Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fondazzjoni Kreattività Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9519, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Fondazzjoni Kreattività Board huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Fondazzjoni Kreattività Board?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Fondazzjoni Patrimonju Malti Supervisory Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9520, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti Supervisory Council huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti Supervisory Council?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Kumitat Konsultattiv – Festival Kanzunetta Maltija — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9525, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Kumitat Konsultattiv – Festival Kanzunetta Maltija huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Kumitat Konsultattiv – Festival Kanzunetta Maltija?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4898.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — ħajt

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9161, jista’ l-Ministru jara li l-ħajt li hemm fil-Pjazza Antoine De Paule, f’Raħal Ġdid, li miegħu kellhom jitkabbru numru ta’ pjanti, jiġi verament ikkurat u ma jibqax abbandunat kif inhu bħalissa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid ħa d-deċiżjoni illi l-green wall imsemmi jitneħħa.

Kunsilli – diskussjoni dwar permessi għal kampijiet, karavans u mobile homes

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Kunsilli Lokali illi ddiskutew il-permessi għal kampijiet u/jew karavans u/jew mobile homes, liema huma dawk illi ddeċidew li f'każ ta' applikazzjoni l-permess jinħareġ, liema huma dawk li ddeċidew li joħorġu permess f'żoni speċifiċi u f'dak il-każ liema huma ż-żoni fejn il-Kunsill iddeċieda li se jkun qed joħroġ il-permess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali ta’ pajjiżna (u magħhom diversi membri tal-pubbliku u NGOs) kienu ċari ħafna bix-xewqa tagħhom li tinbidel is-sistema li biha dak li jkun jagħmel użu għat-tul ta’ art pubblika bl-istazzjonar ta’ caravans jew campers. Minflok huma xtaqu li tiddaħħal sistema li biha dak li jkun japplika għal permess temporanju għall-istazzjonar ta’ caravans jew campers billi wieħed iħallas xi ħaġa żgħira talli jagħmel dan l-użu. Il-Gvern laqa’ t-talbiet ta’ dawn il-Kunsilli Lokali u b’effett mill-1 ta’ Lulju li għadda biex wieħed jagħmel użu temporanju għall-istazzjonar ta’ caravans jew campers irid japplika mal-Kunsill Lokali rispettiv, bl-aħħar kelma tkun tal-Kunsill Lokali. Il-vantaġġ ta’ din is-sistema hu li b’hekk ikun hemm iktar aċċess għal art pubblika mill-pubbliku inġenerali waqt li dak li jkun ikun jista’ jkompli jgawdi mid-delizzjoni ta’ caravans jew campers taħt sistema ġdida. Dawn ir-regolamenti se japplikaw f’dan l-istadju minn bejn Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena. Ukoll, b’żieda ma’ dan, il-Gvern se jkun qiegħed jistabbilixxi żoni desinjati fejn wieħed ikun jista’ japplika biex ipoġġi l-caravan jew camper tiegħu u eventwalment jgawdi wkoll minn servizzi sanitarji bi ħlas ta’ EUR 10 kull jum sa massimu ta’ 7 ijiem. Hekk kif jinbidlu l-liġijiet tal-ippjanar biex din il-ħaġa tkun tista' ssir (il-proċess diga' nbeda), mill-ewwel se napplikaw – id f'id mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u n-Naxxar – għall-ħruġ tal-permessi relattivi. Fl-istess nifs se nibqgħu nitkellmu mal-partijiet involuti biex naraw li s-sistema taħdem. Nemmnu li b’dan il-mod inkunu ħloqna bilanċ aħjar bejn min-naħa waħda l-interess pubbliku u min-naħa l-oħra x-xewqa tas-sidien tal-caravans u l-campers li jgawdu d-delizzju tagħhom.

Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali – debituri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9506 u jgħid min huma d-debituri tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jekk il-“miżati ta’ eżami u amministrattivi” huma fuq bażi ta’ flus kontanti, (irreferi għal paġna 9 tal-istqarrijiet finanzjarji awditjati tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għas-sena 2022) allura min irid jagħti l-flus lis-Sovrintendenza? Jista’ jagħti lista komprensiva tad-debituri u l-ammonti rispettivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali – remunerazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9508 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 393, datata 20 ta’ Ġunju 2022, dwar ir-remunerazzjoni mogħtija lis-CEOs fis-settur kulturali, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-“Planning Authority benefits” li qed jirċievi l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament waqt li qed jokkupa l-kariga ta’ Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandu? Jista’ jgħid għaliex l-aktar persuna influwenti fil-protezzjoni tal-patrimonju kulturali f'pajjiżna, qiegħed jingħata benefiċċji mill-Awtorità tal-Ippjanar? Għal kemm jammontaw dawn il-benefiċċji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 10188.

Arts Council Malta – membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4898, ġaladarba l-membri li jiffurmaw parti mill-Arts Council Malta huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jiffurmaw parti mill-Arts Council Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Cultural Heritage Advisory Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4898 u 9515, ġaladarba l-membri li jifformaw parti mill-Cultural Heritage Advisory Committee huma mħallsa minn fondi pubbliċi u għalhekk il-poplu għandu dritt għat-trasparenza, jista’ l-Ministru jispeċifika u jispjega fid-dettall u b’mod oġġettiv l-esperjenza u l-kompetenza ta’ dawn l-istess membri biex ġew magħżula biex jifformaw parti mill-Cultural Advisory Committee?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Valletta Cultural Agency — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Valletta Cultural Agency u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Żfin Malta Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti minn Żfin Malta Board u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4898.

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali — stone marker

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet ittieħdu mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali wara li saret spezzjoni fir-residenza tal-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u wara rapporti li l-istess Ministru kien fil-pussess ta’ stone marker protetta? Jista’ jgħid jekk is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali talabx lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jittieħdu l-passi meħtieġa kif mitlub mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445) jew le? Jekk iva, meta saret din it-talba? Jekk le, għaliex ma sarx dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1305.

Heritage Malta – persuni li żaru diversi siti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9498, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 għax il-figuri li bagħatli huma biss minn Jannar sa April 2023? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' persuni li żaru kull sit amministrat minn Heritage Malta f'Malta u Għawdex, xahar b'xahar, minn Jannar sa Diċembru tas-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull tali sit għax-xahar u s-sena elenkata individwalment u skont jekk kinux tfal, adulti jew anzjani?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Wied il-Għajn – Trejqet it-Torri — bankina

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10082, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, u jara, permezz tal-aġenzija konċernata, li ssir bankina fi Trejqet it-Torri, Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi ‘Trejqet it-Torri’ hija trejqa dejqa ħafna li minnha jgħaddu ftit vetturi. Il-possibbiltà li issir bankina hija diffiċli għaliex it-triq hija dejqa ħafna.

Reġjun tal-Lvant – spiża – kuntratt merbuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża għal matul is-sena 2023 permezz tal-kuntratt mirbuħ ġewwa r-Reġjun Lvant biex jinġabar l-iskart imħallat u dak organiku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Reġjonali għall-Lvant illi l-ispiża għas-servizz tal-Ġbir ta' skart imħallat u skart organiku għal matul is-sena 2023 tammonta għal €1,420,615 (VAT eskluża).