Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru f'Ħal Tarxien?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġu¿eppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill u Triq it-Tabib Jimmy Farrugia. Infrastructure Malta fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Isqajjaq, Triq Santu Wistin, Vjal Simmons, Triq Birzebbuġa, Triq il-Knisja u numru ta’ sqaqien, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fil-pjazza ewlenija, fi Triq tal-Barrani, Triq it-Tempji Neolitiċi, Triq il-Lampuka, Triq it-Tarzna, Triq Sant Antnin u Triq Manuel Buhagiar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar ix-xogħlijiet mill-entitajiet li jaqgħu taħtu li se jsiru fil-Gudja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Gudja diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Pjazza biswit Triq Lampat, Sqaq fuq Wied Betti, Sqaq San Mikiel, Sqaq Xlejli, Sqaq Ħabel Wati, Triq Awrekarja, Triq Burglat, Triq Filippu Castagnia, Triq Ħas-Saptan, Triq id-Dejqa, Triq il-Kappella, Triq il-Lewz, Triq Joseph Pace, Triq Raymond Caruana, Triq Santa Katerina, Triq Ta’ Lampat, Triq Ta’ Loreto, Triq Victor Pasmore u Vjal it-Torri. Triq Ħal Resqun, Triq Bir Miftuh, Triq William Baker, Triq Vincenzo Dimech, Triq Pietro Gagliardi, Triq il-Magħsar u Triq San Maċrk.
Il-Gudja ser tibbenefika mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku f’din il-lokalità. Fiż-żmien li ġej se jinbdew ukoll xogħlijiet fi Triq Mons Pawlu Mallia u Triq iż-Żebbuġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan, u jekk hemm, x’timeframes għandu, sabiex issir mill-ġdid Triq in-Naxxar f’Birkirkara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra.
Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
Fi tliet snin kemm ilha mwaqqfa, bejn toroq residenzjali u dawk rurali, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 830 triq.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess zmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjizna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Fil-lokalità ta’ Birkirkara diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Santwarju, Triq Mike Pulis, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq Tumas Fenech, Triq il-Ħerba, Triq l-Isqof Labini, Triq Anġlu Mallia, Triq Ċensu Costa, Triq Kan. Karmenu Pirotta, Triq Robert Farrugia Randon, Triq Ġorġ Borġ u Triq Sisla, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiz-zmien li ġej jibda x-xogħol fi Triq in-Naxxar u Triq Papa Urbanus VIII.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – żjara fil-Golf Għarbi
Question
Filwaqt li nirringrazzja lill-Ministru għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 24519, jista’ issa jagħti d-dati taż-żjarat tiegħu f’Abu Dhabi, Dubai u Doha, min kellu fid-delegazzjoni f’kull żjara f’dawn il-lokalitajiet, kemm swiet kull żjara u x’kien l-iskop ta’ kull żjara?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn bus shelters f'Malta u f'Għawdex? Liema huma l-bus shelters li se jinbidlu? X'involviment għandhom il-kunsilli lokali fejn jidħlu bus shelters? Min qed jagħmel ix-xogħol tal-bus shelters il-ġodda u rinovar ta' oħrajn eżistenti? Bejn wieħed u ieħor kemm qed jiġi jiswa kull bus shelter?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta installat total ta’ 32 bus shelter ġewwa diversi lokalitajiet madwar Malta. Installat ukoll 9 Bus Shelter canopies.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub sabiex jirreferi din il-mistoqsija ukoll lill-Ministeru responsabbli mill-Gvern Lokali sabiex jingħata aktar tagħrif dwar dawk il-bus shelters li huma amministrati mill-Kunsilli Lokali.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Infiq fuq materjal ta' reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – xogħol ta’ konsulenza minn ditta legali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt/skrittura li permezz tagħha/tiegħu d-ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intrabtet tagħti jew ingħatat xogħol ta’ konsulenza legali mill-Ministeru tiegħu, inkluż mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), wara l-1 ta’ April 2013?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24391, u jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol li għaddej fil-Bajja ta' San Tumas, Marsaskala u jekk hemmx il-permessi neċessarji tal-Awtoritajiet kollha kompetenti fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna. Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet f’idejha t-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex.
Fost id-diversi xogħlijiet li wettqet diġà madwar ix-xtut tal-pajjiż, Infrastructure Malta bniet breakwater ġdid fiż-żona tal-Qrejten f’Marsaxlokk, bniet mill-ġdid il-moll taċ-Ċirkewwa, bniet it-terminals tas-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex, wieħed max-Xatt Ta’ Liesse, il-Belt Valletta u ieħor fl-Imġarr, Għawdex, bniet mill-ġdid diversi mollijiet u skali madwar il-kosta, kif ukoll tejbet il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Port tal-Imġarr Għawdex.
