Jista’ l-Ministru jgħid liema rotot alternattivi qed jiġu kkunsidrati mill-Gvern bejn il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll id-dati meta dawn ir-rotot se jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
B’referenza għal din il-mistoqsija parlamentari, l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jiċċara l-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti tat-Triq it-Tarzna f’Ħal Tarxien minn Triq Manuel Buhagiar sa Triq in-Nazzarenu huwiex ser isir xi xogħol fuqha fil-futur qarib minħabba l-istat li qiegħda fih?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta bdiet il-proċess ta’ koordinazzjoni mal-Entitajiet sabiex ikun jista jibda x-xogħol infrastrutturali fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti data finali meta ser jibda l-proġett ta’ Vjal Kottoner fil-Fgura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fl-ewwel gimgħat tas-sena 2025, se jkun qed jibdew ix-xogħlijiet marbutin mat-tisħiħ tan-network elettriku fit-toroq biswit Vjal Kottoner il-Fgura. Dawn ix-xogħlijiet se jinvolvu wkoll it-tisħiħ tas-servizzi f’din it-triq. Din se tkun l-ewwel fażi tax-xogħlijeit fuq Vjal Kottoner.
Fid-dawl li tabelli li twaħħlu tul Triq il-Karmnu fil-Fgura u li kienu taw indikazzjoni li ser tibda r-rikostruzzjoni ta’ din it-triq, issa dawn reġgħu nqalgħu, jista’ l-Ministru jgħid jekk din it-triq hux ser issir fl-immedjat? Jekk iva, meta hija ppjanata li tinbeda?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq talba tall-Kunsill Lokali, ntalab biex tingħata prijorità lir-rikostruzzjoni ta’ Vjal Kottner. Dawn il-proġetti ma jistgħux isiru konkurrenti minħabba li huma żewġ toroq kritiċi ta’ aċċess għal ġol-Fgura.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet fejn hemm il-ħsieb li jiġi introdott ir-residents parking scheme?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant kull proposta ta' residential parking scheme mitluba mill-kunsill lokali rispettiv tiġi kkunsidrata ġaladarba l-kunsill lokali jipprovdi alternattivi sabiex l-aċċessibilità , inkluż l-parkeġġ jibqa' provdut.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22976, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet mill-kunsilli lokali għal residential parking schemes, minn meta l-istess skemi twaqqfu milli jiġu implimentati mill-Gvern Ċentrali lura fl-2013? Jista’ jgħid ukoll minn liema kunsilli lokali saru dawn it-talbiet, liema minnhom ġew aċċettati u liema kienu t-toroq li fihom ġew aċċettati r-residential parking scheme/s u kif qiegħda topera kull waħda minn dawn l-iskemi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2013 sa llum saru 12 il-talba li minnhom l-ebda wahda ma giet approvata taħt l-iskema ta Residential Parking Scheme.
It-toroq u l-lokalitajiet approvati għadhom l-istess, jiġifieri dawk elenkati fil-Liġi Sussidjarja 363.80 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din hija l-lista tal-Kunsilli Lokali li kienu wrew interess:
§ Ħ’Attard
§ Birkirkara
§ Bormla
§ Ħal Balzan
§ Il-Mosta
§ Tas-Sliema
§ L-Iklin
§ San Pawl il-Baħar
§ Il-Gudja
§ Ħal-Għaxaq
§ Ħaz Żebbuġ
§ Ħal Luqa
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Direct Orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2024?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19997, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 23799 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-19997.
Tas-Sliema — Kunsill Lokali - Talba għal residential parking
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23298, jista’ l-Ministru jgħid mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari Transport Malta (TM) kellhiex talba mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fuq residential parking?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema għall-Parkeġġ Residenzjali Ikkontrollat (Controlled Parking Scheme) kienet approvata permezz tal-Avviż Legali 200 ta’l-2009. Permezz tal-Avviż Legali 157 ta’ l-2013 il-lista ta’ toroq riservati għal dan il-għan tnaqqset għal tnejn (The Strand u The Strand c/w Manwel Dimech Street).
