Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8605 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni Sapport — taħriġ lil ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax taħriġ lil ħaddiema tal-Fondazzjoni Sapport minn meta bdew l-impjieg tagħhom u jekk fl-affermattiv x'taħriġ ingħata?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Aġenzija Sapport toffri in-service training lill-impjegati kollha tagħha, inkluż lill-impjegati ġodda. L-impjegati ġodda tal-Aġenzija Sapport jingħataw 40 siegħa ta’ taħriġ fir-residenza li jkunu ser jaħdmu fiha. F’dawn l-40 siegħa l-impjegati jiġu mgħotija attenzjoni kemm mill-professjonisti kif ukoll minn impjegati li jkollhom bosta esperjenza. Fil-bidu ta’kull sena jiġi mfassal pjan ta’taħriġ li jiffoka fuq il-bżonnijiet tal-impjegati, u kull meta jkun hemm taħriġ organizzat minn entitajiet barra l-aġenzija li jkun relatat max-xogħol tal-impjegati tal-aġenzija, dan it-taħriġ jiġi sponsorizzat mill-Fondazzjoni sabiex l-impjegati ikunu jistaw jattendu. Informat ukoll li l-lista ta’ taħriġ li jingħata fuq bażi annwali lill-istaff tal-Aġenzija huwa kif jidher hawn taħt: CPI – Crises Prevention Intervention CPI Refresher Course Sign Language Training SDO Basic Computer Course Food Preparation Training (Food Handling Courses) Team building sessions for centres Familiarization of FSWS Policies First Aid Courses Minute taking and letter writing (office) Health and safety talks /seminars ETC Course for Care Workers Data Protection Training EU Bursaries (for personnel to gain experience in aiming to achieve for independent living and employment abroad) Dysphagia Courses Alternative and Augmentative means of communication Seminars and Conferences Out sourced courses regarding Mental Health issues and autism Nutritional Talks Enhancing Care workers Skills Staff Development Day Supporting Individuals with Autism Spectrum Disorder Information Session about the Bosted System Mental Health Association Annual Psycho-educational Course for Relatives.
Leg 11 PQ #8615 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni ta' Support Worker

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8427, 8144 u 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8618 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8425 u 8103 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm mietu nies bil-kanċer, sena b'sena, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll minn lokal lokal?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8622 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċinin out of stock

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'tip ta' pilloli kienu dikjarati out of stock mill-ispiżeriji tal-gvern f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk hemm, liema minn dawn għadhom out of stock?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8624 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed japplikaw mal-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali għaliex jew huma jew xi membru tal-familja tagħhom huwa ċertifikati li għandhom xi forma jew oħra ta' diżabilità?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 428 applikazzjoni minn persuni b’xi forma ta’diżabilita’.
Leg 11 PQ #8626 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena, kemm kienu l-korsijiet li ġew organizzati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal persuni b'diżabilità? Kemm minn dawk li attendew xi wieħed mill-korsijiet instabilhom impjieg?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8627 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — persuni li jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ infurmat li minn qed jirreġistra għax-xogħol u li ilhom jagħmlu dan għal aktar minn tnax-il xahar li ma jistgħux jirrifjutaw impjieg anke jekk ikun ta' preferenza li ma jkunux jirreġistra għaliha? Jekk dan ikun il-każ, dan japplika ukoll fejn għandek persuna li meta bdiet tirreġistra, kienet mitluba tniżżel żewġ preferenzi biss jew dan il-prinċipju ser ikun japplika fejn għandek lil dawk li kienu mitluba jniżżlu ħames preferenzi għalilex il-proċedura kienet ġiet aġġornata?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8636 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — spezzjonijet fuq dar

Question

Jista' l-Ministru jara li issir spezzjoni mill-Awtorità tad-Djar biex persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament li ilhom żmien jgħidulha li ser jagħmlulha l-ispezzjoni u qatt ma jiġu jagħmlu din l-ispezzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata se ssirilha spezzjoni fil-futur qarib.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Salmetenol Inhaler

Question

Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8378, 8136 u 7886 u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċina Avonex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8285 u jgħid jekk jafx li għall-mediċina Avonex, li tingħata biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, wieħed qed ikollu jmur darba fil-ġimgħa għal injection waħda kull darba, b'inkonvenjenza għal min qed imur l-ispiżerija u b'aktar iffullar fl-istess sptar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is- supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċina Antiviral Tamiflu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8183 u jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinstab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8677 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Isptar Mater Dei — allowance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8405 u jgħid x'inhi l-proċedura meta pazjenti li ma jistgħux joħorġu u ma jkunux rikoverati fl-Isptar Mater Dei ikollhom bżonn li jarahom speċjalista tal-Gvern? L-ispeċjalisti tal-Gvern għandhom xi allowance biex iżuru lil dawn il-morda li ma jkunux fl-Isptar Mater Dei jew jitħallsu għal kull vista li jagħmlu barra mill-isptar? F'każ li fl-affermativ, x'tip ta' allowance/ħlas jingħataw?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8678 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Servizz tal-internet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8418 u jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa u Anzjani għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8705 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies jaħdmu għal rashom part-time biss

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8532 u jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom part-time biss f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2000 sal-aħħar tal-2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8707 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Impjegati għal rashom

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8535 u jagħti informazzjoni fl-aħħar tal-2008 għal Malta u Għawdex separatament dwar (i) in-numru ta’ nies jaħdmu għal rashom full-time (ii) nies jaħdmu għar rashom part-time bħala primary job tagħhom; (iii) impjegati full-time; (iv) impjegati part-time bħala l-job primarju tagħhom; (v) nies qiegħda fuq l-ewwel u tieni parti separatament tar-reġistru tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (vi) nies inattivi u (vii) ir-rata ta’ attività fl-popolazzjoni attiva?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8708 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qasam industrijali tax-Xewkija

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlmentari 8212, jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħaddem nies kull fabbrika u kumpannija li qed joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti l-ismijiet tal-kumpaniji konċernati biex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #8732 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Complement ta' l-infermiera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1767 u jgħid kemm hu l-complement ta' l-infermiera fl-isptarijiet tal-Gvern Mater Dei, San Vinċenz de Paule u Mount Carmel u fiċ-Ċentri tas-Saħħa bil-bereġ li jaqgħu taħthom u kemm fil-fatt hu n-numru ta' l-infermiera f'dawn il-postijiet? Kemm-il darba n-numru ta' l-infermiera hu inqas mill-complement x'qed isir mill-Gvern biex dawn il-postijiet jimtlew u b'hekk la jkun hemm ilmenti min-naħa ta' min jirċievi s-servizz u lanqas min-naħa ta' min qed jagħti s-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8438 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

każ dwar persuna b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ilment li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar diffikultà ta' aċċess ta' persuna b'diżbilità jiġi indirizzat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna konċernata qajment żewg problemi. Waħda minnhom kienet dwar ipparkjar ħażin li allegatament qed isir f'post privat. Il-KNPD ilha taħdem fuq dan l-ilment anke mal-pulizija u l-wardens. Il-KNPD tħoss li jista' jkun hemm infurzar aħjar tal-liġi anke bil-kooperazzjoni tal-kumpaniji privati konċernati minħabba li l-probabilita' hi n-nuqqas ta' prudenza ġejja mill-pubbliku aktar milli mis-sidien konċernati. Il-Kummissjoni se tkompi taħdem biex din il-problema tissolva. Informat ukoll li rigward il-fatt li hemm zebra crossing mingħajr rampi, il-KNPD diġa resqet dan l-ilment lil ADT responsabbli mit-toroq arterjarji biex din il-problema tissolva.