Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq iż-Żurrieq fl-Imqabba, li hija waħda fi stat ħażin ħafna hiex se tinbena mill-ġdid? Jekk fl-affermattiv, meta huwa proġettat dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ingaġġ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tan-nies (grad ta' manager 'il fuq) li ġew ingaġġati mad-dekasteri tiegħu f'dawn l-aħħar tliet snien, filwaqt li jinkludi l-pożizzjoni offruta, it-tip ta' kuntratt (definit, indefinit), il-livell ta' edukazzjoni, in-numru ta' snin li l-kuntratt huwa validu (fil-każ ta' definite contract),
is-salarju u l-benefiċċji l-oħra li ġew offruti? Jista' jindika wkoll jekk hemmx pjan li jiġu ngaġġati aktar nies fit-tliet snin li gejjin? Jekk fl-affirmativ,
taħt liema dekasteru u x'pożizzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tax-xogħlijiet li ngħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol offruta, jista' l-Ministru
jindika kienx hemm sejħa pubblika? Kemm hu l-ammont finanzjarju tax-xogħol u x'inhi n-natura tax-xogħol?
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-flus li ntnefqu fir-ristorant, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mid-dekasteri tiegħu? Għal kull kont, jista' l-Ministru jindika min kienu n-nies li marru jieklu fil-post imsemmi? X'kienet l-attività li saret l-ikla, id-data meta marru jieklu u kemm kien l-ammont
ta' flus li nefqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
tariffi għola ta' posta għal min jixtri minn fuq il-websajts
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-konsumatur Malti, meta jkun qed jixtri minn fuq websajts Ewropej, jiġi ċċarġjat bħala spejjeż ta’ espedizzjoni bil-posta jew DHL, skont kategorija ta’ pajjiżi li tinkludi membri oħra tal-Unjoni Ewropea bħal Ċipru, l-Ungerija u s-Slovenja, b’tariffi li jiġu fost l-ogħla mill-kategoriji kollha – bil-wisq aktar minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea (li ġeneralment jinqasmu f’żewġ kategoriji differenti), inkluż l-Italja sa Sqallija, u fil-fatt b’tariffi ogħla milli huma għall-Istati Uniti u għall-Awstralja? Hemm xi ftehimiet tal-posta internazzjonali jew arranġamenti oħra li jispjegaw din l-anomalija?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-materja in kwistjoni hija waħda ta' natura purament kummerċjali bejn il-partijiet involuti.
Transport Malta u Enemalta — kordinazzjoni minħabba ħsarat ta' dawl fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm kordinazzjoni aħjar bejn Transport Malta u l-Korporazzjoni Enemalta biex meta jiġu rapportati ħsarat fid-dwal tat-toroq arterjali, dawn jissewwew kemm jista' jkun malajr? Jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilità li ż-żewġ entitajiet jikkordinaw aħjar il-mod ta' kif jiġu rapportati tali ħsarat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li uffiċċjali ta' Transport Malta, kull ġimgħa bil-lejl, jagħmlu spezzjoni tad-dawl f'toroq arterjali u distributorji madwar Malta kollha.
