Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm familji f'riskju ta' faqar ġewwa Għawdex fil-preżent? X’qiegħed isir biex dawn il-familji ma jibqgħux f'riskju ta' faqar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Uffiċċju Nazzjonali dwar l-Istatistika, ir-rata ta’ riskju ta’ faqar ġewwa Għawdex skont is-SILC 2021 hija ta’ 12.4%, liema rata hija it-tieni l-anqas fost ir-reġjuni kollha fil-gżejjer Maltin.
F’dik li hija ġlieda kontra l-faqar, il-Gvern ma jagħmilx distinzjoni bejn reġjuni fil-macro policies tiegħu, speċjalment fil-miżuri soċjali li ilhom jiddaħħlu b’mod konsistenti u sostanzjali ħafna sa mill-2014. Naturalment ġieli jkun hemm bżonn ta’ interventi jew servizzi speċifiċi għal sitwazzjonijiet partikolari li jistgħu ivarjaw skond il-lokalità, il-kategorija ta’ nies jew xi qasam soċjali partikolari.
Din il-politika mħaddma mill-Gvern wasslet biex fl-aħħar 9 snin naqset b’mod sostanzjali ħafna ċ-ċaħda materjali u dik severa inkluż f’Għawdex, naqset b’mod sostanzjali wkoll id-dipendenza soċjali inkluż f’Għawdex, u naqas għal livelli rekord il-qgħad fejn anke f’Għawdex dan sar kważi ineżistenti.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1535 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 376, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-ħaddiema mal-kuntrattur huwa ta’ 34.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2863, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern mistenni jikkonkludi l-evalwazzjoni tal-passi li jistgħu jittieħdu rigward reviżjoni fl-età legali taż-żwieġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2863
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2591 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati Parental Skills Programmes f’Marsaskala mis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u jekk hux se jiġu organizzati fil-futur qarib f’din il-lokalità kbira?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Tqassim ta' tagħmir domestiku — persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni/familji foqra li bbenefikaw minn tqassim ta’ tagħmir domestiku mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’liema lokalità kienu joqogħdu dawn il-persuni/familji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1630 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2166.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1469 u jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu jiena responsabbli ma taw l-ebda direct order jew xogħol lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, fil-perjodu msemmi minnu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2559 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn manager ’il fuq (sas-CEO) tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-Aġenziji li jaqgħu taħt l-FSWS, bid-dettalji tar-responsabiltajiet tagħhom u l-pakkett sħiħ ta’ kull uffiċjal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fuq il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa? Jista' jgħid ma' min saru konsultazzjonijiet s'issa, u jispjega r-raġunijiet li abbażi tagħhom intgħażlet l-art fl-Imtarfa biex isir il-proġett?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hija l-intenzjoni tal-Gvern illi isir dan iċ-ċentru.
Il-Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta wkoll jaħseb għal dan.
Is-sit tal-l-Imtarfa huwa proprjetà tal-Gvern u ġie kkunsidrat flimkien ma’ siti oħra, li huma wkoll proprjetà tal-Gvern.
Skemi għal għaqdiet volontarji tal-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu, fil-fatt għandhomx skemi partikolari li permezz tagħhom jistgħu jibbenefikaw għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb persuni b’diżabilità? Jekk iva, liema huma, u liema għaqdiet ibbenefikaw matul l-2021 u l-2022 u kemm ġew allokati fondi għal kull waħda minn dawn is-snin? Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-2023 hux ser ikun hemm skemi partikolari li permezz tagħhom jistgħu jibbenefikaw għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb persuni b’diżabilità u kemm huma l-fondi allokati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3055 u jgħid kemm kienet iż-żieda li ngħatat din is-sena lill-persuni kollha li jirċievu l-Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li kienu intitolati għal din iż-żieda?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żieda fir-rata tal-pensjoni tar-romol kienet ta’ €5 fil-ġimgħa. Din iż-żieda tħallset €4.42 mar-rata tal-pensjoni filwaqt li d-differenza ta’ €0.58 tħallset mar-rata tal-bonus tal-għoli tal-ħajja. In-numru ta’ persuni li kienu intitolati għal din iż-żieda kien ta’ 17,621. B’riżultat ta’ miżura oħra mħabbra fil-Baġit 2022, 6,705 persuni li jirċievu l-pensjoni tar-romol, barra ż-żieda li ngħatat lil pensjonanti kollha msemmija fuq, irċievew ukoll żieda medja oħra ta’ €4.52 fil-ġimgħa. Din il-miżura taħseb biex gradwalment, fuq medda ta' snin, il-pensjonanti romol kollha se jkollhom il-pensjoni tagħhom aġġustata biex issir ekwivalenti għall-pensjoni li kieku jkollu l-konjugi tagħhom kieku għadu ħaj. L-aġġustament li jmiss se jsir fl-2023 wara li fil-Baġit 2023 tħabbret it-tkomplija tal-miżura.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3057 u jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani fl-età ta’ 80 sena jew aktar sal-lum li qed jieħdu mediċini b’xejn?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li huma benefiċjarji tal-Għajnuna Medika bla Ħlas jew kif inhi magħrufa l-Karta r-Roża, fl-età ta’ 80 sena jew aktar huwa ta’ 4149.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u f'Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni huma anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ persuni li għandhom il-Karta r-Roża f’Malta u Għawdex huwa 9,715. Minn dawn 7,251-il persuna għandhom ‘il fuq minn 60 sena.
Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni l-estimu għas-sena 2023 għall-assistenza medika tnaqqas bl-ammont ta' €1,813,000, meta mqabbel ma' dak approvat għas-sena 2022?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tqassim tal-allokazzjonijiet finanzjarji isir mill-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol u jsir fuq tbassir li hu dipendenti fuq diversi fatturi. Ix-xejra fl-aħħar snin qed turi li minn sena għall-oħra qed ikun hemm tnaqqis fil-benefiċjarji, anke minħabba t-tnaqqis kbir li qed nesperjenzaw f’dik li hi dipendenza soċjali fejn fl-aħħar 9 snin naqsu b’aktar minn 9,000 dawk li jiddependu fuq l-assistenzi soċjali. Fil-fatt għall-2022 qed jirriżulta li l-estimu approvat ta’ €18,700,000 għall-Assistenza Medika mhux se jintefaq kollu u fl-aħħar tas-sena l-ammont minfuq fuq din l-assistenza se jkun anqas.
Għaldaqstant fir-realtà mhux se jkun hemm it-tnaqqis li indikat l-Onor. Interpellant. Infakkar ukoll li l-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali huma self-appropropriated li jfisser li jkunu xi jkunu l-allokazzjonijiet finanzjarji fl-estimi, kull pensjoni u kull benefiċċju dovut irid bil-liġi jitħallas f’kull waqt.
Baġit 2023 – Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — infiq fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ħin li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari s-somma fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 hija ta’ 750 Euro.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 376, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.