Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru (rape) fuq nisa rrapportati s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2021 kien hemm disa’ u għoxrin (29) rapport ta’ ka¿i ta’ stupru fuq nisa mal-Pulizija. Min dawn, sebgħa (7) tressqu l-Qorti u sbatax (17)-il każ għadhom qed jiġu investigati. Fil-każi l-oħra ma tressqux persuni l-Qorti għall-raġunijiet diversi.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 f’Marsaskala? F’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?’
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 f’Marsaskala li ġew irrappurtati lill-Pulizija u lil LESA huwa kif jidher fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – karigi u pożizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kumplament li mhumiex imniżżlin fil-Manwal huma dawn:
Consultant, Scale 3
Coordinator, 50% of Scale 2
2 Coordinators, Scale 4
3 Coordinators, Scale 7
2 Coordinators, Scale 9
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jinvestiga jekk nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar, 2022 u t-Tlieta 8 ta’ Frar, 2022 kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali biex jikkontrollaw it-traffiku fil-madwar tal-Iskola Primarja tan-Naxxar fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskola, hekk kif informata li f’dawn id-dati ma kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel minn kollox sabiex meta l-esiġenzi tas-servizz jippermettu, huma jkunu preżenti waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti fejn l-iskola msemmija. Fiż-żewġ okkażjonijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant kien hemm Pulizija li kienu ddettaljati jkopru dawn id-doveri imma l-impenji ta’ xogħol ta’ dakinhar impedixxa li dan is-servizz jitwettaq, ħlief waqt il-ħruġ tat-tfal fit-8 ta’ Frar, fejn il-Pulizija kien preżenti.
Flus miġbura minn persuni li nqabdu jużaw il-mobile waqt li kienu qed isuqu
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm inġabru flus is-sena l-oħra mingħand dawk il-persuni li nqabdu jużaw il-mobile phone tagħhom waqt li kienu qegħdin isuqu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Matul is-sena 2021, tħallsu 9,599 kontravenzjoni marbuta mal-użu ta’ mobile phone waqt is-sewqan. It-total tal-valur imħallas jammonta għal €971,781.52
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isir jew ser isir xi tkabbir tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex tkun tista’ tagħmel tajjeb għan-numru ta’ priġuniera?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li preżentament qed isir xogħol fuq ic-ċentru rijabilitattiv, li ser ikun l-ewwel tax-xorta tiegħu fil-konfini tal-faċilità għal madwar 140 persuna, u dan hekk kif tħabbar fil-baġit għas-sena 2022.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 173, mit-total ta’ 1741 rapport ta’ vjolenza domestika, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn waslu għall-proċeduri fil-Qorti? Kemm minn dawn il-każijiet kienu rapporti ta’ vjolenza fuq nisa? Kemm minn dawk il-każijiet li tressqu l-Qorti, ġew deċiżi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu persons of trust jaħdmu fi ħdan il-Ministeru tiegħu fid-data ta’ meta qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza hemm disa’ (9) persons of trust.