Kull nhar ta' Tnejn, dan ir-rapport jintbagħat lill-Enemalta biex isiru t-tiswijiet meħtieġa.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex tabelli temporanji li jitwaħħlu minn ħaddiema tal-istess Transport Malta, jew f'isem Transport Malta, jinqalgħu minn posthom meta jispiċċa l-użu tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt din l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn speed cameras f'pajjiżna fil-preżent? Fejn jinsabu? Xi proċedura tintuża biex tiġi stallata speed camera? Min hu responsabbli biex titħaddem din l-ispeed camera? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet fis-sena 2009, 2010 u 2011 minn speed cameras? Kemm kien in-numru ta' ċitazzjonijiet minn fuq kull camera? Kif tqassmu l-flus ta' dawn iċ-ċitazzjonijiet, ċioe kemm ħa kull stakeholder? Min ikunu l-istakeholders kollha f'dan il-każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa hawn total ta' ħdax-il speed camera li huma nstallati f'Regional Road ġewwa San Ġiljan, bypass tal-Imrieħel ġewwa Ħal Qormi, Triq Mdina ġewwa Ħaż-Żebbug, Triq Nutar Zarb ġewwa Ħ'Attard, Triq Burmarrad ġewwa San Pawl il-Baħar, Triq Ħal Far ġewwa Birżebbuga, bypass ta' Birkirkara, il-Mini ta' Santa Venera, Triq tal-Barrani ġewwa ż-Żejtun, Triq Mdina ġewwa Ħal Qormi u fi Triq Sant'Andrija ġewwa Pembroke L-ispeed camera li tintuża fi Triq Sant’Andrija u Triq Reġjonali hija camera waħda li tiġi alternata bejn dawn iż-żewġ postijiet kif mitlub mill-Kumitat Reġjonali . Fil-mument, il-kunsill lokali rispettiv jagħmel talba lil Transport Malta sabiex tiġi nstallata speed camera u l-awtorità tevalwa tali talba skont il-kriterji stabbiliti. L-ispeed cameras jitħaddmu minn kumpaniji privati skont il-lokalità ta' tali speed camera.
Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat, li hu responsabbli mill-kunsilli lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jesiġi li terġa' tiġi ntrodotta r-rotta nru 21 għaż-żona ta' St Peter's f'Haż-Żabbar li kienet tinzel St Peter's u x-Xgħajra u titla' l-Belt Valletta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-residenti ta’ St Peter’s Ħaż-Żabbar biex imorru l-Belt Valletta jew ix-Xgħajra, jużaw ir-rotta numru 3 u li din ir-rotta tgħaddi minn Triq San Leonardu kull nofs siegħa. Sabiex imorru l-Isptar Mater Dei, jaqbdu ir-rotta numru 120 minn Triq ix-Xgħajra, li tgħaddi kull nofs siegħa.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Tenders għal Road Signage
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet relatata ma' road signage fid-dekasteri tiegħu? Għal kull tender min kienu n-nies fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni? Min kien is-segretarju/a? Kemm-il kumpanija tefgħet offerta? Min kienet il-kumpannja li rebħet it-tender? Jista' jagħti l-lista tax- xogħlijiet mitluba fit-tender u jgħid jekk it-tender kenitx relatata mar-riforma tat-trasport pubbliku? X'kien l-ammont finanzjarju tat-tender? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jipproġetta li joħrog tenders relatati ma' road signage fit-tliet snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li ħadu promozzjoni jew inbidlitilhom id-designazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk in-nies fid-dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-designazzjoni tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum? Jista' jindika wkoll is-salarju, l-pożizzjoni u l-benefiċċji li kellu/kellha qabel il-promozzjoni u wara l-promozzjoni? Min kienu l-persuna/persuni fid-deċiżjoni tal-promozzjoni u dawk li kienu fuq l-interviewing board? Jista' jindika kemm hu numru ta' pożizzjoniet li qed jippjana li jirrevedi fit-tliet snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tan-nies li ddikjaraw kunflitt ta' nteress fl-operat tagħhom mis-sena 2007 sal-lum fid-dekasteri tiegħu? Għal
kull każ jista' jgħid min kien il-persuna? Meta ddikjara l-kunflitt ta' nteress? Lil min ingħatat id-dikjarazzjoni tal-kunflitt ta' nteress? Min kien/kienu
n-nies li evalwaw il-kunflitt ta' nteress? X'azzjonijiet ittieħdu biex innaqsu lok ta' abbuż u jiggarantixxu trasparenza fl-operat? Jista' l-Ministru
jipprovdi kopji tal-proċeduri operattivi relatati mal-funzjoni tat-tenders fid-dekasteri tiegħu li kienu/qed jintużaw mis-sena 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nies li ġew promossi - kriterji
Question
B'referenza għal dawk in-nies fid-dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-designazzjoni tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum, jista' l-Ministru jinvestiga jekk in-nies li ġew promossi kenux jissodisfaw il-kriterji kollha (speċjalment kwalifiki u esperjenza) li ġew mitluba fil-call for applications oriġinali? Jista' jindika f'liema dipartiment dawn il-pożizzjonijiet ġew allokati?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nitlob lill-Onor Interpellant jindika xi każ fejn jaħseb li setgħu saru xi rregolaritajiet fi promozzjonijiet jew bdil ta’ designazzjoni, nfakkru li llum kull min iħossu aggravat b’xi deċiżjoni simili jista' jappella jew quddiem il-PSC jew l-Ombudsman. Peress għalhekk illi hemm proċeduri stabiliti kif allegazzjoni simili tiġi investigata, meta u jekk tinqala, ma jidhirlix li hu opportun li jsir dak li qed jitlob l-Onor Interpellant anki għaliex hu metodu spendjuż ħafna kif tuża riżorsi limitati biex jinvestigaw xi ħaġa li s'issa ma teżistix.