Minn dakinhar sal-lum ma ġewx aċċettati aktar parkeġġi riservati taħt l-iskema ta’ parkeġġ ikkontrollat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22504 u 23292 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-RfP li kien inħareġ minn Transport Malta biex tiġi privatizzata dik li llum tissejjaħ Gardens Yacht Marina f’Ta’ Xbiex? Jista’ jqiegħed ukoll kopja tal-ftehim mal-operaturi privati li ngħataw din il-konċessjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx struzzjonijiet jew standards of practice ta’ kif isir tqegħid ta’ pjanti ġo pots f’toroq dojoq li huma miftuħa għat-traffiku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tawtorizza pjanti u siġar f’toroq residenzjali skont il-parametri ġenerali għal street furniture. Dan filwaqt illi tikkunsidra l-applikazzjonijiet każ b’każ b’konformita mal-punti segwenti:
visibility analysis fil-każ ta’ siġar
id-distanza mil-kurduna (minn 450mm)
l-għoli tal-planters / shrubs (minn 600mm)
Li l-wisa` tal-bankina / passaġġ tkun aktar minn 1200mm
Fil-każ fejn ikun hemm il-bżonn, l-Awtorità timxi wkoll ma parametri internazzjonali ohra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Katakombi, ir-Rabat Malta, hijiex miftuħa għat-traffiku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-records tal-Awtorita` Triq il-Katakombi, Rabat Malta, hija triq mingħajr restrizzjonijiet għall-vetturi.
Jista’ l-Ministru jgħid min japprova tqegħid ta’ planters f’toroq/sqaqien?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-Artikolu 7 ta’ Cap 499, ir-responsabbiltà li tawtorizza kwalunkwe ħaġa li tista’ teħel fuq wiċċ it-triq taqa’ taħt l-Awtorità għat-Trasport f’Malta.
L.S. 499.68 — Regolament 17 - Multi amministrattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn hawn operaturi li jeħlu multa amministrattiva ta' €100, filwaqt li oħrajn qed jeħlu multa ta' €500 minħabba ksur tar-Regolament 17 tar-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi, Liġi Sussidjarja 499.68? Jista' jispjega xi tkun id-differenza f'dawn l-istanzi meta jkun qed jinkiser l-istess regolament?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ksur tar-regolament 17 tar-Regolamenti dwar Servizzi ta' Garr ta' Passiggieri b'vetturi żghar u servizzi ta' kiri ta' vetturi, liġi Sussidjarja 499.68 iwassal għall-multa ta' Eur500 skont kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex teleworking policy? Jekk iva, f'liema gradi tapplika u kemm hemm ħaddiema f'kull grad li jagħmlu użu minnha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta għandha teleworking policy li jagħmlu użu minnha 65 impjegat fi gradi differenti tal-istess Awtorità.
CT3180/2014 — Supply, Delivery, Installation, Commissioning and Maintenance of an Adaptive Traffic Light Solution
Question
Jista' l-Ministru jgħid min iċċertifika x-xogħol relatat ma' tender CT3180/2014, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-commissioning tas-sistema implimentata grazzi għal dan it-tender?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili — Pjan ta' Azzjoni
Question
Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23779 u ċjoè: Peress li l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, ippubblikata f'Jannar 2023, tgħid fir-raba' parti li l-Ministeru ma' entitajiet oħra se jistabbilixxi set ta' miżuri li se jiġu formulati fi Pjan ta' Azzjoni li kellu jkun pubblikat sal-aħħar ta' Diċembru 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex pubblikat dan il-Pjan ta' Azzjoni u fejn wieħed jista' jsibu, u jekk ma ġiex pubblikat jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u meta jaħseb li dan se jiġri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.