Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #17788 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Credit rating agency – skeda ta’ ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta’ ħlasijiet li saru lil kull credit rating agency li tagħti rating lil Malta, aġenzija b’aġenzija u sena b’sena minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Leg 13 PQ #17869 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – allokazzjoni tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-allokazzjoni tal-Gvern (vot 6847) għall-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għas-sena 2020 kien €13.6 miljun u fil-fatt intefqu €28,875,000 - ferm aktar mid-doppju? Jista' jgħid għaliex intalbet din iż-żieda fil-vot kif jirriżulta mill-Estimi Supplimentari għas-sena 2020? Jista' jgħid x'kienu l-ispejjeż extra li għamlet l-MFSA matul is-sena 2020 li ma kinux maħsuba fil-budget kif approvat minn din il-Kamra għas-sena 2020? Jista' jgħid issa kif għas-sena 2021 il-budget approvat għall-MFSA minn naħa tal-Gvern huwa dak ta' €16-il miljun (vot 6847) u ċjoè 12-il miljun inqas minn dak li kellha bżonn l-MFSA mingħand il-Gvern għas-sena 2020? Dan ifisser li l-MFSA ser tnaqqas l-ispiża tagħha u jekk iva kif u minn fejn ser tnaqqas? Jew ifisser li l-MFSA ser iżżid id-dħul tagħha permezz ta' fees ġodda jew żieda fil-fees tagħha? Jekk iva liema fees hu maħsub li jidħlu ġodda u liema fees hu maħsub li jiżdiedu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiza rikorrenti tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fis-sena 2019 kienet ta’ €27.5 miljuni, filwaqt li l-ispiza kapitali fl-istess perjodu kienet ta’ €1.9 miljuni. L-ispiza rikorrenti tal-Awtorità fis-sena 2020 hi stmata li ser tkun €29 miljun, filwaqt li l-ispejjez kapitali jilħqu €1.4 miljuni. Importanti li wieħed jinnota d-distinzjoni bejn is-sussidju tal-Gvern lill-Awtorità, li oriġinarjament kien €13.6 miljun, u n-nefqa totali tal-istess Awtorità. Is-sussidju tal-Gvern jingħata lill-Awtorità biex tkopri d-differenza bejn id-dħul tal-Awtorità u l-istima tan-nefqa totali tal-Awtorità. L-ispiza rikorrenti għas-sena 2020 tinkludi spejjez straordinarji ta’ €3.9M relatati mas-Satabank minħabba l-fatt li l-Awtorità kienet ingaġġat ‘Persuna Kompetenti’ biex tieħu ħsieb l-operat ta’ dan il-bank, kif kien jirrikjedi li tagħmel. Spejjez addizjonali ta’ €1.72M kienu relatati maz-zieda fir-rizorsi umani u servizzi professjonali relatati ma’ ‘Regulatory support’ u ‘Due Diligence’ hekk kif l-Awtorità kompliet timplimenta l-pjan strateġiku tagħha u l-pjan relatat mal-implimentazzjoni tar-rakomandazzjonijiet tal-Moneyval. Intalbu wkoll €1.4M biex l-Awtorità tirrifondi dħul tar-Registry of Companies (ROC) li baqa’ jidher fuq il-kotba tal-Awtorità għal ftit xhur wara li din ta’ l-aħħar saret il-Malta Business Registry (MBR) u nqatgħet bħala entità għaliha fl-istess sena. It-talba mill-Awtorità għall-ispejjez rikorrenti fis-sena 2020 kienet ta’ €13.98M, li minnhom ġew approvati €13.6M. Din id-differenza ta’ €380K, flimkien mal-aġġustamenti li kien hemm bzonn kif spjegat hawn fuq, irrizulta fi bzonn ta' fondi addizzjonali ta' €10.52M għall-ispejjez rikorrenti biex ikun jista’ jitmexxa l-operat kollu tal-Awtorità fis-sena 2020. Wara li kkunsidrat l-andament tal-proġetti u investimenti neċessarji, anki fl-isfond tal-pandemija, l-Awtorità għamlet talba lill-Gvern għall-€3.35M biex tkopri l-spejjez kapitali, biex b’hekk t-talba addizzjonali finali tar-revizjoni tal-estimi għas-sena 2020 telgħet għal €15.275M, li jinkludu wkoll l-ammont dovut mill-Awtorità lill-Malta Business Registry. Sussegwentament, l-Awtorità rċeviet €7.284M. €4M supplimentari għall-operat dirett u €3.284M biex tkopri l-ispejjez tal-'Persuna Kompetenti' biex tieħu ħsieb l-operat ta' SataBank. Infiq fuq spejjez kapitali għas-sena 2020 fil-biċċa l-kbira tiegħu ġie trasferit għas-sena 2021. Għalhekk, wara din ir-rikonċiljazzjoni, l-Awtorità ziedet ir-reviżjoni tal-estimi għas-sussidju neċessarju għas-sena 2020 minn €13.6M għal €20.88M, b’differenza totali ta' €7.284M li ġejja primarjament mill-infieq straordinarju relatat mal-bank Satabank , u minn nuqqas ta' €4.52M fid-dħul oriġinarjament previst li jiġi ġġenerat fis-sena 2020. Is-somma ta’ €16-il miljun mhix in-nefqa totali tal-Awtorità, izda s-sussidju approvat mill-Gvern, kif meħtieġ sabiex l-Awtorità topera u timplimenta l-proġetti meħtieġa. Fis-sena 2021, l-ispiza ser tizdied bejn wieħed u ieħor b'€5M meta mqabbla mal-ispiza tas-sena 2020 (minn €29M għal €34M), bl-investiment ippjanat fit-teknoloġija, u minħabba z-zieda fir-rizorsi umani li saret fis-sena 2020 bħala parti mill-pjan strateġiku tal-Awtorità. It-talba mill-Awtorità li r-rizultat f’€16M approvati mill-Gvern, kienet saret fiz-zmien meta l-Awtorità kienet qiegħda tieħu f’kunsiderazzjoni zieda fid-dħul tagħha minn naħa ta’ revizjoni tal-mizati. Għalkemm sar progress kbir mill-awtoritajiet tas-saħħa fil-ġlieda kontra l-pandemija, l-Awtorità qed timxi b’kawtela fuq l-introduzzjoni ta’ mizati ġodda, hekk kif l-ekonomija tkompli tirpilja. Madanakollu, l-Awtorità għandha obbligu li tkompli tinvesti, u ttejjeb l-mod kif tesegwixxi x-xogħol supervizorju tagħha, kif mistenni minnha, inkluz mill-istituzzjonijiet Ewropej. Jista’ jagħti l-kaz, allura, li matul is-sena 2021, l-Awtorità tagħmel talba lill-Gvern għal fondi supplimentari, biex b’hekk tkun tista tkompli bl-operat tagħha.
Leg 13 PQ #17876 Sitting 415 2021-01-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Estimi Supplimentari għas-sena 2020 – Ministeru għall-Finanzi: Investment — Equity Acquisition

