Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.

Għawdex — Skema Xogħol fil-Komunità – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f’Għawdex fl-iskema ta’ Xogħol fil-Komunità? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Jobsplus li tweġiba għal din il-mistoqsija tkun tista' tingħata iktar tard din il-ġimgħa. Għaldaqstant, ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. (Informazzjoni Addizjonali - Ara dokument PL 146 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 15, nhar it-Tnejn, 10 ta' Lulju 2017)

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji - ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.

Skejjel primarji u sekondarji — studenti li ma jidħlux għat-tagħlim tar-Reliġjon

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f’kull skola kemm primarja kif ukoll sekondarja f’Malta u Għawdex li ma jidħlux għat-Tagħlim tar-Reliġjon għaliex il-ġenituri tagħhom użaw il-klawsola tal-opting out?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi: Lista 'A' - Skejjel primarji u sekondarji tal-Istat Lista 'B' - Skejjel primarji u sekondarji tal-Knisja u Indipendenti

Kors tal-Etika — attendenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk li qed jidħlu għall-kors tal-Etika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob l-Onor. interpellant jiċċara jekk hux qed jirreferi għall-għalliema li segwew il-kors 'Post Graduate Certificate in the Teaching of Ethics in Schools' jew għall-istudenti li jattendu l-lezzjonijiet tal-Ethics.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Impjegati Ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.