Negozjati bejn id-Dipartiment tas-Saħħa, VGH u l-MAM
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-negozjati bejn id-Dipartiment tas-Saħħa, l-VGH u l-MAM għadhomx għaddejjin? Jekk iva, dan ifisser li l-MAM għadhom m’humiex fi qbil mal-Gvern fuq l-operat tal-VGH fit-tmexxija tal-Isptarijiet t’Għawdex, Karin Grech u l-Isptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-25 ta’ Mejju ta’ din is-sena, kif kien anki ġie rrappurtat b’mod estensiv fil-midja kien ġie ffirmat qbil bejn l-Gvern u l-MAM dwar PPP’s fil-qasam tas-Saħħa nkluż fuq l-operat tal-VGH.
Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Sptar Mater Dei — Ambulance Service - kwalifiki ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xi kwalifiki għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jaħdem bħala Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnha għandu esperjenza ta’ diversi snin f’dan is-settur.
Sptar Mater Dei — Ambulance Services - kwalifiki ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xi kwalifiki għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jaħdem bħala assistant Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid ukoll meta se jiskadi l-kuntratt tal-individwu u jekk hemmx ħsieb li dan jerġa’ jiġġedded?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnha għandu esperjenza ta’ diversi snin f’dan is-settur. Ninfurmaha wkoll illi l-istess persuna ġiet ingaġġata f’Awissu tal-2016.
Sptar Mater Dei — Ambulance Service - Operations Manager - paga u perkaċċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-paga u x’inhuma l-perkaċċi marbuta mal-post ta’ Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-paga bażika marbuta mal-post ta’ Operations Manager tal-Ambulance Service fl-isptar Mater Dei hija ta €32,412.16 fis-sena. L-istess impjegat għandu perkaġġ ta’ performance bonus ta’ 5% fis-sena, użu ta’ telefonati u kif ukoll użu ta’ karozza b’limitu ta’ 150 litru ta’ fuel fix-xahar.
Sptar Mater Dei — Ambulance Services - Assistant Operations Manager - pagi u perkaċċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-paga u x’inhuma l-perkaċċi marbuta mal-post ta’ Assistant Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-paga bażika marbuta mal-post ta’ Assistant Operations Manager tal-Ambulance Service fl-isptar Mater Dei hija ta €24,197 fis-sena u kif ukoll perkaġġ ta’ car cash allowance li jammonta għal €4,658.81 fis-sena.
Sptar Mater Dei -Dipartiment tal-Emerġenza — Emergency Ambulance Responders - overtime
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, kien hemm jew għad hemm, il-prassi li Emergency Ambulance Responders jiddaħħlu overtime biex kollegi oħra jieħdu l-leave? Jista' jgħid bejn Marzu 2013 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kienet in-nefqa fuq overtime tal-EARs?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi s-somma totali li l-Gvern għandu jiġbor għas-servizzi tas-saħħa li ħadu pazjenti barranin li ma kellhomx dritt għal servizz b’xejn fl-ewwel sitt xhur tal-2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Il-Mosta — Dipartiment tas-Saħħa - xogħol ta' tisbiħ mal-faċċata tal-Klinika tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex issa ladarba l-Kunsill Lokali tal-Mosta iffirma l-ftehim mad-Dipartiment tas-Saħħa, il-Ministru jara li jsir ix-xogħol ta’ tisbiħ mal-faċċata tal-Klinika tal-Gvern u tali faċċata taċ-Ċentru Ċiviku sa fejn hu responsabbli id-Dipartiment tas-Saħħa tkun imbajda?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Nfakkar lill-Onor. Interpellant illi l-binja ta’ fejn jinsab iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta hija propjetà tal-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Mir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ta' Marzu 2017 dwar l-ispiża tal-obeżità fuq pajjiżna, jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-fatt l-obeżità f’pajjiżna minflok naqset biex tilħaq il-miri tal-WHO għas-sena 2020 (jiġifieri 18%) fil-fatt telgħet minn 25.3% (2015) għall-34% (2016)?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istħarriġ tal-2015 (European Health Interview Survey) huwa wieħed self reported, fejn l-istatistika dwar ir-rata tal-obezita’ f'Malta tinħadem abbażi ta' mistoqsija li għaliha l-parteċipanti jagħtu stima tal-piż u tat-tul tagħhom, mingħajr ma jitkejjel u jintiżen kull parteċipant. Dak tal-2016 (Saħħtek) kejjel il- piż u t-tul ta’ kull parteċipant fost testijiet mediċi oħra. Dan tal-aħħar jitqies bħala examination survey u huwa aktar akkurat. Fil-popolazzjonijiet kollha, stimi tar-rata tal-obezita’ minn stħarriġ self-reported ikun kemmxejn aktar baxxi minn dawk li jużaw examination surveys.