Bħalissa l-aġenzija għaddejja bi proġetti oħra ta’ titjib fl-infrastruttura marittima li jinkludu diversi investimenti li qed isiru fil-Port il-Kbir, fejn fost oħrajn miexi x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ tħammil fin-naħa ta’ ġewwa tal-istess port, sabiex isir aktar aċċessibbli għal vapuri kbar. Qed tagħmel ukoll tiswijiet u manutenzjoni estensiva tal-breakwater li jħares id-daħla tal-istess port. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta qed twettaq Grand Harbour Clean Air Project, investiment ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-i¿vilupp tal-infrastruttura meħtieġa biex twassal is-servizz tal-elettriku lill-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru merkanzija waqt li jkunu ankrati fil-port. Dan l-investiment se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja li jikkaġunaw dawn il-bastimenti f’Malta, biex nagħtu arja aktar nadifa lill-eluf ta’ familji li jgħixu f’dan ir-reġjun.
Infrastructure Malta għaddejja wkoll bil-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa, il-bini ta’ mollijiet u faċilitajiet ġodda f’Tas-Sliema u Bormla għas-servizz tal-laneċ tal-passiġġieri lejn il-Belt Valletta, u l-bini ta’ prominad f’Sally Port, il-Birgu. F’Wied il-Għajn qed twettaq diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ mollijiet. Diġa lestiet tiswijiet u tisħiħ tal-mollijiet fiż-żona taż-Żonqor u bħalissa qed tagħmel xogħol simili mal-mollijiet tan-naħa l-oħra tal-Bajja ta’ Wied il-Għajn, fejn dalwaqt ser tibda wkoll tisħiħ u titjib tal-breakwater li hemm f’din iż-żona.
Fiż-żona indikata, il-Bajja ta’ San Tumas, Infrastructure Malta diġa wettqet ħafna xogħlijiet. Fost oħrajn irranġat u saħħet il-mollijiet, jetties, ħitan u turġien li ju¿aw id-dilettanti tas-sajd u tad-dgħajjes u dawk li jgħumu f’din il-bajja. Dawn kienu tkissru minħabba l-maltemp u snin twal ta’ telqa minn amministrazzjonijiet preċedenti f’din iż-żona. Partijiet minnhom tant kienu fi stat ħażin li kellhom jinbnew mill-ġdid. Infrastructure Malta irranġathom u saħħithom sabiex tneħħi l-periklu lill-pubbliku, hekk kif inhi obbligata li tagħmel, u tiżgura li l-bajja tibqa’ aċċessibbli għal kulħadd. Bħalissa l-aġenzija qed tibni mill-ġdid it-triq biswit l-istess bajja. Filwaqt li qabel bdiet dawn ix-xogħlijiet ikkonsultat lill-entitajiet u l-awtoritajiet kollha konċernati sabiex tiżgura li x-xogħlijiet isiru b’kawtela u mingħajr ebda impatt fuq l-ambjent marittimu tal-inħawi, ma kienx hemm bżonn jinkisbu permessi għal xogħlijiet ta’ tisħiħ ta’ strutturi pubbliċi eżistenti li kienu f’periklu li jiġġarfu u tat-triq fl-istess bajja.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għaddejin fi Triq San Ġorġ, Marsaskala u jekk dawn ix-xogħlijiet humiex koperti bil-permessi neċessarji tal-Awtoritajiet kollha kompetenti fosthom l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta twaqqfet sabiex twettaq il-pjan fit-tul tal-Gvern li pajjiżna jagħmel qabża kbira ’l quddiem fil-kwalità tal-infrastruttura ewlenija tal-pajjiż. Dan l-impenn ma jinkludix biss it-titjib tas-sistemi tat-toroq, iżda wkoll l-infrastruttura marittima fi xtutna. Fil-fatt, fil-bidu tal-2019 l-aġenzija ħadet f’idejha t-tmexxija tal-ħidma infrastrutturali li kienet twettaq Transport Malta fil-portijiet u x-xtut f’Malta u Għawdex.
Fost id-diversi xogħlijiet li wettqet diġà madwar ix-xtut tal-pajjiż, Infrastructure Malta bniet breakwater ġdid fiż-żona tal-Qrejten f’Marsaxlokk, bniet mill-ġdid il-moll taċ-Ċirkewwa, bniet it-terminals tas-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex, wieħed max-Xatt Ta’ Liesse, il-Belt Valletta u ieħor fl-Imġarr, Għawdex, bniet mill-ġdid diversi mollijiet u skali madwar il-kosta, kif ukoll tejbet il-faċilitajiet għas-sajjieda fil-Port tal-Imġarr Għawdex.
