Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li fl-1 ta’ Ġunju 2013 ġiet maħtura f’pożizzjoni ta’ fiduċja fi rwol ta’ Kap Eżekuttiv fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul ingħatat l-approvazzjoni biex tkompli tagħmel xogħol privat ta’ tabib u tmexxi l-klinika privata tagħha bi ksur ta’ dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Etika li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, minħabba li f’dan ix-xogħol hija għandha suffiċjentement interess privat jew personali li jikkonfliġġi jew jidher li jikkonfliġġi mal-eżerċizzju oġġettiv tad-dmirijiet uffiċjali tagħha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif kien diġa’ ġie mwieġeb f’mistoqsija parlamentari numru 19312, iż-żewġ rwoli, jiġifieri l-pożiżżjoni ta’ CEO tar-Residenza San Vinċenz de Paule u x-xogħol privat tagħha, huma kompletament differenti minn xulxin. Dan minħabba li hekk kif x-xogħol mediku tar-Residenza jsir kollu mill-iStaff mediku, l-irwol tagħha bħala CEO tar-Residenza huwa wieħed relatat mal-amministrazzjoni tal-istess Residenza.
Dar għall-Anzjani Casa Arkati – sodod mixtrija mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Arkati fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ;
2013
2014
2015
2016
sat-3 ta'
Ġunju
2017
Casa Arkati
58
115
115
115
127
Irġiel
Nisa
fit-30 ta' Settembru 2017
30
97
127
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern, jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, hija ta 60%.
Għawdex – Dar għall-Anzjani Villa San Lawrenz – sodod mixtrija mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa San Lawrenz Għawdex fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ;
2013
2014
2015
2016
sat- 3 ta'
Ġunju
2017
Villa San Lawrenz
0
0
18
26
36
Irġiel
Nisa
fit-30 ta' Settembru 2017
6
34
40
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern, jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, hija ta 60%.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Jasmine Nursing Home fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu indikat, qatt ma nxtraw xi sodod fid-dar imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern fis-Central Home fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ;
2013
2014
2015
2016
sat-3 ta'
Ġunju
2017
Central Home
91
94
93
93
93
Irġiel
Nisa
fit-30 ta' Settembru 2017
16
79
95
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern, jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership, hija ta 60%.
Awtorità tal-Artijiet – informazzjoni dwar l-Iskema ta’ self mill-APS Bank aċċessibbli fuq is-sit
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dettalji tal-iskema dwar self mill-APS mhumiex aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Artijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex kontroll fuq il-kontenut li jidher fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-Avviż Legali li nħareġ biex daħlet fis-seħħ l-iskema ta' self mill-APS?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Iskema fejn tingħata għajnuna finanzjarja fuq self ta’ xiri ta’ proprjeta’ privata hija skema pilota u għalhekk għadu ma ġie maħruġ l-ebda avviż legali. Aktar minn hekk, skont il-liġi tal-Awtorita’ tad-Djar, l-istess Awtorita’ tad-Djar m’hiex obbligata li toħroġ avviż legali ta’ kull skema maħruġa minnha.
Ta’ min jirrimarka wkoll li, qed isiru taħdidiet ma’ banek lokali oħra sabiex dawn jipparteċipaw ukoll fl-iskema bħal APS Bank.
Tisbiħ tal-blokok ta’ akkomodazjoni soċjali eżisteni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Gvern dwar it-tisbiħ tal-blokok tal-akkomodazzjoni soċjali diġà eżistenti? Kemm-il talba kien hemm mir-residenti għal manutenzjoni fil-komun tal-blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali fl-aħħar snin u kemm intefqu flus?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema snin qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi r-relazzjoni tal-Gvern mal-Fondazzjoni Richmond?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali għandu tlett Public Social Partnerships mal-Fondazzjoni Richmond. Is-servizzi offruti mill-Fondazzjoni Richmond huma s-segwenti:
· Programm ‘Innoċenti’ (Kids in Development),
· Villa Chelsea, u
· Supportive Housing Scheme.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, din is-sena, il-Gvern alloka ftit aktar minn nofs miljun ewro lil Richmond Foundation sabiex tkun tista’ toffri is-servizzi tagħha skont il-ftehim milħuq bejn iż-żewġ naħat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-proġetti ta’ bini ta’ akkomodazzjoni affordabbli u x’qed isir biex jiġi assigurat li dan l-iżvilupp iħalli impatt ekonomiku u soċjali pożittiv fil-komunità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li tlesta x-xogħol ta’ skavar fis-siti ta’ Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ B, Ħal Kirkop B u Ħal Kirkop C, bħalissa għaddejjin u qed jitkompla xogħol ta’ skavar fis- siti ta’ Ħal Kirkop D, Siġġiewi u Qrendi B.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, filwaqt li l-Housing Projects Management Unit hija responsabbli mill-iskavar ta’ dawn is-siti, l-kostruzzjoni u l-
finishes
tal-istess sit qed jieħdu ħsiebhom il-
Malita Investments plc
.
