg 11 PQ #13655 Sitting 177 2009-12-14 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Spetturi tal-Pulizija — Cards tal-mobile

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jingħataw cards tal-mobile l-Ispetturi tal-Pulizija? Ta' liema valur qed tkun din il-card?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kull Spettur tal-Korp li huwa hekk intitolat, jingħata top up cards tal-mobile ekwivalenti għal €50 fis-sena.
Leg 11 PQ #13378 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Liċenzji ta' armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' armi tan-nar liċenzjati f'Malta u f'Għawdex? X'tip ta' armi għandna liċenzjati? Kif inhuma maqsuma dawn l-liċenzji skond il-lokalità ta' fejn huma liċenzjati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-armi reġistrati mal-pulizija huma kif jidhru f'din it-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13502 Sitting 176 2009-12-09 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Protest Ġudizzjarju — pulizija bla risposta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija hux se jwieġeb il-protest ġudizzjarju li kien imressaq nhar is-26 ta’ Ottubru, 2009 minn iktar minn 1,478 pulizija kif soltu jsir f’każijiet bħal dawn? Jekk le, jista' l-Ministru, li hu politiklament responsabbli, jgħid għalfejn dawn il-pulizija se jibqgħu bla tweġiba?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għandu jingħad li risposta għall-protest gudizzjarju m'għandhiex terminu legali fiss li fih trid tiġi prezentata. Huwa ukoll prinċipju fejn għandhom x'jaqsmu l-atti ġudizzjarji illi dawn iridu iressqu l-pretensjoni b' mod ċar illi jippermetti lil min jirċievi dawk l-atti li jkun jaf preċiż għaliex qiegħed jintalab iwieġeb. Dan huwa rilevanti aktar u aktar f'dan il-każ fejn għad illi l-protest sar minn ħafna persuni flimkien u b' mod ġeneriku fil-fatt kull protestant għandu l-pretenzjoni partikolari tiegħu li m' hijiex individwalment identifikata fil-protest. Jidher għalhekk illi risposta ġenerika tkun inutili daqs talba ġenerika u li t-tnejn ma jistgħu iwasslu imkien fil-kuntest ta' proċedura ġudizzjarji. Huwa propriju għalhekk illi f'każijiet bħal dawn u tal-fatti ndikati huwa dejjem aktar għaqli li kwistjonijiet tat-tip imqajjma fil-protest imsemmi mill-Onorevoli Membru jiġu diskussi raġjonevolment u preferibbilment m'għandhomx jiffurmaw l-oġġett ta' kawżi fil-Qorti.
Leg 11 PQ #13204 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità korrettiva ta' Kordin — persuni li qed jiskontaw sentenza

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12929, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-irġiel u n-nisa jinsabu jinskontaw sentenza abbażi ta' każijiet relatati mat-traffikar tad-droga u kemm minnhom abbażi ta' każijiet relatati mal-vizzju tat-teħid tad-droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13205 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li qed jiskontaw sentenza

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12929, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-322 persuna ħadu u/jew jinsabu jieħdu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13172.
Leg 11 PQ #13374 Sitting 175 2009-12-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Liċenzji għan-nassaba u kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' liċenzji għan-nassaba u kaċċaturi rispettivament li għandna f'Malta u f'Għawdex? Kif inhuma maqsuma dawk il-liċenzji skond il-lokalità ta' dawk liċenzjati?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni qiegħeda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

breathalyser test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il breathalyser test sar u kemm-il persuna nstabet b'livell għoli ta' alkoħol fil-breathalyser test xahar b'xahar minn Jannar sa Novembru 2009? Kemm minnhom kellhom anqas minn 21 sena? Kemm minnhom twaqqfu f'San Ġiljan? Kemm minnhom kienu riċedivi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sa Novembru 2009, saru testijiet fuq 78 persuna li minnhom 50 kienu posittivi, waqt li 28 jew irrifjutaw jew ma kienx komplut it-test. Minn dawn 12 inqabbdu fl-akkwati ta' San Ġiljan, u kien hemm 3 li kellhom anqas minn 21 sena u għal 9 persuni ma kienetx l-ewwel darba.
Leg 11 PQ #12898 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qawra — għassa tal-pulizija - manutenzjoni meħtieġa

Question

Billi l-Għassa tal-Qawra hi waħda mill-iktar għases użati kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti li għadna Malta, jista' l-Ministru jara li din l-għassa tiġi ridekorata fuq bażi regolari? Wara sajf sħiħ li matulu żaru din l-għassa eluf ta' nies, jista' jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent għaddej xogħol ta’ manutenzzjoni fl-Għassa tal-Mosta u meta dan ikun lest jibda xogħol fuq dik tal-Qawra.
Leg 11 PQ #13058 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet minn fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn fabbriki lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13059 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet ta' opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ta' opri tal-baħar lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13071 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet minn stabbilimenti/ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn stabbiliment/ħwienet kummerċjali lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13172 Sitting 173 2009-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — drogi rappurtati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12928, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-persuni in kwestjoni huma fuq programm ta' riabilitazzjoni mid-droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta' persuni li qegħdin fuq programm ta' riabilitazzjoni mid-droga huwa kif ġej:- Caritas 15 Sedqa 12 SATU 13
Leg 11 PQ #12892 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal għal Talbiet Żgħar — każi pendenti

Question

Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Small Claims Tribunal)? Kemm daħlu każi ġodda matul l-aħħar 12-il xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' każi pendenti quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Malta) sal-25 ta' Novembru 2009 kien 967 u n-numru ta' dawk il-każijiet li daħlu ġodda mill-1 ta' Ottubru 2008 sal-31 ta' Ottubru 2009 kien ta' 1161. Għar-rigward ta' Għawdex in-numru ta' każi pendenti sal-31 ta' Ottubru 2009 kien ta' 56 u n-numru ta' dawk li daħlu ġodda mill-1 ta' Ottubru 2008 sal-25 ta' Novembru 2009 kien ta' 45.
Leg 11 PQ #13010 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

garanziji mogħtija mill-Qrati tal-Maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw garanziji mill-Qrati tal-Maġistrati f'Malta xahar b'xahar fl-aħħar sentejn biex persuni ma jkellmux persuni oħrajn? Jista' jinkludi f'din l-istatistika kull forma ta' garanzija li ngħatat, sew jekk tkun sempliċement in atti, kemm jekk bl-applikazzjoni ta' l-artiklu 383 tal-Kodiċi Kriminali u kemm jekk jinħareġ Ordni ta' Protezzjoni u kull xorta ta' strumenti legali oħra li joffru protezzjoni biex persuna ma tkellimx persuna oħra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kienu ngħataw 596 ordni ta’ garanzija u 5 ordnijiet ta’ protezzjoni, filwaqt li matul din is-sena, s’issa, ngħataw 204 ordni ta’ garanzija u 9 ordnijiet ta’ protezzjoni mill-Qrati tal-Maġistrati. Infurmat ukoll illi dan it-tagħrif xahar b'xahar mhux disponibbli taħt forma ta' statistika.