Legislature:
Category:
Reset
Active:

Barriers tal-Pulizija — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta ttieħdet, u minn min, id-deċiżjoni li meta xi għaqda involuta fil-festi tal-lokal ikollha bżonn tagħmel użu minn barriers tal-Pulizija, trid tkun l-għaqda nnifisha li tmur tiġbor u twassal tali barriers a spejjeż tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar il-kwistjoni ta’ proċedura relatata ma’ provvista ta’ barrikati għal attivitajiet esterni bħal festi f’dawn il-gżejjer, din inbdiet qabel l-istaġun tal-festi tas-sena 2022, wara li kif diġà ġie indikat fl-ewwel tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18248, kien hemm ftehim reċiproku bejn il-Pulizija u l-Għaqda Każini tal-Baned.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Persuni barranin - Skadenza tal-permess ta’ residenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi s-soluzzjoni biex persuna barranija li tinsab fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u li preżentament għandha permess ta' residenza illi se jiskadi, tkun tista' tapplika biex iġġedded il-permess ta' residenza mal-Aġenzija Identità? Kif jista’ jsir dan it-tiġdid, peress li l-awtoritajiet tal-ħabs mhumiex jagħtu permess lil tali persuna toħroġ mill-ħabs bi skorta biex tkun tista’ tapplika għal dan it-tiġdid u lanqas qed jippermettu li rappreżentanti tal-Aġenzija Identità jmorru l-ħabs sabiex joffru dan is-servizz? Jista’ l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni peress illi f'każijiet bħal dawn, jistgħu jiġu affettwati l-istatus u d-drittijiet ta' tfal minorenni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija Identità għandha għodda avvanzata diġitali li tippermetti li l-informazzjoni biometrika tittieħed anke f’post lil hinn mill-uffiċċju tal-identità. Infurmat li fil-fatt f’każi bħalma semma l-Onor. Interpellant, il-fatturi jmorru lil hinn minn dak li qed jitkellem dwaru hu fil-mistoqsija tiegħu. Dan għax il-preżenza tal-persuna f’Malta tkun ukoll ibbażata fuq sentenza tal-Qorti. Fil-fatt ġaladarba l-persuna tkun qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin l-iskop oriġinali ta’ residenza jintilef, hekk kif biex jinħareġ permess ta’ residenza, l-applikant irid jipprovdi indirizz tar-residenza prinċipali tiegħu f’Malta. Il-faċilità korrettiva ta’ Kordin mhix meqjusa bħala residenza prinċipali ta’ individwu. Eventwalment meta persuna jkun wasal sabiex jiskonta s-sentenza karċerjarja jkun jista’ jiskatta l-proċess ta’ tiġdid, f’każ biss li l-istess detenut barrani ma jkunx se jiġi deportat minn Malta appena jiskonta s-sentenza tiegħu.

Persuni barranin minn pajjiżi terzi — Karti tal-identità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu Karti tal-Identità lill-persuni barranin minn pajjiżi terzi fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i. minn liema pajjiż kienu ġejjin; ii. f'liema distrett elettorali kienu jgħixu; iii. kemm kienu ilhom jgħixu f'Malta; u iv. għal liema raġuni ħarġet din il-Karta tal-Identità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Karti tal-Identità jinħarġu lill-persuni li huma ta’ nazzjonalità Maltija.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinħarġu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.

Organizzazzjoni volontarja — Ħlas għall-proprjetajiet f’Pembroke u fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20501 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm jammontaw il-kirjiet li l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa Pembroke u kemm tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa l-Belt Valletta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Organizzazzjoni volontarja — Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20498 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm ingħataw fondi lill-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul dawn l-aħħar ħames snin id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili alloka €18,000 fis-sena bħala fondi lil din l-għaqda, liema pagament għal din is-sena għadu ma tħallasx. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jalloka fondi lil diversi għaqdiet oħra li jagħmlu xogħol li jikkumplimenta jew jgħin dak li jwettaq l-istess dipartiment. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi wkoll għall-informazzjoni provduta permezz tal-mistoqsija parlamentari 20881.