Bħalissa l-aġenzija għaddejja bi proġetti oħra ta’ titjib fl-infrastruttura marittima li jinkludu diversi investimenti li qed isiru fil-Port il-Kbir, fejn fost oħrajn miexi x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ tħammil fin-naħa ta’ ġewwa tal-istess port, sabiex isir aktar aċċessibbli għal vapuri kbar. Qed tagħmel ukoll tiswijiet u manutenzjoni estensiva tal-breakwater li jħares id-daħla tal-istess port. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta qed twettaq Grand Harbour Clean Air Project, investiment ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-i¿vilupp tal-infrastruttura meħtieġa biex twassal is-servizz tal-elettriku lill-vapuri tal-passiġġieri u dawk li jġorru merkanzija waqt li jkunu ankrati fil-port. Dan l-investiment se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja li jikkaġunaw dawn il-bastimenti f’Malta, biex nagħtu arja aktar nadifa lill-eluf ta’ familji li jgħixu f’dan ir-reġjun.
Infrastructure Malta għaddejja wkoll bil-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa, il-bini ta’ mollijiet u faċilitajiet ġodda f’Tas-Sliema u Bormla għas-servizz tal-laneċ tal-passiġġieri lejn il-Belt Valletta, u l-bini ta’ prominad f’Sally Port, il-Birgu. F’Wied il-Għajn qed twettaq diversi xogħlijiet ta’ manutenzjoni u bini mill-ġdid ta’ mollijiet. Diġa lestiet tiswijiet u tisħiħ tal-mollijiet fiż-Żona taż-Żonqor u anke wettqet ħafna xogħlijiet fil-Bajja ta’ San Tumas fejn fost oħrajn irranġat u saħħet il-mollijiet, jetties, ħitan u turġien li ju¿aw id-dilettanti tas-sajd u tad-dgħajjes u dawk li jgħumu f’din il-bajja. Dawn kienu tkissru minħabba l-maltemp u snin twal ta’ telqa minn amministrazzjonijiet preċedenti f’din iż-żona. Partijiet minnhom tant kienu fi stat ħażin li kellhom jinbnew mill-ġdid. Infrastructure Malta irranġathom u saħħithom sabiex tneħħi l-periklu lill-pubbliku, hekk kif inhi obbligata li tagħmel, u tiżgura li l-bajja tibqa’ aċċessibbli għal kulħadd.
Bħalissa l-aġenzija qed tagħmel xogħol simili mal-mollijiet tan-naħa l-oħra tal-Bajja ta’ Wied il-Għajn, fiż-żona indikata. Kif wieħed għadu jista' jara l-istrutturi kienu fi stat ħażin ħafna u kien għalhekk li kellu jsir intervent t’emerġenza fiż-żona. L-entitajiet kollha konċernati nkluż l-Awtorità tal-Ippjanar huma mgħarrfa b’dawn ix-xogħlijiet skont kif stipulat bil-liġi. Infrastructure Malta ghandha wkoll permess tal-iżvilupp sabiex fiż-żmien li ġej tirranġa u ttejjeb il-breakwater fl-istess żona.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — organogramma
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24082, jista' l-Ministru jgħid f'liema skala qed jaħdmu l-persons of trust?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi il-ħames Persons of Trust li referejna għalihom f’PQ 24082 huma fl’skali li ġejjin; 2 skala 14, ieħor fi skala 13, wieħed fi skala 10 u ieħor fi skala 7.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il triq residenzjali ġiet irranġata f’Baħar iċ-Ċagħaq? Xi ħsieb hemm li jsiru aktar toroq? Xi ħsieb hemm fuq dak il-pipe li għaddej minn taħt residenzi li faqqa’ dar minn taħt? Peress li l-kunsill għamel ħafna ilmenti, jista’ jgħid fejn waslu dawn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — ħlasijiet lil ditta legali
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ħlasijiet kollha li saru mill-Ministeru tiegħu lil ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara l-1 ta’ Mejju, 2013 u sal-lum, bid-data rispettiva?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Raħal Ġdid – Triq Għajn Dwieli – marki fl-art tal-garages u l-parkeġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24228, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra meta ser isiru l-marki fl-art tat-Triq Għajn Dwieli Paola senjatament dawk tal-garages u l-parkeġġ għall-persuni b’diżabilità?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Wara li l-ħaddiema lestew it-tiswijiet tal-ġnub tat-triq indikata u għamlu manutenzjoni tal-wiċċ b’asfalt ġdid, fil-jiem li ġejjin se jinżebgħu l-linji mill-ġdid.
Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Wied iż-Żurrieq — Sidien ta' dgħajjes li jaħdmu mat-turisti - liċenzja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24316 u ċjoè jista' jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ dgħajjes li jaħdmu mat-turisti f’Wied iż-Żurrieq u li jħallsu l-liċenzji tagħhom f’Diċembru qed ikunu mħarrka mill-Pulizija għaliex skont il-Pulizija huma qed jaħdmu bla liċenzja? Jista’ jgħid meta ser jinħarġu dawn il-permessi/liċenzji biex dawn is-sidien ta’ dgħajjes ikunu jistgħu joperaw/jaħdmu bla bżonn ta’ ċitazzjoni meta għandhom il-liċenzja mħallsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport titlob li l-applikazzjoni bid-dokumenti biex jiġi mġedded iċ-ċertifikat kummerċjali tad-dgħajjes għandu jiġi sottomess minn tal-inqas xahar qabel jiskadi l-istess ċertifikat.
skond il-
Port Notice 03/2019.
Dan biex ikun hemm biżżejjed żmien biex jiġu pproċessati d-dokumenti u jsir il-kontroll meħtieg
.
Fil-każ ta’ l-aħħar tiġdid ta’ dawn id-dghajjes f’Dicembru 2021, l-applikazzjoni u d-dokumenti gew sottomessi 3 ġimghat tard.
Hemm total ta’ 77 dgħajsa f’Wied iż-Żurrieq u għaldaqstant wieħed jifhem li l-proċess irid jieħu ż-żmien tiegħu. Madankollu, huwa mistenni li ċ-ċertifikati kollha jinħargu sa nofs Frar.
Fil-frattemp, biex jiġu aġevolati dawn l-istess operaturi, l-Awtorita’ ħarget Authorization to Operate lil dawk id-dgħajjes li l-Għaqda speċifikament talbet biex jinħargulhom dawn l-Awtorizzazzjonijiet.
Dan sakemm iċ-ċertifikati jiġu proċessati u maħruġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24314 u ċjoè jista' jieħu l-passi meħtieġa biex issir il-manutenzjoni fi triq f’Wied Ċentrija, Żona San Pietru u sqaq bl-isem San Pietru fl-inħawi tal-Magħtab? Dan l-isqaq għandu dħul minn Triq Kappella Santa Marija għal Triq it-Tarġa u minn Triq it-Tarġa għal Triq ir-Rummien u minn din it-Triq ir-Rummien tasal għal Triq San Pietru.
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li Infrastructure Malta diġa wettqet xogħlijiet ta’ titjib f’diversi toroq rurali fl-inħawi msemmija u għandha pjanijiet li twettaq aktar xogħlijiet fiż-żmien li ġej, ikun apprezzat jekk l-Onor. Vassallo jkun jista’ jindika fuq mappa għal liema sqaq qed jirreferi, peress li ma jidher li hemm l-ebda triq imsemmija “San Pietru” fil-pjanti uffiċjali tat-toroq tal-Magħtab.
Qawra sa Buġibba – pożizzjonijiet ta’ żebra crossings
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex jiżdiedu u/jew jiġu reveduti l-pożizzjonijiet taż-zebra (pedestrian) crossings fit-toroq li jieħdu mill-Qawra sa Buġibba jiġifieri Dawret il-Qawra, Triq it-Trunċiera u Dawret il-Gżejjer (Islet Promenade)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn it-toroq jaghqu taħt ir-responsabiltà tal-kunsill lokali. L-Awtorità m’għanda ebda talba mill-kunsill fir-rigward ta’ dawn il-crossings.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’jiġri minn dawk l-oġġetti ta’ ingombru li jinġabru mit-toroq jew postijiet oħra pubbliċi? F’każ li jkun hemm min hu interessat li jakkwista xi wieħed minn dawn l-oġġetti (bħal luzzu biex dan jiġi restawrat), x’għandu jagħmel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li meta vetturi jew oġġetti jkunu klassifikati bhala derelict, dawn jiġu distrutti min Transport Malta. Filwaqt li dawk li ma jkunux meqjusa bhala derelict, jiġu rkantati.
Fiż-żewg każijiet, kemm derelict jew le, issir avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.
Il-proċess huwa skond SL65.13 (Liġi ta Malta).
Qawra – Stallazzjoni ta’ bus shelter fejn l-Akwarju Nazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni li l-bus shelter fejn l-Akwarju Nazzjonali fil-Qawra, San Pawl il-Bahar, liema bus stop għandu l-isem Bells u qiegħed fuq l-istess naħa tal-istess akwarju, jiġi installat?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Mdina – Saqqajja – kamra li kienet tintuża minn uffiċjali tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex titneħħa kamra li qegħda fis-Saqqajja, l-Imdina u li kienet tintu¿a minn uffiċjali tat-trasport pubbliku u li issa m’għadhiex tintu¿a? Jekk m’hemm ebda ħsieb li din il-kamra titneħħa, hemm pjanijiet biex din titranġa minħabba l-istat ħa¿in li tinsab fiha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ser tkun qedgħa twettaq spezzjoni fuq din il-kamra sabiex tiddetermina x’għandu jsir.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.