Madankollu, meta nagħmlu miri għall-futur, minħabba li stħarriġ self-reported huwa aktar sostenibbli u hu wkoll fil fatt obbligu legali Ewropew għall-Istati membri kollha, dawn il-miri jiġu bbażati fuq dan it-tip ta' stħarriġ. Sfortunatament studji tat-tip examination jinvolvu aktar riżorsi u ma jsirux fuq bażi regolari. L-aħħar wieħed li sar f'Malta qabel Saħħtek kien sar fl-1984.
Għaldaqstant l-istima tal-2016 ma tistax titqies bħala differenti minn dik tal-2015 għax hija ta natura kompletament differenti.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-ewwel ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm transfers ta’ ħaddiema li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minn dawn it-transfers kienu mitluba mill-impjegati stess u kemm minnhom kienu sfurzati kontra r-rieda tal-ħaddiema?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tas-Saħħa direttament mal-Gvern jew ma’ kuntratturi li jaħdmu direttament mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Jista’ l-Ministru jgħid, mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Monte Carmeli direttament mal-isptar jew mal-kuntratturi li jaħdmu fl-Isptar imsemmi?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-aħħar ta’ Marzu u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena, n-numru t’impjegati fl-isptar Monte Karmeli mal-gvern baqa’ l-istess, waqt illi n-numru t’impjegati f’Monte Karmeli mal-kuntratturi żdied bi 3 impjegati.
Sptar Monte Carmeli — ingaġġ ta' ħaddiema - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Mejju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, x’kien ix-xogħol ta’ dawk li ġew impjegati fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm minnhom bdew jaħdmu:
a. fil-
maintenance
;
b. fil-kċina;
c. bħala clerks; u
d. bħala carers?
Sptar Mater Dei — Ambulance Service - kuntratt ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Operations Manager tal-Ambulance Service fl-Isptar Mater Dei ġie mġedded għal sena ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017, wara li l-istess kuntratt li oriġinarjament kien ta’ tliet snin, skada?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tal-persuna msemmija minnha kien ġie mgedded qabel, u mhux kif qed tgħid hi, wara, li kien skada l-kuntratt oriġinali.
Ċimiterju tal-Mosta — xogħol ta' alterazzjoni fir-rampa tan-naħa t'isfel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward tal-applikazzjoni għall-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex isir xogħol ta’ alterazzjoni fir-rampa li hemm fin-naħa t’isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta, jekk din l-applikazzjoni ġietx approvata min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar? U jekk il-Ministru għandu l-approvazzjoni għax-xogħol meħtieġ, jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol li huwa tant meħtieġ sabiex in-naħa t’isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta jkun ukoll aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni ġiet sottomessa u l-proċess tal-ippjanar għadu għaddej.
B’referenza għall-ħsara fl-inkubatur li seħħet fis-27 ta’ Jannar 2017, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-inkjesta independenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Antonio Magri? Jista' jgħid, minħabba tali ħsara fil-fatt kemm kien hemm embrijuni li ma baqgħux “vijabbli” jiġifieri mietu?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta msemmija għadha għaddejja.
Sptar Mater Dei — Servizz tal-IVF bi ħlas - diskussjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li waqt il-kampanja elettorali ta’ Mejju - Ġunju 2017, saru diskussjonijiet biex jibda servizz tal-IVF bi ħlas fl-Isptar Mater Dei? Fiex waslu dawn it-taħdidiet? Is-servizz beda jew għadu se jibda? Min mexxa dawn it-taħdidiet u min se jkun qed imexxi dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt mas-service provider għas-servizz tal-IVF ġewwa Mater Dei kien ġie ffirmat fit-12 ta’ Mejju tal-2014. Ma kien hemm l-ebda taħdidiet sabiex tinbidel xi klawsola f'dan il-kuntratt f'Mejju jew Ġunju ta' din is-sena.
B’referenza għall-artiklu li deher f’The Times Of Malta ta’ nhar it-Tnejn 12 ta’ Ġunju 2017 “Bodies switched in mortuary blunder, man misses his own funeral”, jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni fuq kif persuna li ndifnet bi żball minflok persuna oħra hiex immexxija mill-pulizija jew hijiex waħda interna? Fiex waslet l-investigazzjoni?
Response (FEARNE, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investigazzjoni kienet waħda nterna u li ġiet konkluża