Servizz fil-komunità għal min kellu bżonn assistenza fl-applikazzjonijiet tal-akkomodazzjoni
Question
Wara li kien twaqqaf is-servizz fil-komunità lil nies li kellhom bżonn assistenza fl-applikazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u tagħrif ieħor dwar id-drittijiet tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qiegħed jippjana li jibda xi servizz ta’ dan it-tip?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar ma waqfet l-ebda tip ta’ servizz dwar assistenza fl-applikazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u tagħrif ieħor dwar id-drittijiet tagħhom fil-komunità. Is-servizz kien u għadu jingħata mill-uffiċjali tal-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar, kif ukoll f’diversi Ċentri tal-Leap madwar Malta. Dawn is-servizzi ma jingħatawx biss lill-applikanti għall-Akkomodazzjoni Soċjali izda lill-applikanti kollha li jiġu bżonn tal-għajnuna tal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir dwar l-iskemi eżistenti tal-Awtorità tad-Djar biex jiġi assigurat li qed jolqtu lil dawk li verament jistħoqqilhom u biex is-servizz ikun wieħed xieraq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha diversi modi biex tassigura li l-iskemi tagħha jolqtu lill-persuni li verament għandhom bzonn. Fosthom billi:
· Jsir kuntatt kontinwu mal-klijenti permezz tal-Customer Care Unit fi ħdan l-Awtorità tad-Djar u l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali;
· Jsir kuntatt ta’
outreach
billi jnkunu preżenti fl-uffiċini ta’ Leap ġewwa il-lokalitajiet ta’ Qawra, Msida, Qormi, Wied il-Għajn u Birgu;
· Permezz tal-Kunsilli Lokali;
· Jintuza is-servizz mogħti mill-Gvern magħruf bħala Servizz.Gov;
· U b’kuntatt dirett mal-pubbliku permezz tal-website, e-mails, telefon inkluz zewġ
freephones
.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minn zmien għal zmien, il-Bord tal-Awtorità tad-Djar jirrevedi xi kundizzjonijiet tal-iskemi fejn dan iħoss li huwa ta’ vantaġġ għall-klijenti vulnerabbli tagħha. Dan it-tibdil għal aħjar interess tal-klijenti li jaffrekwentaw lil Awtorita’ tad-Djar, isir eventwalment mill-management wara li jikkonsidra l-ilmenti li jkunu qed jaghmlu l-applikanti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jiġġieled l-abbuż fl-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lu, l-Gvern fetaħ numru Freephone għall-pubbliku (80072294) biex kull abbuż ikun jista’ jiġi rraportat, biex b’hekk l-Awtorita’ tkun tista’ tinvestiga dawn l-allegati abbużi. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ saħħet din is-sezzjoni bi tlett impjegati b’esperjenzja fejn jidħlu investigazzjonijiet ta’ dan it tip. Minkejja li dan in-numru kien biss riċentament li ġie mwaqqaf, diġa’ daħlu 18-il telefonata b’rapporti mill-pubbliku, u qed tittieħed kull azzjoni meħtieġa biex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa mill-ħaddiema tal-Awtorita’ tad-Djar fil-pront.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser tiġi milqugħa t-talba ta’ żewġ aħwa li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal dħul f’residenza tal-anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru applikazzjonijiet għal dħul f’residenzi tal-anzjani sena b’sena tul l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal liema residenza saru dawn it-talbiet u kemm minnhom daħlu fir-residenzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella kif ġej :
Sena
Numru ta’ Applikazzjonijiet
Dħul
2013
1173
385
2014
1291
466
2015
1317
448
2016
1489
555
2017 sal-aħħar ta’ Settembru
1242
546
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’, ma jżommx informazzjoni dwar liema hi l-preferenza tal-applikanti għal dħul fi djar tal-anzjani jew kemm minnhom ġew ammessi fi Djar tal-Anzjani. Il-benefiċċjarji meta jkunu qegħdin jimlew l-applikazzjoni tagħhom ikunu qed japplikaw għas-servizz residenzjani u mhux jagħżlu f’liema dar tal-Anzjani jixtiequ jidħlu. Din l-għażla tkun determinata biss skont il-livell ta’ dipendenza tal-anzjan/a.