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kien hemm il-ħtieġa li jiġu vvutati 26,980,000 Euro iżjed minn dak approvat fl-estimi għas-sena 2020 taħt il-Vot 7235 "Investment - Equity Acquisition'? Jista' jgħid fiex intefqu s-36,890,000 Euro taħt dan il-Vot u jagħti breakdown ta' kull nefqa li saret taħt dan il-vot?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-somma ta’ €36,980,000 ivvuttata taħt Item 7235 Investment Equity Acquisition permezz ta’ l-Ewwel u t-Tieni Atti ta’ Approprjazzjoni għall-2020 tikkonsisti f’ dan li ġej:- · €10.0 miljuni għall-Bank Malti għall-I¿vilupp · €13.02 miljuni għall-IP Holding · €13.96 miljuni għall-Mekkanizmu Ewropew ta’ Stabbiltà Fil-kaz tal-Mekkanizmu Ewropew ta’ Stabbilta’, filwaqt li l-ammont kien ġie vvutat oriġinarjament taħt item ieħor, cioe’ Item 5644 EFSF / ESM Credit Line Facility fil-Vot Rikurrenti tat- Tezor , dan l-ammont ġie trasferit għal taħt Item 7235 Investment Equity Acquisition sabiex jirrifletti n-natura tan-nefqa b’mod aktar idoneju. Minħabba f’dan, l-ammont oriġinarjament ivvutat taħt Item 5644 EFSF / ESM Credit Line Facility allura ser jibqa ma jintefaqx.
Leg 13 PQ #17780 Sitting 414 2021-01-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ħaddiema maċ-Ċivil jew fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil u s-settur pubbliku fl-aħħar ta' Novembru 2020? Kemm kien hemm ħaddiema li b'xi mod jaqgħu taħt iċ-Ċivil, inkluż awtoritajiet u units, fl-aħħar ta' Frar 2013?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #17806 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Skema tal-ħaddiema tal-komunità