Organizzazzjoni volontarja — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20502 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm għandha persuni jaħdmu mal-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li huma mħallsin mill-Gvern?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li hemm Uffiċċjal tas-Segretarjat li hu membru elett ta' Kunsill Lokali. Ħu ingaġġat fuq bażi “Full-Time” skond il-kriterji tal-Manwal tal-Kabinett.

Akkademja tal-Pulizija — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Lecturers li jgħallmu fil-kors fi ħdan l-Akkademja tal-Pulizija? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għandhomx il-kwalifiki rikjesti biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lecturers kollha għandhom il-kwalifiki/esperjenza estensiva fil-qasam relattiv tagħhom li xi drabi jkun speċjalizzat ħafna. Barra minn hekk l-Akkademja teħtieġ ukoll ċertifikat ta’ ‘train the trainer’. L-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — Membri li ġew sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kull membru tal-Korp tal-Pulizija li hu sospiż minn xogħlu, pendenti l-proċeduri kriminali fil-Qrati, ġie mogħti l-opportunità li jmur jaħdem f'dipartimenti governattivi? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid kemm minn dawn ma ġewx mogħtija din l-opportunità u jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Jobsplus – Żjarat minn tobba f’każ ta’ sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li tiġi segwita meta tabib jintbagħat fid-dar ta' ħaddiem mal-entità tal-Gvern Jobsplus li jkun ma jiflaħx u japplika għal sick leave? Jista' jikkonferma li t-tabib jintbagħat lil kull ħaddiem mingħajr diskriminazzjoni bejn ħaddiem u ieħor?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li skont il-Ftehim Kollettiv ta’ Jobsplus għas-snin 2022-2026, il-ġranet kollha tas-sick leave għandhom ikunu koperti minn ċertifikat mediku. Infurmat Ukoll li l-entita għanda dritt li tibgħat tabib mediku lill-impjegati li jirrappurtaw li ma jifilħux u jistgħu jitolbu wkoll rapport iddettaljat mit-tabib.

Organizzazzjoni volontarja — Obbligazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20499 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm tammonta l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Gvern lejn l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni tuża s-servizzi mediċi tar-Red Cross Malta Society f’Ħal Far Immigration Reception Centre. Dan is-servizz huwa kopert b’kuntratt liema rati huma kif huma indikati fit-tabella t’hawn taħt. Bir-rati msemmija hawn taħt, apparti s-servizzi mediċi Red Cross ifornu wkoll l-apparat mediku tal-klinika u jassistu wkoll f’servizzi oħrajn mal-immigranti fosthom tar-Restoring Family Links u parti mil-loġistika tal-Migrant Health Service. Dan kollu hu inkluż fil-ħlas imsemmi fit-tabelli hawn taħt. MONDAY TO SATURDAY DESIGNATION QTY Per Day NO. OF HOURS Per Day RATE Per Hour TOTAL Per Day DAY NURSE 1 12 € 15.00 € 180.00 NIGHT NURSE 1 12 € 15.00 € 180.00 COMPLIMENTARY DAY STAFF 2 12 € 12.00 € 288.00 COMPLIMENTARY NIGHT STAFF 1 12 € 12.00 € 144.00 MANAGEMENT 1 N/A €157.14 € 157.14 SUNDAYS & PUBLIC HOLIDAYS DESIGNATION QTY Per Day NO. OF HOURS Per Day RATE Per Hour TOTAL Per Day DAY NURSE 1 12 € 19.00 € 228.00 NIGHT NURSE 1 12 € 19.00 € 228.00 COMPLIMENTARY DAY STAFF 2 12 € 12.00 € 288.00 COMPLIMENTARY NIGHT STAFF 1 12 € 12.00 € 144.00 MANAGEMENT 1 N/A €157.14 €157.14

Settur tal-Kostruzzjoni – Sick Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni humiex intitolati għal sick leave fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom? Peress li din hija bbażata fuq il-liġi applikabbli, jista’ jgħid għalfejn fejn jidħlu d-drittijiet, din il-liġi qiegħda toħloq inġustizzja bla bżonn bejn ħaddiema u oħrajn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W215.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W233.