Enemalta – rapport intern dwar il-wind farm fil-Montenegro – investigazzjoni tal-Pulizija
Question
B'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 19043 tat-13-il Leġiżlatura, fil-15 ta' Frar 2021 il-Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli kienet infurmat lill-Kamra li r-rapport intern li għamlet l-Enemalta dwar il-proċess tal-wind farm fil-Montenegro ġie mgħoddi lill-Pulizija u għaldaqstant jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fiex waslet l-investigazzjoni tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Mellieħa – Triq il-Marfa – konġestjoni tat-traffiku – pulizija/uffiċjali tal-komunità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li filwaqt li l-konġestjoni tat-traffiku fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa qed tiġi esperjenzata f’livelli bla preċedent, mhux qed ikun hemm pulizija/uffiċjali tal-komunità/uffiċjali ta’ Transport Malta fuq il-post sabiex jorganizzaw aħjar is-sitwazzjoni prekarja ta’ inkonvenjent li nħolqot u qed tkompli tinħoloq b’mod regolari lis-sewwieqa li jgħaddu miż-żona?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar il-konġestjoni tat-traffiku kkawżat minħabba xogħlijiet li qed isiru fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa, il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku u l-Uffiċjali tal-komunità, kontinwament ikunu fuq il-post biex jikkontrollaw it-traffiku, flimkien ma’ entitajiet oħrajn mhux taht il-Ministeru ta' l-Intern, is-sigurtà, ir-riformi u l-ugwaljanza, u kemm jista’ jkun inaqqsu l-inkonvenjent lis-sewwieqa, li jużaw din it-triq. Wieħed irid japprezza illi temporanjament qed tintuża karreġjata waħda.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li titlesta l-Għassa tal-Pulizija ta’ Marsascala?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet relatati mat-tlestija tal-Għassa tal-Pulizija ta’ Marsascala jinsabu fl-aħħar stadji tagħhom. Id-data ta’ meta din l-Għassa ser tibda topera, ser tingħata fil-futur qarib.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru tal-Pulizija fi ħdan il-Korp fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jiġu ingaġġati aktar Pulizija u kemm-il post vakant kien hemm? Kemm, fil-fatt kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati rekluti ġodda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Informat li l-ħaddiema fi ħdan il-Korp tal-Pulizija sad-19 ta’ Mejju 2022 kien ta’ 2,260 li jinkludu 159 impjegat taċ-Ċivili li hemm mal-Korp.
L-aħħar sejħa ta’ reklutaġġ saret fil-21 ta’ Jannar 2022. Din is-sejħa għalqet fl-14 ta’ Frar 2022, u kien hemm 141 applikant. Il-proċess għall-ingaġġ ta’ din is-sejħa għadu għaddej. Infurmat illi bħalissa fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati hemm 59 rekluta li qed jieħdu t-taħrig u dawn kienu mis-sejħa li kien hemm qabel dik ta’ Jannar 2022.
Jista' l-Ministru jgħid, mill-ammont ta’ Pulizija li jaħdmu fi ħdan il-Korp, kemm hemm Pulizija li huma assenjati fis-segwenti Sezzjonijiet:
Cyber Crime Unit;
Domestic Violence Unit;
FCID;
Għasses ta’ Malta; u
Għasses ta’ Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sezzjonijiet indikati mill-Onorevoli Membru, l-ammont ta’ Pulizija li huma assenjati huma kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt. Dan barra numru ta’ impjegati pajżana li jaħdmu fl-istess sezzjonijiet, kif jidher fl-istess tabella:
Section
No. of Police Officers
Numru ta’ impjegati paj
ż
ana
Cyber Crime Unit
17
1
Gender Based and Domestic Violence Unit
27
1
FCID
93
4
Police Districts – Malta
697
1
Police Districts – Gozo
95
2
Community Policing
87
-
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ suldati, inkluż uffiċjali, li huma membri tal-Forzi Armati fil-mument meta tkun qed tingħata t-tweġiba għal din il-mistoqsija? Meta saret l-aħħar sejħa biex jintgħażlu rekluti ġodda? Kemm fil-fatt, kienu l-applikanti u kemm ġew ingaġġati rekluti ġodda?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-Forzi Armati ta' Malta hemm 1452 Suldat, 153 Uffiċjali, 194 volontiera u 54 persuna taċ-ċivil.
L-aħħar sejħa ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta nhar id-29 ta’ Ottubru 2021. Applikaw total ta’ 176 applikant f’diversi sejħiet li ħarġu għal suldati fil-Forza u total ta’ 29 applikant fis-sejħa li ħarġet għall-Uffiċjali Kadetti. Il-proċess ta’ selezzjoni għadu għaddej u mistenni jiġi konkluż fil-jiem li ġejjin.