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni fl-iskema tal-ħaddiema tal-komunità? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu minn Għawdex u kemm minn Malta? Jista' jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex wieħed ikun jista' jiġi ingaġġat f'din l-iskema? Kemm hu l-perjodu minimu li wieħed irid ikun ilu jirreġistra biex jiġi ingaġġat f'din l-iskema? X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom u x'tip ta’ xogħol qed jagħmlu? Jista’ jgħid kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema tal-komunità fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 1,034 persuna fl-iskema tal-ħaddiema tal-komunità, 735 minn Malta u 299 minn Għawdex. Ir-rekwiżiti biex wieħed ikun jista' jiġi ingaġġat f'din l-iskema huma: - persuni li kienu fl-iskema qabel it-twaqqif tal- Community Work Scheme Foundation ; - persuni vulnerabbli. Il-ħinijiet tax-xogħol ivarjaw minn full-time, part-time u reduced hours. It- tip ta’ xogħol li qed jagħmlu jiddependi fuq il-ħiliet tal-individwu mqabbla mal-esiġenzi tal-entità kkonċernata jiġifieri skont jekk humiex impjegati mal-Kunsilli Lokali, għaqdiet volontarji (NGOs) jew ma’ skejjel pubbliċi. L-iżjed xogħlijiet komuni huma dawn imsemmija hawn taħt: - Cleaner - Maintenance - Handyman - Receptionist - Clerk - Home Assistant - Rubble Wall Builder - Driver Sal-15 ta’ Diċembru m’hemmx applikazzjonijiet pendenti u għalhekk m’hemmx informazzjoni kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema tal-komunità fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #17817 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – pjan direzzjonali tat-teknoloġija – ditta ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema ditta ta’ konsulenza ħejjiet il-pjan direzzjonali tat-teknoloġija tal-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta? Kemm tħallset din id-ditta ta’ konsulenza? Din id-ditta jew id-diretturi tagħha, għadhom involuti mal-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-ditta ta’ konsulenza li ħejjiet il-pjan direzzjonali tat-teknoloġija tal-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta kienet ThinkTechnic Limited. Dan ix-xogħol sar fuq perjodu ta’ 16-il xahar, bejn Settembru tas-sena 2018 u Diċembru tas-sena 2019. Id-ditta tħallset €114,625 għas-servizzi mogħtija f’dan il-perjodu. Id-direttur tal-imsemmija kumpanija matul iż-żmien li kienet qed tingħata konsulenza, Inġ Ivan Zammit, illum jokkupa l-kariga ta’ Chief Operations Officer mal-Awtorità. Inġ Zammit kien applika għal din il-kariga wara li l-Awtorità ppubblikat sejħa miftuħa għal dan l-irwol fit-23 ta’ Settembru tas-sena 2019. Kien hemm 19-il applikazzjoni li fosthom ġew shortlisted sitta għall-intervista. Il-lista naqset għal tlieta wara l-ewwel intervista, u wara li sar personality test u t-tieni intervista, ġie magħżul l-Inġ Zammit mill-panel ta’ eżaminaturi.