Benefiċċju għal persuna waħidha meta tagħmel adozzjoni
Question
Jista l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi benefiċċju għal persuna waħidha meta tagħmel adozzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna waħedha li tifforma familja għal rasha li taddotta, għandha dritt għall-Allowance għat-Tfal fejn ir-rata tiddependi fuq id-dħul totali annwali tagħha, jista’ jkollha dritt ukoll għal kreditu tal-kontribuzzjoni jekk minħabba l-addozzjoni tieqaf mix-xogħol, dan dejjem sakemm it-tifel/tifla adottati jkunu għadhon taħt l-età ta’ 6 snin, u jista’ jkollha dritt ukoll għall-In Work Benefit fuq id-dħul, annwali tagħha, skont il-parametri tal-iskema, li jkun ġej minn xogħol biss.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li, jekk il-persuna waħedha ma tkunx taħdem, u tikkwalifika mit-test tal-mezzi bħala Għajnuna Soċjali, it-tifel/tifla adottati jitqisu bħala parti mill-familja u titħallas skont il-kompożizzjoni ta’ dik il-familja.
Siġġiewi – units ta’ akkomodazzjoni soċjali – social impact assessment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx Social Impact Assessment qabel ġie deċiż li jiżdiedu l-ammont ta' units ta' akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid għandux pariri esperti li jgħidu li proġetti esaġerati ta’ akkomodazzjoni soċjali ma' jżidux jew ma joħolqux problemi soċjali ġodda fl-inħawi fejn jinbnew dawn il-proġetti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda ta’ units li qed jirreferi għaliha hu hi dik ta’ 4 appartamenti. Kif qalet l-istess awtorita’ tal-ippjanar waqt id-deċiżjoni tagħha, din iż-żieda ma timmeritax li l-proġett jiġi deskritt bħala wieħed ‘esaġerat’. L-awtoritajiet ħadu inkonsiderazzjoni l-assessjar li kien meħtieġ u kif rikjest mill-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma' tax widen għat-tħassib tal-Kunsill Lokali u r-residenti tas-Siġġiewi u anke ambjentalisti dwar dak li huma qed isejħu binja massiva ta' akkomodazzjoni soċjali li qed jibni l-gvern fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll jekk tax każ il-kunsill u r-residenti li qed isostnu li l-binja hija kbira wisq u se toħloq problemi estetiċi u ta' traffiku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-proġett ilu fuq il-karta mill-2006, u approvat mill-2013. Il-Gvern sema’ t-tħassib tar-residenti, u kien għalhekk li ddeċieda kontra li jibni sular ieħor biex il-proġett jamalgama mal-madwar, u favur li jiżdiedu aktar l-ispazji ta’ parkeġġ ħafna aktar mill-minimu rikjest bil-liġi. Il-proġett se jsaħħaħ ukoll l-aċċess min dak provdut mit-toroq eżistenti. Dan kollu juri li l-kritika tal-oppożizzjoni hija bbażata biss biex tipprova ttellef il-fondi miksuba u tassigura li l-proġett li proponew huma stess 11-il sena ilu jibqa’ fuq il-karta, għad-detriment ta’ dawk li għandhom bżonn akkomodazzjoni soċjali.
Bini ta’ units ta’ akkmodazzjoni soċjali f’Malta u Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħsieb li jinbnew units ta' akkomodazzjoni socjali f'Malta u Għawdex f'din il-leġislatura? F'liema lokalitajiet se jinbnew? Ġew identifikati s-siti? Xi studji saru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn naħa tal- Housing Projects Management Unit Ltd. (HPMU Ltd.), in-numru ta’ units li ser ikunu qed jinbnew għal akkomodazzjoni soċjali huwa ta’ 683 units, fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt:
· Attard;
· B’Kara;
· Cospicua;
· Kirkop;
· Ħal-Luqa;
· Msida;
· Naxxar;
· Qrendi;
· Siġġiewi;
· Ħaż-Żebbuġ u
· Żurrieq.