B'referenza għat-tanking facilities fil-Kalkara, issa li t-Tarzna ġiet privatizzata, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isir użu minnhom? Jekk iva, minn min? Jekk le, dawn se jitneħħew? Meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-antenni tat-telegraph li hemm fil-Kalkara u wara l-Freeport f'Birżebbuġa għadx hemm użu għalihom? Jekk le, se jitneħħew u meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' l-Malta dwar il-Komunikazzjoni la hi s-sid tal-imsemmija antenni u lanqas fl-ambitu tal-ligijiet li hi tamministra ma hi bl-ebda mod involvuta fit-tħaddim tal-imsemmija antenni. Madankollu l-awtorità tista' tikkonferma li fiż-żewġ inħawi msemmija hemm xi apparat tal-kommunikazjoni li qed jiġi użat.
Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29891 u ċioe: Fid-dawl ta’ rapporti li dehru f’sezzjoni tal-istampa lokali li s-senior manager tal-ICT ta’ Transport Malta inqabad iwieġeb it-telefown tal-uffiċċju ta’ kumpanija privata li mhux biss ħadet 26 biċċa xogħol differenti mill-istess awtorità li jaħdem magħha, imma li bħalissa għandha wkoll għadd ta’ tenders oħrajn mitfugħa quddiem din l-awtorità, jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu kontra l-impjegat konċernat, u meta ġiet infurmata l-Pulizija b’dan il-każ? Billi ingħad li Transport Malta nnifisha qiegħda tinvestiga l-każ, jista' jgħid min qed imexxi dan il-każ u jekk huwiex wieħed intern jew ġewx imqabbdin nies indipendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.30198.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29839 u ċioe: Billi ftit jiem ilu ċ-Chief Executive Officer ta' Transport Malta qal lill-istampa li l-entità li huwa jmexxi waħħlet xi multi ta' xi eluf ta' euros minn Settembru 'l hawn, jista' l-Ministru jgħid b'mod aktar konkret għal kemm kienu jammontaw dawn il-multi u kif kienu mifruxa fuq il-medda taż-żmien involut?
Response (GATT, AUSTIN)
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Arriva. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal xogħol li sar fl-uffiċċji l-ġodda tal-MITA f'Santa Venera? Min kienu l-periti li ġew inkarigati f'dan il-proġett? Kemm tħallsu l-periti għas-servizz professjonali tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara sejħa pubblika għall-offerti, The Doric Studioġew ingaġġati bħala Periti fuq xogħol relatat mal-Corporate Data Centre l-ġdida f’Santa Venera. Il-kuntratt jistipula r-rata ta’ 2% tal-valur tax-xogħlijiet relatati. Dan mistenni jammonta fi ħlas ta’ madwar €37,000 (VAT eskluż).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp tal-proġett.