Rapport tal-NAO – Dipartiment tal-Kuntratti — nuqqasijiet

Question

Wara li nħareġ ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), jista’ l-Ministru jelenka x’passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Kuntratti u l-entitajiet imsemmija fl-istess rapport għal kull dipartiment jew entità separatament, sabiex in-nuqqasijiet identifikati ma jirrepetux ruħhom fis-snin li ġejjin? Jista’ jgħid kemm huwa t-total ta’ penali jew teħid ta’ garanziji bankarji (separatament għal kull dipartiment jew entità tal-gvern) imposti fuq kuntratturi li jagħmlu xogħlijiet lid-dipartimenti u l-entitajiet kollha tal-Gvern mill-2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija? Għal liema xogħlijiet jew kuntratti ġew imposti dawn il-penali jew meħudin il-garanziji? Kien hemm każijiet fejn il-kuntratturi kkontestaw dawn il-penali/teħid ta’ garanziji? Jekk iva, kemm kien hemm minn dawn il-każijiet? F’kull każ, x’passi ttieħdu jew qed jittieħdu kontra l-kuntratturi konċernati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti jipprovdi diversi sessjonijiet ta’ taħriġ lill-awtoritajiet kontraenti dwar l-akkwisti pubbliċi u r-regolamenti li jridu jiġu osservati sabiex jiġu evitati tali nuqqasijiet. Hemm proposti mid-Dipartiment bl-għan li jissaħħaħ il-moniteraġġ u l-konformità tar-regolamenti permezz tal-espansjoni tas-Sezzjoni tal-Konformità u il-Moniteraġġ. Il-mistoqsijiet dwar penali u t-teħid ta’ garanziji bankarji għandhom jiġu mistoqsija lill-awtoritajiet kontraenti għaliex kemm il-penali kif ukoll il-garanziji bankarji jinħarġu u jiġu amministrati f’isem u minn dawn tal-aħħar.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16870, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi skala 6 jew aktar 'il fuq skond Appendix 'N' tal-Estimi finanzjarji 2021 (Pg 407)? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bil-maqlub għal dak li ntalab fl-ewwel mistoqsija parlamentari li speċifikat għall-ħaddiema fi Skala 6 jew ogħla fis-settur pubbliku, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 884 ħaddiema li minnhom huma 453 rġiel u 431 nisa, li jaqgħu f’dik il-kategorija jew f’livell amministrattiv fl-entitajiet pubbliċi li huma regolati bil-ftehim partikolari tagħhom.
Leg 13 PQ #17763 Sitting 412 2020-12-16 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Wage Supplement – ħaddiema li ġew impjegati dan is-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17453 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex il-ħaddiema l-ġodda li ġew impjegati matul is-sajf ma kkwalifikawx għal wage supplement? Dawn il-ħaddiema se jitħallew jitkeċċew għax min iħaddimhom ma baqagħlux xogħol u m’għandux biex iħallsilhom il-paga? Għaliex il-wage supplement japplika biss għal dawk il-ħaddiema li kienu impjegati qabel ix-xhur tas-sajf? Dawn mhux ukoll għandhom familja, loans u dritt li jkollhom dħul?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Rifużjoni fuq l-Income Tax

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ flus li kellhom jiġu mħallsa lura f’rifużjoni fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Settembru 2020 u kemm tħallsu sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ rifuzjoni fuq l-Income Tax, lokalment dovut, li kellu jiġi mħallas sa l-aħħar ta’ Settembru 2020, kien ta’ Ewro 85,851,724.65, li minnhom tħallsu Ewro 81,005,789.06 sa l-aħħar ta’ Novembru 2020. Dan fid-dawl tal-ambjent diffiċli għat- taxpayers u għad-dħul tal-Gvern, kawza tal-pandemija COVID-19.
Leg 13 PQ #17659 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

MFSA – pagamenti lill-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17495 u jgħid kemm ħarġu pagamenti, meta u ta’ xiex mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament matul l-2018, 2019 u l-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra li tiġbor il-ħlasijiet lill-kumpaniji fl-ordni kif indikati minnu.
Leg 13 PQ #17683 Sitting 411 2020-12-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Tenders Negotiated without prior publication

Question

Jista' l-Ministru jispjega fid-dettal il-kunċett ta' tenders Negotiated without prior publication (one stage) u jgħid fejn tiġi ppubblikata din it-tip ta' tender? kemm idumu miftuħin tenders ta' dan it-tip kif ukoll jgħid f'liema każijiet jintużaw dawn it-tip ta' tenders