Aġenzija Komunità Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi li għandha l-Aġenzija Komunità Malta preżentement? Kemm intefqu fondi ta’ din l-organizzazzjoni matul l-aħħar tnax-il xahar? Liema proġetti tal-privat/entitajiet mhux governattivi jistgħu japplikaw għal dawn il-fondi? Jista’ jgħid ukoll liema entitajiet simili fil-fatt ingħataw fondi li għadhom ma ntefqux u kemm kienu l-fondi hekk allokati matul l-aħħar sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Komunità Malta tiddisponi mill-fondi tagħha skont id-dispożizzjonijiet tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.38 Ordni dwar it-Twaqqif ta’ Aġenzija Komunità Malta. L-entitajiet li bbenefikaw fil-perjodu mitlub mill-Onor. Interpellant huma kif jidhru hawn taħt: • € 100,000 lill-Korp tal-Pulizija biex ġie ffinanzjat ix-xiri ta' vetturi tal-elettriku għall-użu ta’ Community Policing u • € 230,000 lill-Korp tal-Pulizija biex tkopri l-ispejjeż tal-każini tal-banda u għaqdiet pirotekniċi fil-ġarr tan-nar bħala għajnuna bil-għan li nassistu lill-volontiera li jagħmlu tant xogħol biex iżommu ħajja l-festa Maltija li hi anke Wirt Dinji tal-UNESCO. Intlaħaq ukoll ftehim mal-Arts Council Malta dwar l-inizjattiva tal-kunsill biex jgħinu l-entitajiet li joperaw fil-qasam kulturali biex l-aġenzija tagħti s-somma ta’ €450,000 mqassma fuq diversi proġetti. B’rabta ma’ inizjattivi soċjali/filantropiċi fuq livell nazzjonali l-aġenzija tat ukoll dawn l-ammonti: 1. €10,000 lil Puttinu Cares f’inizjattiva tagħhom ta’ ġbir ta’ fondi 2. €5,000 li Caritas wkoll f’inizjattiva ġbir ta’ fondi 3. €2,725 f’ġugarelli għal-inizjattiva ‘Rigal b’imħabba’ 4. €6,000 biex inxtraw ‘Fire blankets’ li tqassmu waqt EXPO 2024 bil-għan li tinħoloq iktar kuxjenza dwar il-prevenzjoni minn nirien fi djar 5. €1,000 f’ikel għal-annimali li tqassam f’santwarji tal-annimali bħala parti mill-inizjattiva rigal b’imħabba

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W252.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W272.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W290.

Identità — Karti tal-Identità li nħarġu illegalment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabx li Identità ħarġet Karti tal-Identità illegalment wara li ngħataw ċertifikati li kienu ffalsikati? Jista’ jgħid kemm-il Karta tal-Identità illegali nstabet u x'se jsir fuq hekk?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-tagħrif li għandi l-aġenzija Identità ma kellix każi marbuta ma’ ħruġ ta’ karti tal-identità b’mod illegali jew falsifikati kif qed jindika fid-domanda tiegħu. Jekk l-Onor. Interpellant qed jistaqsi dwar permessi ta’ residenza, li hija xi ħaġa totalment differenti, kif suppost jaf, ninfurmah li wara investigazzjoni nterna mit-Taqsima tal-Compliance u l-Expatriates Unit fi ħdan l-Aġenzija Identità, l-Aġenzija għaddiet l-informazzjoni, inkluż il-provi kollha misjuba minnha, lill-Pulizija ta’ Malta biex tkompli bl-investigazzjonijiet u tieħu kwalunkwe azzjoni neċessarja skont il-liġi. It-taqsima tal-Compliance twaqfet proprju bħala għodda oħra ta’ governanza interna fi ħdan l-awtorità hekk kif m’għandha tittolera l-ebda forma ta’ abbuż jew azzjonijiet li b’xi mod jew ieħor jaffettwaw l-integrità tagħha u l-fiduċja tal-pubbliku fiha. Jien nibqa’ ninsisti mal-awtorità li jinvestigaw kwalunkwe suspett li jista’ jinħoloq waqt l-eżerċizzji ta’ verifika mwettqa minnha, jew fuq rapporti li tirċievi, u f’każ li dawn jirriżultaw fondati tgħaddi l-informazzjoni kollha neċessarja lill-Korp tal-Pulizija.