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-“proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel” hi waħda mill-proċeduri ta’ akkwist li jistgħu jintuzaw skont il-liġi li tirregola l-akkwisti pubbliċi. Din hija proċedura li biha l-Awtoritajiet Kontraenti jikkonsultaw mal-operaturi ekonomiċi tal-għazla tagħhom u jinnegozjaw it-termini ta’ kuntratt ma’ wieħed jew aktar minn dawn. Hekk kif inhu spjegat fl-isem ta din il-proċedura, m’hemm l-ebda rekwizit ta’ pubblikazzjoni għal sejħiet ta’ dan it-tip. Il-liġi ma tiddefinixxix it-tul tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti peress li dan huwa ddeterminat mill-Awtorità Kontraenti. Meta mitlub mill-awtorità kontraenti, id-Direttur tal-Kuntratti jista’, bla ħsara għal kull kundizzjoni li jidhirlu xieraq li jimponi, japprova l-uzu ta’ proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, kuntratti pubbliċi ta’ provvisti u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fil-kazijiet speċifikati fir-regolamenti 151 sa 154 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviz Legali 352 tal-2016.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16852, jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet kinux direttament fil-Ministeru jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (CARUANA, CLYDE)

B’referenza għall-figuri li tajna bi tweġiba għall-PQ 16852, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-każijiet kienu jaqgħu taħt l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.

Rifużjoni fuq il-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta’ flus li kellhom jiġu mħallsa lura f’rifużjoni fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Settembru 2020 u kemm tħallsu sal-aħħar ta’ Novembru 2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li minn Jannar 2020 sa Settembru 2020 saru Ewro 250,997,179.07 f’talbiet għal rifuzjoni fuq il-VAT, li minnhom tħallsu Ewro 204,314,672.83 sa l-aħħar ta’ Novembru 2020. L-ammont f’talbiet mhux imħallsa jirrizulta minn talbiet li għadhom ma mmaturawx, kif ukoll talbiet mizmuma għal diversi raġunijiet, bħal ordnijiet ta’ ffrizar u mandati kawtelatorji tal-qorti, nuqqas ta’ sottomissjoni fil-ħin ta’ denunzji dwar taxxa, talbiet pendenti għal korrezzjoni ta’ denunzji jew oġġezzjoni għal stimi, investigazzjoni jew verifika ta’ talbiet għal rifuzjoni, nuqqas ta’ dettalji provduti dwar kontijiet bankarji fejn isir ħlas ta’ rifuzjoni, u talbiet li ma jeċċedux l-ammont minimu ta’ rifuzjoni. It-talbiet għal rifuzjoni fil-perjodu msemmi, kif ukoll il-ħlasijiet rilevanti, saru fil-kuntest tal-ambjent diffiċli għan-negozju u għad-dħul tal-Gvern, kawza tal-pandemija COVID-19.
Leg 13 PQ #17619 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq hospitality u restaurants

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’hospitality u f’restaurants iċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #17620 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq safar u lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’safar u lukandi ċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Żejtun, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq – persuni li jaħdmu part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020 li jgħixu ż-Żejtun, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm rġiel u dan kollettivament u skont il-lokalità rispettiva?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020 u li jgħixu z-Zejtun, Marsaxlokk, Wied il-Għajn u Ħal Għaxaq, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2020.
Leg 13 PQ #17613 Sitting 409 2020-12-09 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Kumpaniji li bbenefikaw minn inċentivi ta' vetturi elettriċi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm kien hemm kumpaniji li bbenefikaw mill-inċentiv għal dawk li jixtru vetturi elettriċi fis-sena finanzjarja li waslet biex tintemm?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema tax-Xatt — ingaġġ u pagi

Question

Peress li l-prinċipju ta’ equal work equal pay hu magħruf u peress li Ħaddiema tax-Xatt jaħdmu tali l-pagi u l-kundizzjonijiet ivarjaw u hemm min priviliġġjat u jaħdem mat-TM, hemm min hu casual self-employed, hemm min hu part-time self-employed, hemm min jidħol b’wirt, tista' l-Ministru tgħid x'rimedji qed tieħu l-Job plus biex tara li l-mod kif qed jiġu ingaġġati l-ħaddiema fl-iskema tal-ħidma fil-Port hi konformi ma’: A) kundizzjonijiet li huma l-istess fuq l-istess lant tax-xogħol; B) regoli tal-Unjoni Ewropea dwar portjiet; C) ċertifikazzjoni tal-Ħaddiema tax-Xatt biex jiddaħħlu f’dan l-impjieg hi dik uffiċjali, jiġifieri tal-MCAST?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ipoġġi din id-domanda lil Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #17515 Sitting 408 2020-12-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.